SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id‑Disa’ Awla)
13 ta’ Ġunju 2024 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 64(1) u (2) – Applikabbiltà – Provvisti minn amministraturi u stralċjarji ġudizzjarji – Provvisti li jseħħu b’mod kontinwu – Artikolu 168(a) – Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa – Spejjeż marbuta mad-dritt ta’ użu ta’ isem kummerċjali – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ”
Fil-Kawża C‑696/22,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Cluj (il-Qorti tal-Appell ta’ Cluj, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑15 ta’ Lulju 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑8 ta’ Novembru 2022, fil-proċedura
C SPRL
vs
Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Cluj,
Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Cluj-Napoca,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id‑Disa’ Awla),
komposta minn O. Spineanu-Matei, Presidenta tal-Awla, J.‑C. Bonichot (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Emiliou,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal C SPRL, minn A. Coroian, A. Madar-Petran u C. A. Păun, avocati, |
|
– |
għall-Gvern Rumen, minn R. Antonie, E. Gane u A. Rotăreanu, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Armenia u J. Jokubauskaitė, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 63, 64, 66 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/117/KE tas‑16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU 2009, L 14, p. 7) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112”), kif ukoll tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża. |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn C SPRL u l-Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Cluj (l-Amministrazzjoni Dipartimentali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Cluj, ir-Rumanija) u d-Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Cluj-Napoca (id-Direttorat Ġenerali Reġjonali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Cluj-Napoca, ir-Rumanija) (iktar ’il quddiem, flimkien, l-“amministrazzjoni fiskali Rumena”) dwar il-legalità ta’ avviż ta’ stima li jimponi fuq C il-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) supplimentari dovuta għal servizzi pprovduti lil impriżi li huma s-suġġett ta’ proċeduri ta’ insolvenza. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
|
3 |
Il-premessa 24 tad-Direttiva 2006/112 tgħid li: “Il-kunċetti ta’ avveniment li jagħti lok għal ħlas u imposizzjoni ta’ VAT għandhom jiġu armonizzati jekk l-introduzzjoni tas-sistema komuni ta’ VAT u ta’ kwalunkwe emendi li jista’ jkun hemm għaliha għandhom jieħdu effett fl-istess żmien fl-Istati Membri kollha.” |
|
4 |
It-Titolu VI ta’ din id-direttiva, dwar il-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tal-VAT, jinkludi l-Kapitolu 2, intitolat “Provvista ta’ merkanzija jew servizzi”, li jiġbor taħtu l-Artikoli 63 sa 67 tal-imsemmija direttiva. |
|
5 |
L-Artikolu 63 ta’ din l-istess direttiva jipprevedi: “Għandu jkun hemm avveniment li jagħti lok għal ħlas u l-VAT għandha tiġi imposta meta l-merkanzija jew is-servizzi huma pprovduti.” |
|
6 |
L-Artikolu 64(2) tad-Direttiva 2006/112, fil-verżjoni inizjali tiegħu, ġie emendat bid-Direttiva 2008/117, li t-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha, konformement mal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva skada fl‑1 ta’ Jannar 2010. Għalhekk, iddaħħal l-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 64(2) tad-Direttiva 2006/112, mingħajr ma ġie emendat il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 64. |
|
7 |
L-Artikolu 64 tad-Direttiva 2006/112 jiddisponi: “1. Fejn din twassal għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew ħlasijiet suċċessivi, il-provvista ta’ merkanzija, ħlief dik li tikkonsisti fil-kiri ta’ merkanzija għal ċertu perijodu jew il-bejgħ ta’ merkanzija fuq termini differiti, kif imsemmi fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 14(2), jew il-provvista ta’ servizzi għandhom jitqiesu bħala kompluti ma’ l-iskadenza tal-perijodi li għalihom jirrelataw dawn id–dikjarazzjonijiet ta’ kont jew ħlasijiet. 2. […] L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, f’ċerti każijiet ħlief f’dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-forniment kontinwu ta’ prodotti jew servizzi matul perijodu ta’ żmien għandha titqies bħala kompluta mill-inqas f’intervalli ta’ sena.” |
|
8 |
L-Artikolu 66 tad-Direttiva 2006/112, fil-verżjoni inizjali tiegħu, ġie emendat bid-Direttiva 2008/117. Għalhekk, iddaħħal it-tieni subparagrafu fl-Artikolu 66 tad-Direttiva 2006/112, mingħajr ma ġie emendat l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-artikolu. |
|
9 |
Skont l-Artikolu 66 ta’ din id-direttiva: “Bħala deroga mill–Artikoli 63, 64 u 65, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-VAT għandha tiġi imposta, fir-rigward ta’ ċerti transazzjonijiet jew ċerti kategoriji ta’ persuni taxxabbli f’wieħed miż-żminijiet li ġejjin:
[…]” |
|
10 |
It-Titolu VII tal-imsemmija direttiva, intitolat “Ammont taxxabbli”, jinkludi l-Artikolu 90 tiegħu, li huwa fformulat kif ġej: “1. Fil-każ ta’ kanċellazzjoni, ċaħda [ta’ xoljiment jew ta’ ħall] jew nuqqas ta’ pagament totali jew parzjali, jew fejn il-prezz hu mnaqqas wara li l-provvista tkun saret, l-ammont taxxabbli għandu jiġi ridott għaldaqstant skond kondizzjonijet li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1.” |
|
11 |
It-Titolu X tal-istess direttiva, dwar it-tnaqqis, jinkludi l-Kapitolu 1, intitolat “Oriġini u skop tad-dritt ta’ tnaqqis”, li fih jinsab l-Artikolu 168, li jiddisponi: “Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:
[…]” |
Id‑dritt Rumen
|
12 |
Il-Legea nr. 571/2003 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi tat-Taxxi), tat‑22 ta’ Diċembru 2003 (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 927 tat‑23 ta’ Diċembru 2003), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi tat-Taxxa”), tinkludi l-Artikolu 134a, intitolat “Fatt taxxabbli għall-kunsinni ta’ oġġetti u għall-provvisti ta’ servizzi”, li jipprevedi: “(1) Il-fatt taxxabbli jseħħ fid-data tal-kunsinna tal-oġġetti jew fid-data tal-provvista tas-servizzi, suġġett għall-eċċezzjonijiet previsti f’dan il-kapitolu. […] (7) Il-provvisti ta’ servizzi li jagħtu lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew ħlasijiet suċċessivi, bħal servizzi ta’ kostruzzjoni u ta’ assemblaġġ, servizzi ta’ konsulenza, ta’ riċerka, ta’ perizja u servizzi simili oħra, għandhom jitqiesu li saru fid-data tal-ħruġ tal-istat ta’ progress, tar-rapporti ta’ xogħol jew dokumenti simili oħra sabiex jiġu ddeterminati s-servizzi pprovduti jew, jekk ikun il-każ, skont l-istipulazzjonijiet kuntrattwali, fid-data tal-aċċettazzjoni tagħhom mill-benefiċjarji. (8) Fir-rigward ta’ provvisti kontinwi ta’ oġġetti jew ta’ servizzi li jsiru b’mod kontinwu, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 7, bħall-provvista ta’ gass naturali, ta’ ilma, is-servizzi ta’ telefonija, il-provvista ta’ elettriku u servizzi oħra simili, il-kunsinna jew il-provvista għandha titqies li saret fid-dati speċifikati fil-kuntratt għall-ħlas tal-oġġetti jew servizzi pprovduti, jew fid-data tal-ħruġ ta’ fattura, mingħajr ma l-perijodu tad-dikjarazzjoni ta’ kont jista’ jaqbeż sena. […]” |
|
13 |
Skont l-Artikolu 145 tal-imsemmi kodiċi, intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt għal tnaqqis”: “[…] (2) Kull persuna taxxabbli għandha d-dritt li tnaqqas it-taxxa relatata max-xiri jekk dan tal-aħħar jintuża għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet segwenti:
|
|
14 |
L-Artikolu 4 tal-Legea nr. 85/2006 privind procedura insolvenței (il-Liġi Nru 85/2006 dwar il-Proċedura ta’ Insolvenza), tal‑5 ta’ April 2006 (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 359 tal‑21 ta’ April 2006), huwa fformulat kif ġej: “(1) L-ispejjeż kollha relatati mal-proċedura stabbilita minn din il-liġi, inklużi dawk relatati mal-komunikazzjoni, mal-konvokazzjoni u man-notifika tal-atti proċedurali mwettqa mill-amministratur ġudizzjarju u/jew mill-istralċjarju, għandhom jitħallsu mill-assi tad-debitur. […] (4) Fl-assenza ta’ likwidità fil-kont tad-debitur, għandu jintuża l-fond ta’ stralċ […]” |
