23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fil-5 ta’ April 2022 – Proċeduri kriminali kontra Abel

(Kawża C-235/22)

(2023/C 24/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Rikorrent: Abel

Parti oħra fil-proċedura: Ministerio Fiscal

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 126 u 127 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (iktar ’il quddiem il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”) (1) u l-Artikoli 18(1) u 21(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma applikabbli għal talba għal estradizzjoni minn pajjiż terz magħmula wara t-tmiem tal-perijodu tranżitorju previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ dwar ċittadin tar-Renju Unit li kien residenti fi Stat Membru kemm matul kif ukoll wara t-tmien tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għal fatti mwettqa qabel u waqt li l-Ftehim dwar il-Ħruġ kien fis-seħħ?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv:

2)

L-Artikoli 10, 12, 13, 14, 15, 126 u 127 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Artikolu 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Settembru 2016, Aleksei Petruhhin vs Latvijas Republikas Ģenerālprokuratūra (C-182/15) (2), tal-10 ta’ April 2018, Romano Pisciotti vs Bundesrepublik Deutschland (C-191/16) (3) u tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija vs I.N. (C-897/19 PPU) (4), hija applikabbli għal talba għal estradizzjoni minn pajjiż terz dwar ċittadin Brittaniku li kien ċittadin tal-Unjoni Ewropea fil-mument tal-fatti li jimmotivaw it-talba għal estradizzjoni u li rrisjeda mingħajr interruzzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor qabel u waqt li l-Ftehim dwar il-Ħruġ kien fis-seħħ?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv:

3)

Il-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi tas-6 ta’ Settembru 2016, Aleksei Petruhhin vs Latvijas Republikas Ģenerālprokuratūra (C-182/15, EU:C:2016:630), tal-10 ta’ April 2018, Romano Pisciotti vs Bundesrepublik Deutschland (C-191/16, EU:C:2018:222) u tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija vs I.N. (C-897/19 PPU, EU:C:2020:262), fid-dawl tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali previst fl-Artikoli 62 sa 65 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u t-Titolu VII tat-Tielet Parti tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, hija applikabbli għal talba għal estradizzjoni minn pajjiż terz dwar ċittadin Brittaniku li kien ċittadin tal-Unjoni Ewropea fil-mument tal-fatti li jimmotivaw it-talba għal estradizzjoni u li rrisjeda mingħajr interruzzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor qabel u waqt li l-Ftehim dwar il-Ħruġ kien fis-seħħ?


(1)  ĠU 2020, L 29, p. 7.

(2)  EU:C:2016:630.

(3)  EU:C:2018:222.

(4)  EU:C:2020:262.