|
17.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/14 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-516/22)
(2022/C 398/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, P.-J. Loewenthal, T. Maxian Rusche, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tiddikjara li, billi awtorizza l-infurzar tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija fil-Każ ICSID Nru ARB/05/20, ir-Renju Unit naqas milli wettaq l-obbligi tiegħu taħt:
|
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ sentenza tad-19 ta’ Frar 2020 fil-kawża Micula vs Ir-Rumanija, is-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) ordnat l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija, matul is-sena 2013, kontra r-Rumanija favur ċerti investituri Svediżi għall-ksur minn dan l-Istat ta’ trattat bilaterali ta’ investiment konkluż bejn ir-Renju tal-Isveza u r-Rumanija.
Il-Kummissjoni kienet preċedentement ikkonkludiet li l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli mogħtija mir-Rumanija favur dawn l-investituri. Minn dak iż-żmien, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan l-għoti kien jisker ir-regoli u l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 267 u 344 TFUE, il-prinċipji ġenerali ta’ awtonomija u ta’ fiduċja reċiproka, kif ukoll il-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni konformement mal-qafas kostituzzjonali tal-Unjoni.
Billi bbażat ruħha fuq l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE, is-Supreme Court (il-Qorti Suprema) kkonkludiet li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ kellha tiġi implimentata mir-Renju Unit, u dan minkejja l-fatt li din l-implimentazzjoni kienet tmur kontra d-dritt tal-Unjoni. Billi għamel dan, ir-Renju Unit kiser l-Artikolu 4(3) TUE, l-Artikolu 108(3), l-Artikolu 267(1)(a) u (b), l-Artikolu 267(3) kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 127(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(2) Għajnuna mill-Istat – Ir-Rumanija — Għajnuna mill-Istat SA.38517 (2014/C) (ex 2014/NN) — L-implimentazzjoni ta’ Deċiżjoni b’Arbitraġġ Micula vs Ir-Rumanija tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, C 393, p. 27).