27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/13


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2022 minn quinoccio-Compañía de Comercio Exterior, SL mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-493/21, Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-527/22 P)

(2023/C 112/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior SL (rappreżentanti: D. Luff, avukat, u R. Sciaudone, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-14 ta’ Frar 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddeċidiet li l-appell ġie miċħud bħala manifestament infondat u li Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.