1.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/13


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2022 minn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-595/19, Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Fontana Food (GRILLOUMI BURGER)

(Kawża C-121/22 P)

(2022/C 294/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (rappreżentanti: V. Marsland, Solicitor, u C. Milbradt, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Fontana Food AB

Permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Ġunju 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li l-Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.