19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Hamm (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Ġunju 2022 – Proċeduri kriminali kontra A.

(Kawża C-352/22)

(2022/C 359/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Hamm

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Proċeduri mressqa kontra: A.

Proċeduri mressqa minn: Generalstaatsanwaltschaft Hamm

Domanda preliminari

L-Artikolu 9(2) u (3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (1), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rikonoxximent definittiv ta’ persuna bħala refuġjat fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Genève dwar l-Istatus tar-Refuġjati fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea huwa, bis-saħħa tal-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt nazzjonali li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikolu 4(3) TUE), vinkolanti fir-rigward tal-proċedura ta’ estradizzjoni mmexxija fl-Istat Membru rikjest għall-finijiet tal-estradizzjoni ta’ tali persuna fis-sens li l-estradizzjoni tal-persuna lejn il-pajjiż terz jew lejn il-pajjiż ta’ oriġini hija obbligatorjament eskluża sakemm ir-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat ma jkunx ġie rrevokat jew ma jkunx skada ratione temporis?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 60

(2)  ĠU 2011, L 337, p. 9.