28.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 451/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fit-28 ta’ Ġunju 2022 – VK vs N1 Interactive Ltd.
(Kawża C-429/22)
(2022/C 451/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: VK
Konvenut: N1 Interactive Ltd.
Domanda preliminari
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-liġi tal-pajjiż fejn il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali ma tapplikax meta l-liġi applikabbli skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Ruma I, li r-rikorrent jitlob l-applikazzjoni tagħha u li kienet tkun applikabbli li kieku r-rikorrent ma kellux il-kwalità ta’ konsumatur, tkun iktar favorevoli għar-rikorrent?
(1) ĠU 2008 L 177, p. 6, rettifika fil-ĠU 2009 L 309, p. 87