|
15 |
L-Artikolu 11(1) ta’ din il-liġi jiddisponi: “Bis-saħħa ta’ din il-liġi, il-ġudikant fl-insolvenza għandu bħala funzjonijiet prinċipali li: […]
|
|
16 |
L-Artikolu 21(1) u (1a) tal-imsemmija liġi jipprevedi: “(1) L-amministratur stralċjarju għandu jippreżenta rapport kull xahar li jkun fih id-deskrizzjoni ta’ kif ikun wettaq il-funzjonijiet tiegħu, kif ukoll ġustifikazzjoni tal-ispejjeż sostnuti għall-ġestjoni tal-proċedura jew spejjeż oħra sostnuti mil-likwidità tal-assi tad-debitur. Ir-rapport jinsab fil-proċess tal-kawża u ġie ppubblikat estratt minnu fil-[Buletinul Procedurilor de Insolvență (BPI) (il-Bulettin tal-Proċeduri ta’ Insolvenza)]. Kull 120 jum, il-ġudikant fl-insolvenza għandu jistabbilixxi terminu għat-tkomplija tal-proċedura, li fl-iskadenza tiegħu l-amministratur ġudizzjarju għandu jesponi fil-qosor il-miżuri meħuda fl-intervall, li jidhru fir-rapporti ta’ attività. (1a) Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jsemmi wkoll ir-remunerazzjoni tal-amministratur ġudizzjarju jew tal-istralċjarju, b’indikazzjoni tal-metodu tal-kalkolu tiegħu.” |
|
17 |
L-Artikolu 24 tal-istess liġi jiddisponi: “(1) Meta jiddeċiedi dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment, il-ġudikant fl-insolvenza għandu jaħtar stralċjarju, filwaqt li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 19, 21, 22 u 23 u tal-Artikolu 102(5) japplikaw kif xieraq. (2) Il-funzjonijiet tal-amministratur ġudizzjarju għandhom jieqfu fil-mument meta l-funzjonijiet tal-istralċjarju jiġu stabbiliti mill-ġudikant fl-insolvenza. (3) L-amministratur ġudizzjarju maħtur preċedentement jista’ wkoll jinħatar stralċjarju.” |
|
18 |
L-Ordonanța Guvernului nr. 92/2003 privind Codul de procedură fiscală (id-Digriet tal-Gvern Nru 92/2003 li Jistabbilixxi l-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali), tal‑24 ta’ Diċembru 2003 (Monitorul Oficial al României, parti I, Nru 941 tad‑29 ta’ Diċembru 2003), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali”), jipprevedi, fl-Artikolu 213 tiegħu, intitolat “Trattament tal-ilment”: “(1) L-awtorità kompetenti, meta tiddeċiedi dwar l-ilment, għandha teżamina l-motivi ta’ fatt u ta’ liġi li jikkostitwixxu l-bażi tal-att amministrattiv fiskali. L-analiżi tal-ilment għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-argumenti tal-partijiet, id-dispożizzjonijiet legali invokati minnhom u d-dokumenti fil-fajl tal-kawża. L-ilment għandu jiġi ttrattat fil-limiti tar-riferiment. (2) L-awtorità responsabbli għall-ipproċessar tal-ilment tista’ titlob l-opinjoni tad-direttorati speċjalizzati tal-ministeru jew tal-istituzzjonijiet u tal-awtoritajiet oħra. (3) Id-deċiżjoni fuq l-ilment ma jistax ikollha l-effett li taggrava s-sitwazzjoni tal-awtur tal-ilment wara r-rikors tiegħu stess. (4) L-awtur tal-ilment, il-partijiet intervenjenti jew il-mandatarji tagħhom jistgħu jipproduċu provi ġodda insostenn tat-talba tagħhom. F’dan il-każ, l-awtorità fiskali li toħroġ l-att amministrattiv fiskali kkontestat jew il-korp li wettaq il-kontroll, skont il-każ, ikollhom il-possibbiltà li jesprimu ruħhom fir-rigward ta’ dawn il-provi l-ġodda. (5) L-awtorità responsabbli għall-ipproċessar tal-ilment għandha l-ewwel tiddeċiedi dwar l-eċċezzjonijiet proċedurali u sostantivi u, jekk jiġi kkonstatat li huma fondati, il-kawża ma għandhiex tiġi eżaminata fil-mertu.” |
|
19 |
L-Artikolu 38 tal-Ordonanța de urgență nr. 86/2006 privind organizarea activității practicienilor în insolvență (id-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 86/2006 dwar l-Organizzazzjoni tal-Attivitajiet tal-Prattikanti tal-Insolvenza), tat‑8 ta’ Novembru 2006 (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 944 tat‑22 ta’ Novembru 2006), jiddisponi: “(1) Il-prattikanti tal-insolvenza huma intitolati għal onorarji għall-attività mwettqa, fil-forma ta’ onorarji fissi, onorarji għar-riżultati jew taħlita ta’ dawn it-tipi ta’ onorarji. […] (4) Il-ġudikant fl-insolvenza għandu jistabbilixxi l-onorarji provviżorji għall-perijodu ta’ osservazzjoni mal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza, abbażi tal-kriterji previsti fil-paragrafu 2. Dawn l-onorarji jistgħu jinbidlu mill-assemblea tal-kredituri, li għandha tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2. (5) Il-ħlas tal-onorarji tal-prattikanti tal-insolvenza, tal-amministraturi ġudizzjarji jew tal-istralċjarji, jew tal-ispejjeż proċedurali għandu jsir mill-fond stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 85/2006 […]” |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
|
20 |
C, kumpannija rregolata mid-dritt Rumen, tiġbor fi ħdanha amministraturi u stralċjarji ġudizzjarji, imsejħa “prattikanti tal-insolvenza” mid-dritt Rumen. Hija tipprovdi servizzi lil impriżi li huma suġġetti għal proċeduri ta’ insolvenza. Huwa stabbilit li dawn is-servizzi huma suġġetti għall-VAT. |
|
21 |
Permezz ta’ avviż ta’ stima tat‑13 ta’ Awwissu 2015, ikkonfermat parzjalment permezz ta’ deċiżjoni tal‑10 ta’ Mejju 2016, adottata b’risposta għal ilment ippreżentat minn C, l-amministrazzjoni fiskali Rumena kkonstatat irregolaritajiet b’mod partikolari fir-rigward tal-eżiġibbiltà tat-taxxa. C ippreżentat rikors kontenzjuż quddiem il-Curtea de Apel Cluj (il-Qorti tal-Appell ta’ Cluj, ir-Rumanija), li hija l-qorti tar-rinviju, filwaqt li talbet is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal‑10 ta’ Mejju 2016. |
|
22 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li dan ir-rikors iqajjem tliet kwistjonijiet dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/112. |
|
23 |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tas-servizzi pprovduti minn C lill-kumpannija SM SRL matul il-perijodu bejn is‑17 ta’ Marzu 2011 u l‑31 ta’ Awwissu 2011, din il-qorti tikkonstata li C ħarġet fattura f’din l-aħħar data. |
|
24 |
Sabiex tiġi evalwata l-legalità ta’ dan l-approċċ, għandu jiġi ddeterminat jekk is-servizzi inkwistjoni jaqgħux taħt l-Artikolu 64(2) tad-Direttiva 2006/112, li ġie traspost, fid-dritt Rumen, mill-Artikolu 134a(8) tal-Kodiċi tat-Taxxa. |
|
25 |
Bis-saħħa ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, il-persuni taxxabbli jistgħu jipprevedu li d-dikjarazzjoni ta’ kont tas-servizzi tagħhom għandu jinfirex fuq perijodu massimu ta’ sena fil-każ ta’ “provvista ta’ servizzi li titwettaq b’mod kontinwu”. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni huwa ddefinit minn lista ta’ servizzi mhux eżawrjenti. |
|
26 |
Jekk jirriżulta li s-servizzi pprovduti lill-kumpannija SM jaqgħu taħt l-Artikolu 134a(8) tal-Kodiċi tat-Taxxa, l-amministrazzjoni fiskali Rumena kienet ikkunsidrat, b’mod żbaljat, li l-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tat-taxxa kienu seħħew fil-mument tal-provvista ta’ dawn is-servizzi minn C u li, konsegwentement, din kienet obbligata toħroġ fatturi sa mhux iktar tard mill-ħmistax‑il jum tax-xahar wara l-imsemmija provvista. |
|
27 |
Il-qorti tar-rinviju tirrileva li mill-perizja stabbilita fil-kuntest tal-kawża prinċipali li hija adita biha jirriżulta li s-servizzi inkwistjoni ġew effettivament ipprovduti b’mod kontinwu. Madankollu, ma huwiex eskluż li dawn is-servizzi taw lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew għal ħlasijiet suċċessivi. |
|
28 |
Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, għas-servizzi pprovduti matul il-perijodu mix-xahar ta’ Novembru 2010 sax-xahar ta’ Ottubru 2011, C ħarġet fattura fit‑3 ta’ Ottubru 2011 u rċeviet il-VAT fl‑1 ta’ Novembru 2011, meta rċeviet ir-remunerazzjoni. Dan l-approċċ kien iġġustifikat mill-fatt li l-ħlas kien ġie suġġett għal kundizzjoni marbuta mad-dispożizzjoni ta’ likwidità mill-benefiċjarju ta’ dawn is-servizzi. |
|
29 |
