7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki trgovački sud Republike Hrvatske (il-Kroazja) fis-16 ta’ Mejju 2022 – Centar za restrukturiranje i prodaju vs PROM-VIDIJA d.o.o.

(Kawża C-327/22)

(2022/C 424/23)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Visoki trgovački sud Republike Hrvatske

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Centar za restrukturiranje i prodaju

Konvenut: PROM-VIDIJA d.o.o.

Domanda preliminari

Ir-regola prevista fl-Artikolu 121 tas-Sudski poslovnik (ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qrati) u l-istruzzjoni tal-President tal-Visoki trgovački sud (il-Qorti Kummerċjali tal-Appell) Su-918/21-19 tal-20 ta’ Jannar 2022, li tipprojbixxi n-notifika tad-deċiżjonijiet tal-qrati jekk dawn ma jkunux totalment konformi mal-ordni ta’ trattament indikata f’din l-istruzzjoni, għandhom jitqiesu bħala li huma konformi mal-Artikolu 19(1) TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?