|
23.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail de Liège (il-Belġju) fit-2 ta’ Marzu 2022 – OP vs Commune d’Ans
(Kawża C-148/22)
(2022/C 207/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal du travail de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: OP
Konvenut: Commune d’Ans
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lil amministrazzjoni pubblika li torganizza ambjent amministrattiv kompletament newtrali u b’hekk li tipprojbixxi l-ilbies ta’ simboli ta’ twemmin mill-membri kollha tal-persunal, irrispettivament minn jekk dawn ikunux f’kuntatt dirett mal-pubbliku jew le? |
|
2) |
L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78 jista’ jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lil amministrazzjoni pubblika li torganizza ambjent amministrattiv kompletament newtrali u b’hekk li tipprojbixxi l-ilbies ta’ simboli ta’ twemmin mill-membri kollha tal-persunal, irrispettivament minn jekk dawn ikunux f’kuntatt dirett mal-pubbliku jew le, anki jekk din il-projbizzjoni newtrali tidher li taffettwa l-iktar lin-nisa, u għalhekk x’aktarx tikkostitwixxi diskriminazzjoni moħbija bbażata fuq il-ġeneru? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.