Kawża C‑582/22

Die Länderbahn GmbH et

vs

Bundesrepublik Deutschland

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Verwaltungsgericht Köln)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas‑7 ta’ Marzu 2024

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport ferrovjarju – Direttiva 2012/34/UE – Aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja – Tarifikazzjoni – Artikolu 56 – Korp regolatorju nazzjonali uniku tas-settur ferrovjarju – Kompetenzi – Reviżjoni tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura li l-perijodu ta’ applikazzjoni tagħhom ikun skada – Setgħa li tiġi kkonstatata l-invalidità b’effett ex tunc u li jiġi ordnat ir-rimbors tat-tariffi”

  1. Trasport – Trasport ferrovjarju – Direttiva 2012/34 – Tqassim tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja u tarifikazzjoni – Tarifikazzjoni tal-infrastruttura – Funzjonijiet tal-korp regolatorju – Stħarriġ tal-legalità tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-kompetenza ta’ dan il-korp li jwettaq dan il-kontroll għat-tariffi miġbura fil-passat u li jikkonstata l-invalidità tagħhom b’effett ex tunc – Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2012/34, Artikolu 56(1), (6) u (9))

    (ara l-punti 47 sa 49, 55, 57, 68, u d-dispożittiv 1)

  2. Trasport – Trasport ferrovjarju – Direttiva 2012/34 – Tqassim tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja u tarifikazzjoni – Tarifikazzjoni tal-infrastruttura – Funzjonijiet tal-korp regolatorju – Dritt għal azzjoni legali tal-impriżi ferrovjarji intiż li jikkontestaw il-legalità tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura – Limiti ratione temporis – Prinċipju ta’ awtonomija proċedurali – Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ ċertezza legali

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2012/34, Artikolu 56(1), (9) u (10))

    (ara l-punti 64 sa 66)

  3. Trasport – Trasport ferrovjarju – Direttiva 2012/34 – Tqassim tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja u tarifikazzjoni – Tarifikazzjoni tal-infrastruttura – Funzjonijiet tal-korp regolatorju – Obbligu li jipprevedi l-kompetenza ta’ dan il-korp li jordna r-rimbors tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura – Assenza – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-qorti ċivili tordna r-rimbors – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2012/34, Artikolu 56(9))

    (ara l-punti 71 sa 75, 77, 78, u d-dispożittiv 2)

Ara t-test tad-deċiżjoni.