L-amministrazzjoni fiskali Rumena qieset li tali kundizzjoni ma kinitx tippermetti li jiġi sseparat il-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tal-VAT, filwaqt li ġie ppreċiżat li C kienet ipprovdiet servizzi mid-data tal-ħatra tagħha bħala amministratur jew stralċjarju ġudizzjarju. |
|
30 |
C, b’kuntrast ma’ dan, tibbaża ruħha fuq is-sentenza tat‑3 ta’ Settembru 2015, Asparuhovo Lake Investment Company (C‑463/14, EU:C:2015:542, punt 35), sabiex issostni li l-“ħlas” huwa kkaratterizzat minn rabta diretta bejn it-tranżazzjoni u l-korrispettiv tiegħu. Għalhekk, qabel il-ħlas inkwistjoni, la kien hemm skambju ta’ servizzi reċiproċi u lanqas tranżazzjoni taxxabbli. |
|
31 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà tal-pożizzjoni difiża mill-amministrazzjoni fiskali Rumena mal-Artikoli 63, 64 u 66 tad-Direttiva 2006/112. |
|
32 |
Fit-tielet u l-aħħar lok, bis-saħħa ta’ ftehim ta’ kollaborazzjoni konkluż fit‑8 ta’ Diċembru 2009, DDKK, kumpannija ċivili ta’ avukati, tat għajnuna finanzjarja lil C u tatha d-dritt li tuża isimha u l-logo tagħha. |
|
33 |
Skont l-amministrazzjoni fiskali Rumena, dan il-ftehim kien parti minn strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni maħsuba sabiex tattira klijenti fil-bidu tal-attività ta’ C bħala amministratur jew stralċjarju ta’ impriżi f’sitwazzjoni ta’ insolvenza. Madankollu, din l-awtorità rrifjutat it-tnaqqis tal-VAT li jidher fuq il-fatturi maħruġa minn DDKK b’applikazzjoni ta’ dan il-ftehim, minħabba li C ma wrietx li s-servizzi pprovduti minn din tal-aħħar kienu użati għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha. |
|
34 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li, sabiex tinvoka d-dritt għal tnaqqis tagħha skont l-Artikolu 145(2)(a) tal-Kodiċi tat-Taxxa, C kellha turi l-eżistenza ta’ “rabta diretta u immedjata” bejn l-akkwisti li hija kienet twettaq fi stadju preċedenti u t-tranżazzjonijiet sussegwenti li hija kienet twettaq. Is-sentenza tal‑25 ta’ Novembru 2021, Amper Metal (C‑334/20, EU:C:2021:961), tipprovdi indizji f’dan ir-rigward, iżda ma tippermettix li jiġi ddeterminat il-livell ta’ prova meħtieġ. F’dan il-każ, C ippreżentat il-ftehim ta’ kollaborazzjoni konkluż minn DDKK u fatturi maħruġa minnha lill-amministrazzjoni fiskali Rumena. Barra minn hekk, C semmiet żieda fid-dħul mill-bejgħ tagħha u fl-ammont tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha. |
|
35 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, minbarra t-tliet kwistjonijiet dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/112, il-kawża prinċipali li biha hija adita tqajjem kwistjoni dwar id-drittijiet tad-difiża. |
|
36 |
Fil-fatt, fil-kuntest tal-proċedura ta’ lment kontra l-avviż ta’ stima tat‑13 ta’ Awwissu 2015, l-amministrazzjoni fiskali Rumena ressqet argumenti ġodda ta’ fatt u ta’ liġi. C issostni li ma kellhiex il-possibbiltà li tieħu pożizzjoni fir-rigward ta’ dawn l-argumenti, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża u bi ksur tal-Artikolu 213 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, li jillimita l-istħarriġ imwettaq fil-kuntest ta’ lment għall-motivi ta’ fatt u ta’ liġi meħuda inkunsiderazzjoni waqt il-ħruġ tal-att ikkontestat. |
|
37 |
Il-qorti tar-rinviju tfakkar li, fil-punt 79 tas-sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics (C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ksur tad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda fi tmiem il-proċedura amministrattiva inkwistjoni biss jekk, fl-assenza ta’ din l-irregolarità, din il-proċedura setgħet twassal għal riżultat differenti. Mill-punt 73 ta’ din is-sentenza jirriżulta li lanqas ma hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża jekk l-eżekuzzjoni ta’ avviż ta’ stima tiġi sospiża sal-eventwali bidla tagħha. |
|
38 |
F’dan il-każ, C ibbenefikat minn miżuri provviżorji, jiġifieri s-sospensjoni tal-avviż ta’ stima tat‑13 ta’ Awwissu 2015 sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni fuq il-mertu mill-qorti tar-rinviju. Barra minn hekk, fil-kuntest tat-tilwima li biha hija adita din il-qorti, C ikkontestat l-argumenti l-ġodda mressqa mill-amministrazzjoni fiskali Rumena matul il-proċedura ta’ lment. |
|
39 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Curtea de Apel Cluj (il-Qorti tal-Appell ta’ Cluj) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq it‑talba għal proċedura mħaffa
|
40 |
Il-qorti tar-rinviju talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tissuġġetta din il-kawża għal proċedura mħaffa skont l-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, billi sostniet li l-kawża prinċipali kienet pendenti quddiemha sa mis-sena 2016. |
|
41 |
L-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi li, fuq talba tal-qorti tar-rinviju jew, f’każijiet eċċezzjonali, ex officio, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’, meta n-natura tal-kawża tkun teżiġi li tiġi ttrattata f’qasir żmien, u wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jiddeċiedi li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għal proċedura mħaffa li tidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli. |
|
42 |
F’dan il-każ, ma jidhirx li l-qorti tar-rinviju hija obbligata tiddeċiedi f’terminu speċifiku u lanqas li r-rikors ġudizzjarju li ġiet adita bih minn C fl‑2016 kien suġġett għal trattament urġenti (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑1 ta’ Ottubru 2010, N. S et, C‑411/10, EU:C:2010:575, punt 8). |
|
43 |
F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li din il-qorti ddeċidiet li tibgħat it-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja fil‑15 ta’ Lulju 2021. Madankollu, l-imsemmija qorti ressqet din it-talba biss fit‑8 ta’ Novembru 2022. |
|
44 |
Barra minn hekk, għandu jitfakkar li r-rekwiżit tat-trattament ta’ tilwima pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’qasir żmien ma jistax jirriżulta mis-sempliċi fatt li l-qorti tar-rinviju hija obbligata tiżgura soluzzjoni rapida tat-tilwima (sentenza tat‑13 ta’ Ottubru 2022, Gmina Wieliszew, C‑698/20, EU:C:2022:787, punt 50). |
|
45 |
Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li ma jikkostitwixxix ċirkustanza eċċezzjonali ta’ natura li tiġġustifika l-użu ta’ proċedura mħaffa biss l-interess tal-partijiet fil-kawża, ċertament leġittimu, li jiddeterminaw malajr kemm jista’ jkun il-portata tad-drittijiet li huma jisiltu mid-dritt tal-Unjoni (digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑10 ta’ Jannar 2012, Arslan, C‑534/11, EU:C:2012:4, punt 13 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
46 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ deċiżjoni tal‑21 ta’ Diċembru 2022, wara li nstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, ċaħad it-talba għall-applikazzjoni tal-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura. |
Fuq id‑domandi preliminari
Fuq l‑ammissibbiltà tad‑domandi
|
47 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-Artikoli 63, 64 u 66 tad-Direttiva 2006/112. |
|
48 |
Madankollu, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, fir-realtà, din il-qorti ma tistaqsix dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 63 tad-Direttiva 2006/112 bħala tali, iżda dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, rispettivament, tal-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 64 ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 63 tagħha. |
|
49 |
F’dan ir-rigward, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta wkoll li l-Artikolu 64(1) u (2) tad-Direttiva 2006/112, fil-verżjoni oriġinali tiegħu, ġie traspost, fid-dritt Rumen, permezz tal-Artikolu 134a(7) u (8) tal-Kodiċi tat-Taxxa. |
|
50 |
B’kuntrast ma’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni li tiddetermina jekk l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 66 ta’ din id-direttiva, li huwa dispożizzjoni ta’ applikazzjoni fakultattiva, kienx ġie traspost fid-dritt Rumen fiż-żmien tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Rumen isostni li dan ma kienx il-każ. Barra minn hekk, l-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma tippermettilhiex li tevalwa r-rilevanza ta’ din id-dispożizzjoni għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali. |
