22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fis-17 ta’ Marzu 2022 – Lineas – Concessões de Transportes SGPS, S.A. vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-207/22)

(2022/C 318/28)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lineas – Concessões de Transportes SGPS, S.A.

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

Kumpannija holding (SGPS) li għandha bħala l-għan esklużiv tagħha l-ġestjoni ta’ azzjonijiet ta’ kumpanniji oħra, bħala forma indiretta ta’ eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, u li, f’dan il-kuntest, takkwista u tippossjedi dawn l-ishma fit-tul, bħala regola mhux inferjuri għal 10 % tal-kapital azzjonarju tal-kumpanniji li tagħhom iżżomm l-azzjonijiet, fejn l-attività ta’ dawn il-kumpanniji tidħol fil-qafas tal-ġestjoni tal-infrastruttura ta’ trasport, li jinkludi l-konċepiment, il-kostruzzjoni u l-ġestjoni tat-toroq/awtostradi, tista’ titqies li hija “istituzzjoni finanzjarja” skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1) u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2)?


(1)  ĠU 2013, L 176, p. 338, u r-rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 73, fil-ĠU 2017, L 20, p. 1, u fil-ĠU 2020, L 203, p. 95.

(2)  ĠU 2013, L 176, p. 1, u r-rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68, fil-ĠU 2013, L 321, p. 6, u fil-ĠU 2017, L 20, p. 2.