19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky fil-15 ta’ Ġunju 2022 – EXTÉRIA, s.r.o. vs Spravíme, s. r. o.

(Kawża C-393/22)

(2022/C 359/36)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EXTÉRIA, s.r.o.

Konvenut: Spravíme, s. r. o.

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi” jkopri wkoll kuntratt preliminari (pactum de contrahendo) li fil-kuntest tiegħu il-partijiet impenjaw ruħhom li jikkonkludu kuntratt futur li jkun kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.