|
51 |
Issa, peress li t-talba għal deċiżjoni preliminari sservi ta’ bażi għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, il-qorti nazzjonali hija mitluba tfisser, f’din id-domanda stess, il-kuntest fattwali u regolamentari tal-kawża prinċipali u tagħti l-ispjegazzjonijiet neċessarji dwar ir-raġunijiet tal-għażla tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li hija titlob l-interpretazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tilwima mressqa quddiemha (sentenza tat‑8 ta’ Ġunju 2023, Lyoness Europe, C‑455/21, EU:C:2023:455, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
52 |
Dawn ir-rekwiżiti kumulattivi li jikkonċernaw il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari jinsabu b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura li l-qorti tar-rinviju hija obbligata tosserva bir-reqqa. Barra minn hekk, huma mfakkra fil-punti 13, 15 u 16 tar-Rakkomandazzjonijiet lill-qrati nazzjonali, dwar l-introduzzjoni ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari (ĠU 2019, C 380, p. 1) (sentenza tat‑8 ta’ Ġunju 2023, Lyoness Europe, C‑455/21, EU:C:2023:455, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
53 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li l-ewwel u t-tieni domanda huma inammissibbli sa fejn dawn jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 66 tad-Direttiva 2006/112. |
|
54 |
Fit-tieni lok, it-tielet domanda tirrigwarda l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis, previst fl-Artikolu 168 (a) tad-Direttiva 2006/112. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, minn naħa, dwar il-provi li l-persuna taxxabbli għandha tipprovdi lill-awtoritajiet fiskali sabiex tkun tista’ tibbenefika minn dan id-dritt u, min-naħa l-oħra, dwar il-portata tiegħu. |
|
55 |
Madankollu, l-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonċerna biss l-ewwel parti tat-tielet domanda, b’tali mod li hija ma hijiex f’pożizzjoni li tiddetermina la l-motivi li wasslu għad-domandi tal-qorti tar-rinviju dwar il-portata tad-dritt għal tnaqqis u lanqas l-utilità ta’ risposta f’dan ir-rigward. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni parti tat-tielet domanda hija inammissibbli. |
Fuq l‑ewwel domanda
|
56 |
Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tirrileva, essenzjalment, li l-amministraturi u l-istralċjarji ġudizzjarji miġbura fi ħdan C jipprovdu servizzi lill-impriżi li huma s-suġġett ta’ proċeduri ta’ insolvenza mhux b’mod ad hoc, iżda b’mod kontinwu matul ċertu perijodu. |
|
57 |
Konsegwentement, għandu jitqies li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu s-servizzi pprovduti b’mod kontinwu matul ċertu perijodu, bħal dawk imwettqa, bis-saħħa tad-dritt Rumen, mill-amministraturi u mill-istralċjarji ġudizzjarji favur l-impriżi li huma s-suġġett ta’ proċeduri ta’ insolvenza. |
|
58 |
F’dan ir-rigward, għandu, minn naħa, jitfakkar li l-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 63 tiegħu, peress li l-ewwel dispożizzjoni hija intrinsikament marbuta mat-tieni waħda (sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2021, X-Beteiligungsgesellschaft (VAT – Ħlasijiet suċċessivi), C‑324/20, EU:C:2021:880, punt 34). |
|
59 |
Skont dan l-Artikolu 63, il-fatt taxxabbli jseħħ u t-taxxa ssir eżiġibbli fil-mument tal-kunsinna tal-prodotti jew tal-provvista tas-servizzi. Skont l-imsemmi Artikolu 64(1), meta dawn jagħtu lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew għal ħlasijiet suċċessivi, il-provvisti ta’ servizzi għandhom jitqiesu bħala mwettqa, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 63, fil-mument tal-iskadenza tal-perijodi li għalihom jirrelataw dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ kont jew ħlasijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2021, X-Beteiligungsgesellschaft (VAT – Ħlasijiet suċċessivi), C‑324/20, EU:C:2021:880, punt 35). |
|
60 |
Minn applikazzjoni flimkien ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jirriżulta li, għall-provvisti li jagħtu lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew għal ħlasijiet suċċessivi, il-fatt taxxabbli jseħħ u t-taxxa ssir eżiġibbli fil-mument tal-iskadenza tal-perijodi li għalihom jirrelataw dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ kont jew il-ħlasijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2021, X-Beteiligungsgesellschaft (VAT – Ħlasijiet suċċessivi), C‑324/20, EU:C:2021:880, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
61 |
Fir-rigward tal-kliem “servizzi li jagħtu lok għal ħlasijiet suċċessivi”, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li dawn jinkludu biss is-servizzi li n-natura stess tagħhom tiġġustifika ħlas bin-nifs, jiġifieri dawk li huma pprovduti mhux b’mod ad hoc, iżda b’mod rikorrenti jew kontinwu, matul ċertu perijodu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2021, X-Beteiligungsgesellschaft (VAT – Ħlasijiet suċċessivi), C‑324/20, EU:C:2021:880, punti 37 sa 39). |
|
62 |
Din il-konstatazzjoni tapplika mutatis mutandis għat-tieni każ imsemmi fl-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2006/112, jiġifieri meta s-“servizzi jagħtu lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont”. |
|
63 |
Barra minn hekk, l-użu tal-Artikolu 64(1) ta’ din id-direttiva, bħala regola ġuridika intiża għad-determinazzjoni tal-mument li fih jitnissel l-obbligu fiskali, jimponi ruħu biss meta l-mument jew il-mumenti ta’ twettiq effettiv tal-provvisti ma humiex univoki u jistgħu jagħtu lok għal evalwazzjonijiet differenti, li huwa l-każ meta dawn, minħabba n-natura kontinwa u repetuta tagħhom, jitwettqu matul perijodu jew diversi perijodi speċifiċi (sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2021, X-Beteiligungsgesellschaft (VAT – Ħlasijiet suċċessivi), C‑324/20, EU:C:2021:880, punt 45). |
|
64 |
B’kuntrast ma’ dan, fil-każ fejn il-mument tal-eżekuzzjoni tal-provvista huwa univoku, b’mod partikolari meta l-provvista tkun ta’ natura ad hoc u meta jkun jeżisti mument preċiż li jippermetti li jiġi stabbilit li t-twettiq tagħha jkun intemm, konformement mar-relazzjoni kuntrattwali li torbot lill-partijiet fit-tranżazzjoni kkonċernata, l-Artikolu 64(1) tal-imsemmija direttiva ma jistax japplika mingħajr ma jinkiser il-kliem ċar tal-Artikolu 63 tal-istess direttiva (sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2021, X-Beteiligungsgesellschaft (VAT – Ħlasijiet suċċessivi), C‑324/20, EU:C:2021:880, punt 46). |
|
65 |
Min-naħa l-oħra, mill-formulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 64(2) tad-Direttiva 2006/112 jirriżulta mingħajr ekwivoku li din id-dispożizzjoni tirrigwarda, bħall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 64, kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi li jseħħu b’mod kontinwu matul ċertu perijodu. |
|
66 |
Minn dan jirriżulta wkoll li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 64(2) ta’ din id-direttiva jipprevedi sistema li l-implimentazzjoni tagħha hija fakultattiva, b’tali mod li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu jekk jixtiqux jirrikorru għal din l-iskema. Il-leġiżlatur nazzjonali għandu f’dan ir-rigward ċertu marġni ta’ manuvra sa fejn din id-dispożizzjoni sempliċement tipprevedi li l-applikazzjoni tagħha tista’ tkun prevista “f’ċerti każijiet” mingħajr preċiżazzjoni oħra għajr dik dwar in-natura kontinwa tas-servizzi, imsemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza. |
|
67 |
Hekk kif ġie rrilevat fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, il-leġiżlatur Rumen effettivament iddeċieda li jimplimenta l-imsemmija dispożizzjoni billi adotta l-Artikolu 134a(8) tal-Kodiċi tat-Taxxa, li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jinkludi l-kunsinni ta’ oġġetti u l-provvisti ta’ servizzi li jseħħu b’mod kontinwu, “minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 7” ta’ dan l-Artikolu 134a. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-Artikolu 134a(8) tal-Kodiċi tat-Taxxa hija eskluża meta jkunu inkwistjoni provvisti ta’ servizzi li huma pprovduti b’mod kontinwu u “li jagħtu lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew għal ħlasijiet suċċessivi”, b’tali mod li jaqgħu taħt il-paragrafu 7 tal-imsemmi Artikolu 134a, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
