5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Mejju 2022 – Gesamtverband Autoteile-Handel e.V. vs Scania CV AB
(Kawża C-319/22)
(2022/C 340/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gesamtverband Autoteile-Handel e.V.
Konvenut: Scania CV AB
Domandi preliminari
I. |
Ir-rekwiżit stabbilit fit-tieni sentenza tal-Artikolu 61(1) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (1), li tipprovdi li “[l]-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b’mod faċilment aċċessibbli f’forma ta’ settijiet ta’ data li jistgħu jinqraw b’magna u li jistgħu jiġu pproċessati elettronikament”,jinkludi l-informazzjoni kollha dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi fis-sens tal-punt 48 tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, jew dan ir-rekwiżit huwa limitat għall-hekk imsejħa informazzjoni dwar l-ispare parts (“partijiet […] li jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet ta’ riżerva […]”) imsemmija fil-punt 6.1 tal-Anness X tal-imsemmi regolament? |
II. |
It-tieni sentenza tal-Artikolu 61(1) tar-Regolament 2018/858, li tipprovdi li din l-informazzjoni “għandha tiġi ppreżentata b’mod faċilment aċċessibbli f’forma ta’ settijiet ta’ data li jistgħu jinqraw b’magna u li jistgħu jiġu pproċessati elettronikament” u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 61(2) ta’ dan ir-regolament, li jipprovdi li, għall-operaturi ekonomiċi indipendenti li ma humiex sewwejja, “l-informazzjoni għandha tingħata wkoll f’format li jkun jista’ jinqara minn magna, li jkun jista’ jiġi pproċessat elettronikament b’għodod u softwer tat-teknoloġija informatika disponibbli b’mod komuni u li jippermetti lil operaturi indipendenti jwettqu l-kompitu assoċjat man-negozju tagħhom fil-katina ta’ provvista tas-suq ta’ wara l-bejgħ”,għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-manifattur tal-vetturi jikkonforma ruħu mal-obbligi korrispondenti tiegħu unikament meta
|
III. |
L-Artikolu 61(1) tar-Regolament 2018/858 jikkostitwixxi, għall-manifatturi tal-vetturi, obbligu legali fis-sens tal-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2), li jiġġustifika l-pubblikazzjoni ta’ VIN jew ta’ informazzjoni annessa magħhom lil operaturi ekonomiċi indipendenti inkwantu kontrolluri oħra fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament? |