7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Burgas (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Awwissu 2022 – JD vs OB

(Kawża C-562/22)

(2022/C 424/40)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad – Burgas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JD

Konvenut: OB

Domandi preliminari

Konformement mal-Artikolu 19(3)(b) TUE, mal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE u mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, id-dispożizzjoni legali tar-Repubblika tal-Bulgarija bħala Stat Membru, li hija inkwistjoni f’din il-kawża u li tistabbilixxi, bħala kundizzjoni għall-akkwist tad-dritt ta’ proprjetà fuq artijiet agrikoli fil-Bulgarija, l-obbligu ta’ residenza fit-territorju tal-Istat Membru għal perijodu temporali ta’ ħames snin, tikkostitwixxi restrizzjoni li tmur kontra l-Artikoli 18 TFUE, 49 TFUE, 63 TFUE u 345 TFUE?

B’mod partikolari, l-imsemmi rekwiżit għall-akkwist ta’ proprjetà jikkostitwixxi miżura sproporzjonata li fil-verità tikser il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u l-prinċipji ta’ moviment liberu ta’ kapital u ta’ stabbiliment tal-persuni fil-kuntest [tal-Unjoni], stabbiliti fl-Artikoli 18 TFUE, 49 TFUE u 63 TFUE u fl-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?