5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-20 ta’ Ġunju 2022 – Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance vs Manitou BF SA

(Kawża C-407/22)

(2022/C 340/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance.

Konvenut: Manitou BF SA.

Domanda preliminari

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar skema ta’ integrazzjoni fiskali li permezz tagħha kumpannija omm li tintegra, tibbenefika min-newtralizzazzjoni ta’ parti mill-ispejjeż irreintegrata fir-rigward ta’ dividendi li tkun irċeviet mingħand kumpanniji residenti li huma partijiet fl-integrazzjoni u sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni s-sentenza tat-2 ta’ Settembru 2015 Groupe Steria SCA (C-386/14), fir-rigward ta’ dividendi riċevuti minn sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru ieħor li, kieku kienu residenti, kienu jkunu oġġettivament eliġibbli, b’għażla tagħhom, għall-iskema ta’ integrazzjoni, iżda li tirrifjuta l-benefiċċju ta’ din in-newtralizzazzjoni lil kumpannija omm residenti li, minkejja l-eżistenza ta’ rabtiet ta’ kapital ma’ entitajiet residenti oħra li jippermettu l-istabbiliment ta’ grupp fiskali integrat, ma għażlitx sħubija f’tali grupp, kemm fir-rigward tad-dividendi mqassma lilha mis-sussidjarji residenti tagħha kif ukoll fir-rigward ta’ dawk minn sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri oħra li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà minbarra r-residenza?