|
68 |
Konsegwentement, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-provvisti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħux taħt l-Artikolu 64(1) jew taħt l-Artikolu 64(2) tad-Direttiva 2006/112, kif implimentati fid-dritt Rumen, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa n-natura ta’ dawn il-provvisti, jiġifieri jekk dawn effettivament seħħewx b’mod kontinwu matul ċertu perijodu u, b’mod partikolari, jekk jagħtux lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew għal ħlasijiet suċċessivi. |
|
69 |
Għal kull fini utli, għandu jiġi rrilevat li mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, fir-rigward b’mod partikolari tas-servizzi pprovduti lil SM, C inħatret stralċjarju ġudizzjarju ta’ din il-kumpannija u li onorarji mensili ta’ 1 000 00 leu Rumen (RON) (madwar EUR 240) kif ukoll onorarji għar-riżultat ta’ 10 % ġew stabbiliti. Barra minn hekk, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, il-Gvern Rumen u l-Kummissjoni Ewropea indikaw li, bis-saħħa tad-dritt Rumen, jiġifieri, l-Artikolu 21(1) u (1a), kif ukoll l-Artikolu 24 tal-Liġi Nru 85/2006 dwar il-Proċedura ta’ Insolvenza, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, l-amministraturi u l-istralċjarji ġudizzjarji għandhom jippreżentaw rapporti ta’ kull xahar dwar is-servizzi pprovduti u dwar ir-remunerazzjoni dovuta lilhom. |
|
70 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jidher, bla ħsara għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, li l-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu jagħtu lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew għal ħlasijiet suċċessivi u li għalhekk huma jaqgħu mhux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 64(2) tad-Direttiva 2006/112, kif implimentat, fid-dritt Rumen, mill-Artikolu 134a(8) tal-Kodiċi tat-Taxxa, iżda taħt l-Artikolu 64(1) ta’ din id-direttiva, traspost, fid-dritt Rumen, permezz tal-Artikolu 134a(7) ta’ dan il-kodiċi. |
|
71 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu s-servizzi pprovduti b’mod kontinwu matul ċertu perijodu, bħal dawk imwettqa, bis-saħħa tad-dritt Rumen, mill-amministraturi u mill-istralċjarji ġudizzjarji favur l-impriżi li huma s-suġġett ta’ proċeduri ta’ insolvenza, sa fejn, bla ħsara għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, dawn is-servizzi jagħtu lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew għal ħlasijiet suċċessivi. |
Fuq it‑tieni domanda
|
72 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li provvisti ta’ servizzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħu, bħala prinċipju, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2006/112. |
|
73 |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-formulazzjoni tagħha, it-tieni domanda tista’ tinftiehem li hija intiża sabiex tiddetermina l-mument li fih għandhom jinħarġu l-fatturi u l-VAT tinġabar. Madankollu, mill-indikazzjonijiet li jinsabu fit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li din id-domanda tirrigwarda, bħall-ewwel waħda, id-determinazzjoni tal-mument li fih iseħħ il-fatt taxxabbli li jikkonċerna l-VAT u ta’ dak li fih din it-taxxa ssir eżiġibbli. |
|
74 |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn il-ħlas tar-remunerazzjoni għal servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma jistax iseħħ minħabba l-insuffiċjenza ta’ likwidità fuq il-kontijiet tad-debitur, l-imsemmija dispożizzjoni tippermetti li jitqies li l-VAT issir eżiġibbli biss fil-mument tal-ġbir effettiv tar-remunerazzjoni. |
|
75 |
Kif tfakkar fil-punt 60 ta’ din is-sentenza, mill-applikazzjoni flimkien tal-Artikolu 63 u tal-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2006/112 jirriżulta li, għall-provvisti li jagħtu lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew għal ħlasijiet suċċessivi, il-fatt taxxabbli jseħħ u din issir eżiġibbli fil-mument tal-iskadenza tal-perijodi li għalihom jirrelataw dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ kont jew dawn il-ħlasijiet. |
|
76 |
Il-mument hekk iddeterminat skont l-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2006/112 huwa impost fuq il-persuni taxxabbli. |
|
77 |
Fil-fatt, konformement mal-Artikolu 63 tad-Direttiva 2006/112, moqri fid-dawl tal-premessa 24 tagħha, it-tnissil tal-VAT u l-eżiġibbiltà tagħha ma humiex elementi li jistgħu jintgħażlu liberament mill-partijiet għal kuntratt. Għall-kuntrarju, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jarmonizza bis-sħiħ id-data li fiha jiġi fis-seħħ l-obbligu fiskali fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi ggarantit ġbir uniformi ta’ din it-taxxa (sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2021, X-Beteiligungsgesellschaft (VAT – Ħlasijiet suċċessivi), C‑324/20, EU:C:2021:880, punt 47). |
|
78 |
Għaldaqstant, l-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2006/112 ma jippermettix li t-tnissil tat-taxxa u l-eżiġibbiltà tagħha jiġu suġġetti għal kundizzjoni marbuta mal-ġbir effettiv tar-remunerazzjoni dovuta għas-servizzi pprovduti matul perijodu partikolari. Għall-kuntrarju, fl-iskadenza ta’ dan il-perijodu, jiġifieri fid-data li fiha l-ħlas ta’ din ir-remunerazzjoni huwa normalment dovut, it-taxxa dejjem issir eżiġibbli, minkejja li dan il-ħlas ma jkunx ġie rċevut għal kwalunkwe raġuni, inkluż minħabba l-assenza ta’ likwidità fil-kont tad-debitur. |
|
79 |
Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2006/112 hija kkorroborata mis-sistema ta’ din id-direttiva. |
|
80 |
Fil-fatt, id-Direttiva 2006/112 ma teskludix li l-VAT tista’ ssir eżiġibbli mhux iktar tard mill-ħruġ tal-fattura jew meta jiġi rċevut il-ħlas. Madankollu, din hija biss fakultà li, bis-saħħa tal-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 66 ta’ din id-direttiva, tista’ tiġi implimentata mill-Istati Membri biss għal ċerti tranżazzjonijiet jew għal ċerti kategoriji ta’ persuni taxxabbli, b’deroga mill-Artikoli 63 sa 65 tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2021, X-Beteiligungsgesellschaft (VAT – Ħlasijiet suċċessivi), C‑324/20, EU:C:2021:880, punt 49). |
|
81 |
Barra minn hekk, għandu jitfakkar li s-sitwazzjonijiet li fihom il-benefiċjarju ta’ kunsinna ta’ oġġetti jew ta’ provvista ta’ servizzi ma jħallasx, jew inkella jħallas biss parzjalment, kreditu li madankollu huwa responsabbli għalih bis-saħħa tal-kuntratt konkluż mal-fornitur huma rregolati minn dispożizzjoni speċifika tad-Direttiva 2006/112, jiġifieri l-Artikolu 90(1) tagħha, li tipprevedi t-tnaqqis tal-bażi taxxabbli b’mod partikolari fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali wara l-mument li fih isseħħ it-tranżazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2021, X-Beteiligungsgesellschaft (VAT – Ħlasijiet suċċessivi), C‑324/20, EU:C:2021:880, punti 57 u 60). |
|
82 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn il-ħlas tar-remunerazzjoni għal servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma jistax iseħħ minħabba l-insuffiċjenza ta’ likwidità fuq il-kontijiet tad-debitur, l-imsemmija dispożizzjoni ma tippermettix li jitqies li l-VAT issir eżiġibbli biss fil-mument tal-ġbir effettiv tar-remunerazzjoni. |
Fuq it‑tielet domanda
|
83 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn, minn naħa, tranżazzjoni partikolari preċedenti u, min-naħa l-oħra, tranżazzjonijiet sussegwenti li jagħtu dritt għal tnaqqis, huwa biżżejjed li, minbarra l-kuntratt sottostanti għat-tranżazzjoni preċedenti u l-fatturi relatati magħha, il-persuna taxxabbli tipprovdi dokumenti ta’ sostenn li juru ż-żieda fid-dħul mill-bejgħ jew fil-volum tat-tranżazzjonijiet intaxxati allegatament dovuti għal din it-tranżazzjoni preċedenti. |
