25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Frar 2022 – C. Sp. z o.o. (attwalment fi stralċ) vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

(Kawża C-108/22)

(2022/C 284/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C. Sp. z o.o. (attwalment fi stralċ)

Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Domanda preliminari

L-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat li jista’ japplika għal persuna taxxabbli li hija konsolidatur ta’ servizzi ta’ lukandi li ixtri kif ukoll tbigħ mill-ġdid servizzi ta’ akkomodazzjoni lil operaturi ekonomiċi oħra, fejn dawk it-tranżazzjonijiet ma huma akkumpanjati minn ebda servizz addizzjonali ieħor?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.