19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Mejju 2022 – Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, parti oħra fil-proċedura: Adama Registrations BV (Adama)

(Kawża C-309/22)

(2022/C 359/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe)

Konvenut: College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden

Parti oħra fil-proċedura: Adama Registrations BV (Adama)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (1) jimplika li l-awtorità kompetenti għandha tapplika wkoll il-kriterji ġodda ta’ determinazzjoni ta’ proprjetajiet ta’ tfixkil endokrinali fil-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ deċiżjoni dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li kienu għadhom fis-seħħ fl-10 ta’ Novembru 2018, fir-rigward ukoll tal-Artikolu 29(1)initio u (e), flimkien mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2)?

2)

Jekk l-ewwel domanda teħtieġ risposta fin-negattiv, hija l-awtorità kompetenti li għandha l-obbligu li tissospendi l-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ deċiżjoni dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni sakemm jingħataw konklużjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-konsegwenzi tar-Regolament 2018/605 għal kull proċedura fis-seħħ fil-kuntest tar-Regolament Nru 1107/2009, fid-dawl tal-premessa 8 tar-Regolament 2018/605?

3)

Jekk it-tieni domanda teħtieġ risposta fin-negattiv, l-awtorità kompetenti tista’ tikkuntenta ruħha b’evalwazzjoni magħmula abbażi biss tad-data magħrufa fil-mument tal-applikazzjoni, anki jekk l-għarfien xjentifiku u tekniku inklużi fiha ma jkunux iktar attwali fil-mument meta tittieħed id-deċiżjoni kkontestata?


(1)  ĠU 2018, L 101, p. 33, rettifika fil-ĠU 2018, L 111, p. 10.

(2)  ĠU 2009, L 309, p. 1.