11.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 158/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Bologna (l-Italja) fis-7 ta’ Frar 2022 – BU vs Ministero dell’Interno, Dipartimento per le Libertà civili e l’Immigrazione – Unità Dublino
(Kawża C-80/22)
(2022/C 158/09)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Bologna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: BU
Konvenuti: Ministero dell’Interno, Dipartimento per le Libertà civili e l’Immigrazione – Unità Dublino
Domandi preliminari
1) |
Liema huma l-konsegwenzi ġuridiċi li d-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprevedi fil-każ ta’ ksur, min-naħa tal-Istat li jagħmel it-talba fil-kuntest ta’ proċedura ta’ teħid lura skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1), tal-obbligu ta’ informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 4 jiġifieri l-obbligu li jagħmel l-intervista personali tal-applikant skont l-Artikolu 5 tal-istess regolament, u b’mod partikolari jekk l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament UE 604/2013 għandhomx jiġu interpretati:
|
2) |
L-Artikolu 27(1) tar-Regolament UE 604/2013, waħdu jew flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat:
|
(1) ĠU 2013, L 180, p. 31 u rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.