21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/3


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2022 minn FJ et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-619/20, FJ et vs SEAE

(Kawża C-171/22 P)

(2022/C 441/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: FJ et (rappreżentanti: J.-N. Louis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

B’digriet tal-5 ta’ Ottubru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.