15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/10


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 minn Hijos de Moisés Rodríguez González, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fid-29 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-306/20 – Hijos de Moisés Rodríguez González vs EUIPO – L-Irlanda u Ornua (La Irlandesa 1943)

(Kawża C-605/22 P)

(2023/C 173/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Hijos de Moisés Rodríguez González, SA (rappreżentant: J. García Domínguez, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda u Ornua Co-operative Ltd

Permezz ta’ digriet tat-8 ta’ Marzu 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Hijos de Moisés Rodríguez González għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.