19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/49


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgeright Ravensburg (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Lulju 2022 – VX u AT vs Gemeinde Ummendorf

(Kawża C-456/22)

(2022/C 359/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgeright Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VX, AT

Konvenut: Gemeinde Ummendorf

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ dannu mhux materjali previst fl-Artikolu 82(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rikonoxximent ta’ ta’ dannu mhux materjali jeħtieġ żvantaġġ sinjifikattiv u preġudizzju li jista’ jiġi kkonstatat b’mod oġġettiv ta’ interessi personali jew għal dan il-għan huwa biżżejjed li s-suġġett tad-data jitlef, anki għal żmien qasir, kontroll fuq id-data personali tiegħu minħabba l-pubblikazzjoni ta’ data personali fuq l-internet għal perijodu ta’ ftit jiem, li ma twassal għal ebda konsegwenza sinjifikattiva jew żvantaġġjuża għas-suġġett tad-data?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.