|
84 |
Skont l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112, sakemm l-oġġetti u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-tranżazzjonijiet, li tnaqqas mit-taxxa li jkollha tħallas il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti ta’ oġġetti jew servizzi li jkunu sarulha, li jkunu twettqu jew li għad ikunu jridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra. |
|
85 |
F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li d-dritt għat-tnaqqis jagħmel parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u ma jistax, bħala prinċipju, jiġi limitat. Dan id-dritt jista’ jiġi eżerċitat immedjatament fir-rigward tat-taxxi kollha imposti fuq it-tranżazzjonijiet preċedenti mwettqa. Is-sistema għat-tnaqqis hija intiża, fil-fatt, sabiex ittaffi kompletament lill-imprenditur mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi kollha tiegħu. Is-sistema komuni tal-VAT tiżgura n-newtralità tat-taxxa tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għan jew mir-riżultat tagħhom, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet ikunu fihom innifishom, bħala prinċipju, suġġetti għall-VAT. Sa fejn il-persuna taxxabbli, li taġixxi bħala tali fil-mument meta takkwista oġġett jew tikseb servizz, tuża dan l-oġġett jew dan is-servizz għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha, din tkun awtorizzata tnaqqas il-VAT dovuta jew imħallsa għall-imsemmi oġġett jew għall-imsemmi servizz (sentenza tal‑25 ta’ Novembru 2021, Amper Metal, C‑334/20, EU:C:2021:961, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
86 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li, sabiex id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input jiġi rrikonoxxut fil-konfront tal-persuna taxxabbli, hija neċessarja, bħala prinċipju, l-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni partikolari preċedenti u tranżazzjoni waħda jew numru ta’ tranżazzjonijiet sussegwenti li jagħtu d-dritt għal tnaqqis. Id-dritt għal tnaqqis tal-VAT li kienet imposta fuq l-akkwist ta’ oġġetti jew il-kisba ta’ servizzi preċedenti jippreżupponi li l-ispejjeż magħmula għall-akkwist tagħhom jagħmlu parti mill-elementi kostituttivi tal-prezz tat-tranżazzjonijiet sussegwenti intaxxati li jagħtu d-dritt għal tnaqqis (sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2022, Finanzamt R (Tnaqqis tal-VAT marbut ma’ kontribuzzjoni ta’ soċju), C‑98/21, EU:C:2022:645, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
87 |
Madankollu dritt għal tnaqqis huwa aċċettat ukoll favur il-persuna taxxabbli, anki fl-assenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni partikolari preċedenti u tranżazzjoni waħda jew iktar sussegwenti li jagħtu dritt għal tnaqqis, meta n-nefqa tas-servizzi inkwistjoni jagħmlu parti mill-ispejjeż ġenerali ta’ din tal-aħħar u jkunu, bħala tali, elementi li jikkostitwixxu l-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi li din il-persuna tipprovdi. Dawn l-ispejjeż għandhom, fil-fatt, rabta diretta u immedjata mal-attività ekonomika kollha tal-persuna taxxabbli (sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2022, Finanzamt R (Tnaqqis tal-VAT marbut ma’ kontribuzzjoni ta’ soċju), C‑98/21, EU:C:2022:645, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
88 |
Fiż-żewġ każijiet, huwa neċessarju li l-infiq preċedenti għal oġġetti jew servizzi jiġi inkorporat rispettivament fil-prezz tat-tranżazzjonijiet partikolari sussegwenti jew fil-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi pprovduti mill-persuna taxxabbli fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha (sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2022, Finanzamt R (Tnaqqis tal-VAT marbut ma’ kontribuzzjoni ta’ soċju), C‑98/21, EU:C:2022:645, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
89 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-eżistenza ta’ rabtiet bejn tranżazzjonijiet għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-kontenut oġġettiv tagħhom. B’mod iktar partikolari, huma l-amministrazzjonijiet fiskali u l-qrati nazzjonali li għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha li fihom seħħew it-tranżazzjonijiet ikkonċernati u li għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni biss it-tranżazzjonijiet li huma oġġettivament marbuta mal-attività taxxabbli tal-persuna taxxabbli. F’dan is-sens, ġie deċiż li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-użu effettiv tal-oġġetti akkwistati u tas-servizzi miksuba, preċedentement, mill-persuna taxxabbli u r-raġuni esklużiva ta’ dan l-akkwist jew kisba, peress li dan tal-aħħar għandu jitqies li jikkostitwixxi kriterju ta’ determinazzjoni tal-kontenut oġġettiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑17 ta’ Ottubru 2018, Ryanair, C‑249/17, EU:C:2018:834, punt 28, u tat‑8 ta’ Settembru 2022, Finanzamt R (Tnaqqis tal-VAT marbut ma’ kontribuzzjoni ta’ soċju), C‑98/21, EU:C:2022:645, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
90 |
Meta jiġi stabbilit li tranżazzjoni ma twettqitx għall-bżonnijiet tal-attivitajiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, din it-tranżazzjoni ma tistax titqies li għandha rabta diretta u immedjata ma’ dawn l-attivitajiet fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk din it-tranżazzjoni tkun, fid-dawl tal-kontenut oġġettiv tagħha, taxxabbli abbażi tal-VAT (sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2018, C&D Foods Acquisition, C‑502/17, EU:C:2018:888, punt 37 l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
91 |
Fil-każ fejn l-ispejjeż sostnuti jirreferu parzjalment għal attività eżenti jew mhux ekonomika tal-persuna taxxabbli, il-VAT imħallsa fuq dawn l-ispejjeż tista’ titnaqqas biss parzjalment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2018, Ryanair, C‑249/17, EU:C:2018:834, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
92 |
F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li C ipprovdiet lill-amministrazzjoni fiskali Rumena dokumenti li juru żieda fid-dħul mill-bejgħ tagħha jew fil-volum tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha. |
|
93 |
Madankollu, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jitqies li tali ċirkustanzi ma jistgħux, waħedhom, jippermettu lill-amministrazzjoni fiskali Rumena tistabbilixxi l-eżistenza ta’ rabta bejn is-servizzi pprovduti lil C bis-saħħa tal-kuntratt ta’ kollaborazzjoni konkluż ma’ DDKK u t-tranżazzjonijiet ipprovduti sussegwentement minn C, li jagħtu dritt għal tnaqqis. |
|
94 |
Din il-konstatazzjoni hija kkorroborata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li minnha jirriżulta li l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112 bl-ebda mod ma jissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis għal kriterju relatat maż-żieda tad-dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli u lanqas, b’mod iktar ġenerali, għal kriterju ta’ profittabbiltà ekonomika tat-tranżazzjoni preċedenti mwettqa. B’mod partikolari, l-assenza ta’ żieda fid-dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli ma tistax ikollha effett fuq l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis. Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 85 ta’ din is-sentenza, is-sistema komuni ta’ VAT tiżgura n-newtralità tat-taxxa tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għan jew mir-riżultat tagħhom, bil-kundizzjoni li l-imsemmija attivitajiet ikunu fihom innifishom, bħala prinċipju, suġġetti għall-VAT. Għalhekk, id-dritt għat-tnaqqis, ladarba tnissel, jibqa’ kweżit anki jekk, sussegwentement, l-attività ekonomika prevista ma tkunx twettqet u, għaldaqstant, ma tkunx tat lok għal tranżazzjonijiet taxxabbli jew jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx setgħet tuża l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu taw lok għat-tnaqqis fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli minħabba ċirkustanzi li ma jkollhomx x’jaqsmu mar-rieda tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Novembru 2021, Amper Metal, C‑334/20, EU:C:2021:961, punti 30 u 35). |
