21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Lulju 2022 – AQ vs trendtours Touristik GmbH

(Kawża C-511/22)

(2022/C 441/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AQ

Konvenut: trendtours Touristik GmbH

Domandi preliminari

1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) (id-“Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar”) għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra d-dritt previst fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar, tipprovdi dritt ta’ xoljiment addizzjonali, li l-effetti legali tiegħu japplikaw biss meta l-vjaġġatur jinvoka tali dritt fid-dikjarazzjoni tiegħu ta’ xoljiment tal-kuntratt?

2)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li titħallas tariffa ta’ xoljiment jibqa’ japplika meta l-vjaġġatur ma jkun indika ebda raġuni fid-dikjarazzjoni ta’ xoljiment tiegħu tal-pakkett tal-ivvjaġġar jew ikun indika raġuni li ma hijiex relatata ma’ ċirkustanza inevitabbli u straordinarja?


(1)  ĠU 2015 L 326, p. 1