|
29.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/3 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2022 minn MO mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-21 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-587/20, MO vs Il-Kunsill
(Kawża C-165/22 P)
(2022/C 326/04)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: MO (rappreżentant: A. Guillerme, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Lulju 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat, u ddeċidiet li l-appellant għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.