21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-26 ta’ Awwissu 2022 – Verein für Konsumenteninformation vs Sofatutor GmbH

(Kawża C-565/22)

(2022/C 441/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verein für Konsumenteninformation

Konvenut: Sofatutor GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konsumatur ikollu mill-ġdid dritt għall-irtirar meta l-kuntratt li jsir mill-bogħod “jiġġedded awtomatikament” (Artikolu 6(1)(o) ta’ din id-direttiva)?


(1)  ĠU 2011 L 304, p. 64