Kawżi magħquda C‑662/22 u C‑667/22

Airbnb Ireland UC
u
Amazon Services Europe Sàrl

vs

Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni,

(talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat‑30 ta’ Mejju 2024

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Fornituri ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni – Obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-operaturi ta’ komunikazzjoni – Obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni fuq l-istruttura u l-organizzazzjoni – Obbligu li titħallas kontribuzzjoni finanzjarja – Direttiva 2000/31/KE – Qasam ikkoordinat – Prinċipju ta’ kontroll fl-Istat Membru ta’ oriġini – Derogi – Kunċett ta’ ‘miżuri meħuda fil-konfront ta’ servizz partikolari tas-soċjetà tal-informazzjoni’ – Regolament (UE) 2019/1150 – Għan”

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Kummerċ elettroniku – Direttiva 2000/31 – Provvista ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Miżuri adottati minn Stat Membru li jimponu, taħt piena ta’ sanzjonijiet, fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online stabbiliti fi Stat Membru ieħor, l-obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-operaturi ta’ komunikazzjoni, il-provvista ta’ informazzjoni fuq l-organizzazzjoni tagħhom u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja – Inammissibbiltà

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2019/1150; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/31, Artikoli 2(a) u (h) u 3(4))

    (ara l-punti 54 sa 65, 87, u d-dispożittiv)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Kummerċ elettroniku – Direttiva 2000/31 – Provvista ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Deroga mill-prinċipju ta’ moviment liberu tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2019/1150, premessi 3, 7 u 51, u Artikoli 1(1) u 5; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/31, premessa 24 u Artikolu 3(4)(a) u (i))

    (ara l-punti 68 sa 86)

Ara t-test tad-deċiżjoni.