|
95 |
B’kuntrast ma’ dan, mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li f’dan il-każ hemm elementi oħra li jistgħu jistabbilixxu r-rabta meħtieġa bejn it-tranżazzjonijiet inkwistjoni mwettqa minn C u l-attività taxxabbli tagħha, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 89 ta’ din is-sentenza, li jirrigwardaw l-użu effettiv tal-oġġetti akkwistati u tas-servizzi miksuba minn C skont il-kuntratt ta’ kollaborazzjoni konkluż ma’ DDKK kif ukoll ir-raġuni għal dan l-akkwist. |
|
96 |
Fil-fatt, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, bis-saħħa tal-Artikolu 11(1)(c) u (d) tal-Liġi Nru 85/2006 dwar il-Proċedura ta’ Insolvenza, sabiex ikunu jistgħu jipproponu s-servizzi tagħhom fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza partikolari, l-amministraturi u l-istralċjarji ġudizzjarji kkonċernati jippreżentaw offerti f’dan is-sens u, bħala prinċipju, huma l-kredituri tal-impriża kkonċernata minn din il-proċedura li għandhom jaħtru wieħed minnhom. Fid-dawl ta’ dan il-kuntest ġuridiku, l-amministrazzjoni fiskali Rumena diġà ppronunzjat ruħha fuq il-kawża tat-tranżazzjoni inkwistjoni, billi kkonstatat li l-ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn C u DKK kien parti minn strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni maħsuba sabiex tattira klijenti fil-bidu tal-attività ta’ C bħala amministratur jew stralċjarju ta’ impriżi f’sitwazzjoni ta’ insolvenza. |
|
97 |
Barra minn hekk, jidher rilevanti, f’dak li jirrigwarda r-realtà tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim ta’ kollaborazzjoni, li jitqies li C invokat quddiem il-qorti tar-rinviju li d-dokumenti ppreżentati minnha lil terzi għandhom l-isem kummerċjali ta’ DDKK. |
|
98 |
Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-veraċità taċ-ċirkustanzi msemmija iktar ’il fuq u li teħodhom inkunsiderazzjoni, flimkien maċ-ċirkustanzi l-oħra kollha li fihom seħħew it-tranżazzjonijiet sussegwenti inkwistjoni mwettqa minn C, sabiex tevalwa jekk f’dan il-każ teżistix rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjonijiet preċedenti u tranżazzjonijiet sussegwenti li jagħtu dritt għal tnaqqis. |
|
99 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn, minn naħa, tranżazzjoni partikolari preċedenti u, min-naħa l-oħra, tranżazzjonijiet sussegwenti li jagħtu dritt għal tnaqqis, għandu jiġi ddeterminat il-kontenut oġġettiv ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, li jimplika li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha li fihom seħħew l-imsemmija tranżazzjonijiet, jiġifieri, b’mod partikolari, l-użu effettiv tal-oġġetti akkwistati u tas-servizzi miksuba preċedentement mill-persuna taxxabbli kif ukoll ir-raġuni esklużiva għal dan l-akkwist jew il-ksib, mingħajr ma ż-żieda fid-dħul mill-bejgħ jew fil-volum tat-tranżazzjonijiet intaxxati ma jkunu elementi rilevanti f’dan ir-rigward. |
Fuq ir‑raba’ domanda
|
100 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-qorti tar-rinviju hija adita b’rikors dirett kontra deċiżjoni amministrattiva adottata b’risposta għal ilment u li hija tqis li din id-deċiżjoni ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża. |
|
101 |
F’dan ir-rigward, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, f’dan il-każ, l-amministrazzjoni fiskali Rumena adottat avviż ta’ stima li permezz tiegħu hija kkonstatat irregolaritajiet b’mod partikolari fir-rigward tal-mument tal-eżiġibbiltà tal-VAT adottata minn C. Dan l-avviż ġie parzjalment ikkonfermat fi tmiem proċedura ta’ lment, iżda abbażi ta’ punti ta’ fatt u ta’ liġi ġodda, mingħajr madankollu C ma ġiet mistiedna tieħu pożizzjoni fir-rigward ta’ dawn il-punti. |
|
102 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li dan il-ksur tad-drittijiet tad-difiża ma huwiex neċessarjament determinanti għall-eżitu tar-rikors. Fil-fatt, din twassal għall-annullament tad-deċiżjoni adottata b’risposta għall-ilment ta’ C, biss jekk jirriżulta li, fl-assenza ta’ dan il-ksur, il-proċedura ta’ lment setgħet twassal għal riżultat differenti. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, madankollu, jekk hija tistax tiċħad ir-rikors li hija adita bih mingħajr ma twettaq tali analiżi, minħabba li, fuq talba ta’ C, l-avviż ta’ stima tat‑13 ta’ Awwissu 2015 ġie sospiż. |
|
103 |
Konsegwentement, għandu jitqies li, permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva ta’ lment kontra avviż ta’ stima li jiddetermina l-VAT, meta l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni bbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi ġodda, li fir-rigward tagħhom il-persuna kkonċernata ma setgħetx tieħu pożizzjoni, huwa meħtieġ li din id-deċiżjoni tiġi annullata, minkejja li, fuq talba tal-persuna kkonċernata, l-eżekuzzjoni ta’ dan l-avviż ta’ stima titwettaq b’mod parallel mar-rikors ġudizzjarju ppreżentat kontra din id-deċiżjoni. |
|
104 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-rispett tad-drittijiet tad-difiża jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni fejn id-dritt għal smigħ f’kull proċedura jagħmel parti integrali minnu (sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics, C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041, punt 28 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
105 |
Bis-saħħa ta’ dan il-prinċipju, li huwa applikabbli meta l-amministrazzjoni tipproponi li tadotta, fil-konfront ta’ persuna, att li jikkawżalha preġudizzju, id-destinatarji ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw l-interessi tagħhom b’mod sinjifikattiv għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni li jressqu l-fehmiet tagħhom b’mod effettiv f’dak li jirrigwarda l-elementi li fuqhom l-amministrazzjoni jkollha l-intenzjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha (sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics, C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041, punt 30 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
106 |
Dan l-obbligu huwa impost fuq l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri meta dawn jieħdu deċiżjonijiet li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, minkejja li l-leġiżlazzjoni applikabbli ma tipprevedix espressament tali formalità (sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics, C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041, punt 31 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
107 |
F’dan il-każ, dan huwa effettivament il-każ. Fil-fatt, il-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża japplika f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fihom Stat Membru, sabiex jikkonforma ruħu mal-obbligu, li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li jadotta l-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi kollha xierqa sabiex jiżgura l-ġbir tal-VAT kollha dovuta fit-territorju tiegħu u li jiġġieled kontra l-frodi, jissuġġetta lil persuni taxxabbli għal proċedura ta’ kontroll fiskali (sentenza tas‑16 ta’ Ottubru 2019, Glencore Agriculture Hungary, C‑189/18, EU:C:2019:861, punt 40). |
|
108 |
Barra minn hekk, ir-regola li d-destinatarju ta’ deċiżjoni li tikkawżalu preġudizzju għandu jitqiegħed f’pożizzjoni li jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma tittieħed din tal-aħħar għandha l-għan li l-awtorità kompetenti tkun f’pożizzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni b’mod effettiv l-elementi rilevanti kollha. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-persuna jew tal-impriża kkonċernata, din ir-regola għandha b’mod partikolari bħala għan li dawn tal-aħħar jistgħu jikkoreġu żball jew isostnu tali elementi relatati mas-sitwazzjoni personali tagħhom li jisħqu fis-sens li d-deċiżjoni tittieħed, ma titteħidx jew li hija jkollha tali jew tali kontenut (sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics, C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041, punt 38 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
