|
8.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ April 2022 – Proċeduri kriminali kontra IP, DD, ZI, SS u HYa
(Kawża C-269/22)
(2022/C 303/17)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali
IP, DD, ZI, SS u HYa
Domanda preliminari
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxi r-rekwiżit ta’ qorti imparzjali, u l-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jirrikonoxxi l-preżunzjoni ta’ innoċenza tal-imputat, jipprekludu rinviju għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE li fih jitqies li huwa stabbilit l-persuna mressqa quddiem qorti ta’ ġudikatura kriminali wettqet ċerti fatti jekk qabel dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tkun applikat il-garanziji proċedurali kollha meħtieġa għal deċiżjoni fuq il-mertu?