109 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti u tal-punti ta’ fatt miġbura fil-qosor fil-punt 101 ta’ din is-sentenza, jista’ jitqies li, f’dan il-każ, l-amministrazzjoni fiskali Rumena setgħet kisret id-dritt ta’ C għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ att li jikkawżalha preġudizzju, fatt li għandu jiġi stabbilit mill-qorti tar-rinviju. |
|
110 |
Madankollu, dan ma jkunx il-każ jekk l-impossibbiltà għal C li ssostni l-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi ġodda adottati fil-kuntest tal-proċedura ta’ lment kienet ir-riżultat mhux ta’ żball min-naħa ta’ din l-amministrazzjoni, iżda tal-applikazzjoni ta’ regola proċedurali li ssegwi għan ta’ interess ġenerali rrikonoxxut, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
|
111 |
Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, id-drittijiet fundamentali, bħalma huwa r-rispett tad-drittijiet tad-difiża, ma jidhirx li jikkostitwixxu prerogattivi assoluti, iżda jistgħu jiġu suġġetti għal restrizzjonijiet, bil-kundizzjoni li dawn ir-restrizzjonijiet jissodisfaw effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali li għandhom jintlaħqu mill-miżura inkwistjoni u ma jikkostitwixxux, fid-dawl tal-għan li għandu jintlaħaq, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jista’ jippreġudika s-sustanza stess tad-drittijiet hekk iggarantiti (sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics, C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041, punt 42 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
112 |
F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li smigħ a posteriori fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat kontra deċiżjoni sfavorevoli jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun f’pożizzjoni li jiżgura r-rispett tad-dritt għal smigħ (sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics, C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041, punt 55 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
113 |
B’mod partikolari, fid-dawl tal-interess ġenerali tal-Unjoni li tirkupra, fl-iqsar żmien possibbli, id-dħul tagħha stess, li jimplika li l-kontrolli fiskali jistgħu jitwettqu malajr u b’mod effikaċi, restrizzjoni tad-dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tikkawża preġudizzju, bħal avviż għall-ħlas, tista’ tkun iġġustifikata meta, minn naħa, fl-okkażjoni tal-preżentata ta’ rikors kontra din id-deċiżjoni, il-persuna kkonċernata tkun effettivament f’pożizzjoni li titlob l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji li jwasslu għas-sospensjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni u meta, min-naħa l-oħra, dan ir-rikors jippermettilha li ssostni b’mod utli l-perspettiva tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics, C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041, punti 54, 66, 67 kif ukoll 71). |
|
114 |
Il-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 111 sa 113 ta’ din is-sentenza tirrigwarda l-possibbiltà li tkun tista’ tiġi ġġustifikata limitazzjoni tad-dritt għal smigħ li hija prevista mid-dritt nazzjonali. Madankollu, fid-dawl tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt esposti mill-qorti tar-rinviju, f’dan il-każ, ma jidhirx li hija kwistjoni ta’ tali limitazzjoni, fatt li għandu jiġi madankollu stabbilit mill-qorti tar-rinviju. |
|
115 |
Fil-fatt, xejn fil-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 213 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, li, skont l-informazzjoni pprovduta minn dik il-qorti, jirregola l-proċedura ta’ lment, jipprevedi kwalunkwe limitazzjoni tad-dritt, għall-awtur tal-ilment, li jinstema’ fil-każ li l-amministrazzjoni fiskali Rumena jkollha l-intenzjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi ġodda li fir-rigward tagħhom il-persuna kkonċernata ma setgħetx tieħu pożizzjoni. Għall-kuntrarju, mir-raba’ domanda tagħha u mill-kunsiderazzjonijiet relatati magħha jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tqis li l-ommissjoni li tisma’ lil C qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni li taqta’ l-ilment tagħha tikkostitwixxi effettivament “irregolarità” ta’ natura li tikser id-dritt għal smigħ. |
|
116 |
Madankollu, kif irrilevat, ġustament, il-qorti tar-rinviju, kull ksur tad-drittijiet tad-difiża matul proċedura amministrattiva ma għandux neċessarjament iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda fi tmiem din il-proċedura. |
|
117 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta la l-kundizzjonijiet li fihom għandu jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u lanqas il-konsegwenzi tal-ksur ta’ dawn id-drittijiet ma huma stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, dawn il-kundizzjonijiet u dawn il-konsegwenzi jaqgħu taħt id-dritt nazzjonali, sakemm il-miżuri adottati f’dan is-sens ikunu tal-istess natura bħal dawk li jibbenefikaw minnhom l-individwi f’sitwazzjonijiet tad-dritt nazzjonali paragunabbli (prinċipju ta’ ekwivalenza) u sakemm dawn ma jirrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics, C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041, punt 75 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
118 |
Din is-soluzzjoni hija applikabbli fil-qasam tal-VAT sa fejn id-Direttiva 2006/112 ma tinkludix dispożizzjonijiet dwar proċeduri ta’ reviżjoni, li għandhom jiġu trasposti mill-Istati Membri (sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics, C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041, punt 76). |
|
119 |
Għaldaqstant, għalkemm huwa permissibbli li l-Istati Membri jippermettu l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża skont l-istess modalitajiet bħal dawk użati sabiex jirregolaw sitwazzjonijiet interni, dawn il-modalitajiet għandhom ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, ma għandhomx iqiegħdu f’dubju l-effett utli tad-Direttiva 2006/112 (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics, C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041, punt 77). |
|
120 |
Issa, l-obbligu li għandha l-qorti nazzjonali li tiggarantixxi l-effett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni ma għandux dejjem bħala konsegwenza l-annullament ta’ deċiżjoni, meta din ġiet adottata bi ksur tad-drittijiet tad-difiża. Fil-fatt, tali ksur, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda fi tmiem il-proċedura amministrattiva inkwistjoni biss jekk, fl-assenza ta’ din l-irregolarità, din il-proċedura setgħet twassal għal riżultat differenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑3 ta’ Lulju 2014, Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics, C‑129/13 u C‑130/13, EU:C:2014:2041, punti 78 u 79; tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Prequ’ Italia, C‑276/16, EU:C:2017:1010, punt 62; kif ukoll tal‑4 ta’ Ġunju 2020, C. F. (Kontroll fiskali), C‑430/19, EU:C:2020:429, punt 35). B’kuntrast ma’ dan, il-fatt li saret is-sospensjoni tal-att li qiegħed jintalab l-annullament tiegħu b’mod parallel mar-rikors ippreżentat kontra dan l-att huwa irrilevanti. |
|
121 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa sa fejn il-proċedura ta’ lment setgħet twassal għal riżultat differenti li kieku C instemgħat matulha. |
|
122 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva ta’ lment kontra avviż ta’ stima li jiddetermina l-VAT, meta l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni bbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi ġodda, li fir-rigward tagħhom il-persuna kkonċernata ma setgħetx tieħu pożizzjoni, huwa meħtieġ li d-deċiżjoni adottata fi tmiem din il-proċedura tiġi annullata jekk, fl-assenza ta’ din l-irregolarità, l-imsemmija proċedura setgħet twassal għal riżultat differenti, minkejja li, fuq talba tal-persuna kkonċernata, l-eżekuzzjoni ta’ dan l-avviż ta’ stima ġiet sospiża b’mod parallel mar-rikors ġudizzjarju ppreżentat kontra din id-deċiżjoni. |
Fuq l‑ispejjeż
|
123 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id‑Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.