SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
11 ta’ Jannar 2024 ( *1 )
“Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Miżuri diretti kontra persuni u entitajiet marbuta ma’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi – Lista tal-persuni li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni ta’ isem l-appellant f’dawn il-listi”
Fil-Kawża C‑524/22 P,
li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fl‑4 ta’ Awwissu 2022,
Amer Foz, residenti f’Dubai (l-Emirati Għarab Magħquda), irrappreżentat minn L. Cloquet, avocat,
appellant,
il-parti l-oħra fil-kawża hija:
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn M. Bishop u T. Haas, bħala aġenti,
konvenut fl-ewwel istanza,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn T. von Danwitz (Relatur), President tal-Awla, P. G. Xuereb u A. Kumin, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: L. Medina,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
Permezz tal-appell tiegħu, Amer Foz jitlob l-annullament parzjali tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑18 ta’ Mejju 2022, Foz vs Il‑Kunsill (T‑296/20, iktar ’il quddiem is-sentenza appellata, EU:T:2022:298), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tiegħu għall-annullament:
sa fejn dawn l-atti jinkludu u jżommu ismu fil-listi annessi mal-imsemmija atti. |
Il‑kuntest ġuridiku
2 |
Skont l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal‑31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013, L 147, p. 14, rettifika fil-ĠU 2018, L 190, p. 20), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1836 tat‑12 ta’ Ottubru 2015 (ĠU 2015, L 266, p. 75, rettifika fil-ĠU 2016, L 336, p. 42): “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, ta’ persuni li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u ta’ persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I. 2. Skont il-valutazzjonijiet u d-determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill fil-kuntest tas-sitwazzjoni fis-Sirja kif stipulat fil-Premessi (5) sa (11), l-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tagħhom ta’:
u persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I. 3. Persuni f’xi waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhomx jiġu inklużi jew miżmuma fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet fl-Anness I jekk hemm biżżejjed informazzjoni li m’humiex, jew m’għadhomx, assoċjati mar-reġim jew ma jeżerċitawx influwenza fuqu jew ma joħolqux riskju reali ta’ ċirkomvenzjoni. 4. Id-deċiżjonijiet kollha dwar l-elenkar għandhom isiru fuq bażi individwali u skont il-każ b’kont meħud tal-proporzjonalità tal-miżura. […]” |
3 |
L-Artikolu 28(1) sa (5) tad-Deċiżjoni 2013/255, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, jipprovdi: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni u entitajiet assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Annessi I u II, għandhom jiġu ffriżati. 2. Skont il-valutazzjonijiet u d-determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill fil-kuntest tas-sitwazzjoni fis-Sirja kif stipulat fil-Premessi (5) sa (11), il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn:
u persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati. 3. Persuni, entitajiet jew korpi f’xi waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhomx jiġu inklużi jew miżmuma fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet fl-Anness I jekk hemm biżżejjed informazzjoni li huma m’humiex, jew m’għadhomx, assoċjati mar-reġim jew ma jeżerċitawx influwenza fuqu jew ma joħolqux riskju reali ta’ ċirkomvenzjoni. 4. Id-deċiżjonijiet kollha dwar l-elenkar għandhom isiru fuq bażi individwali u skont il-każ b’kont meħud tal-proporzjonalità tal-miżura. 5. L-ebda fond jew riżorsa ekonomika m’għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet elenkati fl-Annessi I u II.” |
4 |
L-Artikolu 15(1a) u (1b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat‑18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU 2012, L 16, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2014, L 294, p. 59 u fil-ĠU 2018, L 190, p. 20), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1828 tat‑12 ta’ Ottubru 2015 (ĠU 2015, L 266, p. 1) jipprevedi: “1a Il-lista fl-Anness II għandha tikkonsisti wkoll f’persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, f’konformità mal-Artikolu 28(2) tad-[Deċiżjoni 2013/255], ġew identifikati mill-Kunsill bħala li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:
u persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-entitajiet assoċjati magħhom, u li għalihom ma japplikax l-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament. 1b Persuni, entitajiet u korpi f’xi waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1a m’għandhomx jiġu inklużi jew miżmuma fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi fl-Anness II jekk ikun hemm biżżejjed informazzjoni li huma mhumiex, jew m’għadhomx, assoċjati mar-reġim jew ma jeżerċitawx influwenza fuqu jew ma joħolqux riskju reali ta’ ċirkomvenzjoni.” |
Il‑fatti li wasslu għat‑tilwima
5 |
Il-fatti li wasslu għat‑tilwima huma esposti fil-punti 2 sa 27 tas-sentenza appellata. Għall-finijiet ta’ din il-proċedura, dawn il-fatti jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej. |
6 |
L-appellant huwa negozjant ta’ nazzjonalità Sirjana li ismu ġie miżjud permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2020/212 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2020/211 rispettivament fil-linja 291 tal-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255 u fil-linja 291 tal-lista li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness II (Persuni) tar-Regolament Nru 36/2012, li jelenkaw l-ismijiet tal-persuni li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati (iktar ’il quddiem, flimkien, il-“listi kontenzjużi”). Il-karigi tiegħu kienu deskritti bħala “Maniġer Ġenerali ta’ ASM International General Trading, LLC”. “Samer Foz”, “Aman Holding (Aman Damascus Joint Stock Company)” u “ASM International General Trading” kienu indikati bħala “[q]raba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet” tal-appellant. |
7 |
Ir-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ isem l-appellant fil-listi kontenzjużi kienu fformulati kif ġej, b’mod identiku fuq kull waħda minnhom: “Negozjant ewlieni b’interessi u attivitajiet personali u familjari f’diversi setturi tal-ekonomija Sirjana, inkluż permezz ta’ Aman Holding (qabel magħruf bħala l-Aman Group). Permezz ta’ Aman Holding, huwa jibbenefika finanzjarjament mill-aċċess għal opportunitajiet kummerċjali u jappoġġa lir-reġim ta’ Assad, inkluż permezz tal-involviment fl-iżvilupp ta’ Marota City li huwa appoġġat mir-reġim. Mill‑2012 ’l hawn, kien ukoll Maniġer Ġenerali ta’ ASM International [General] Trading LLC. Huwa assoċjat ukoll ma’ ħuh Samer Foz, li ġie ddeżinjat mill-[Unjoni Ewropea] minn Jannar 2019 bħala negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja u li jappoġġa jew jibbenefika mir-reġim.” |
8 |
Permezz tad-Deċiżjoni 2020/719, li estendiet l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2013/255 sal‑1 ta’ Ġunju 2021, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2020/716, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea żamm isem l-appellant fil-listi kontenzjużi għal raġunijiet li ma nbidlux. |
9 |
Permezz tad-Deċiżjoni 2021/855, li estendiet l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2013/255 sal‑1 ta’ Ġunju 2022, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2021/848, il-Kunsill żamm isem l-appellant fil-listi kontenzjużi filwaqt li emenda, minn naħa, id-deskrizzjoni tal-karigi tiegħu u, min-naħa l-oħra, ir-raġunijiet għall-inklużjoni tiegħu f’dawn il-listi (iktar ’il quddiem ir-“raġunijiet tal‑2021”). |
10 |
B’hekk, minn naħa, il-karigi tiegħu issa huma deskritti bħala dawk ta’ “[f]undatur ta’ District 6 Company [u] [s]ieħeb fundatur ta’ Easy life Company”. Ir-riferiment għal “ASM International General Trading LLC” tneħħa u l-indikazzjoni “Viċi President ta’ Asas Steel Company” ġiet miżjuda bħala “[q]raba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet” tal-appellant. |
11 |
Min-naħa l-oħra, ir-raġunijiet tal‑2021 huma fformulati kif ġej: “Negozjant prominenti b’interessi tan-negozju personali u tal-familja u attivitajiet f’diversi setturi tal-ekonomija Sirjana. Huwa jibbenefika finanzjarjament mill-aċċess għal opportunitajiet kummerċjali u jappoġġa r-reġim Sirjan. Bejn l‑2012 u l‑2019, kien Maniġer Ġenerali ta’ ASM International [General] Trading LLC. Huwa assoċjat ukoll ma’ ħuh Samer Foz, li ilu ddeżinjat mill-Kunsill minn Jannar 2019 bħala negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja u li jappoġġa jew jibbenefika mir-reġim. Flimkien ma’ ħuh, huwa jimplimenta għadd ta’ proġetti kummerċjali, b’mod partikolari fiż-żona ta’ Adra al-Ummaliyya (subborgi ta’ Damasku [is-Sirja]). Dawn il-proġetti jinkludu fabbrika li timmanifattura kejbils u aċċessorji tal-kejbils kif ukoll proġett għall-produzzjoni tal-elettriku bl-użu tal-enerġija solari. Huma kienu involuti wkoll f’diversi attivitajiet mal-[Istat Iżlamiku fl-Iraq u fil-Lvant (ISIL)] (Da’esh) f’isem ir-reġim ta’ [Bashar Al-Assad], inkluż il-forniment ta’ armi u munizzjon bi skambju għal qamħ u żejt.” |
Ir‑rikors quddiem il‑Qorti Ġenerali u s‑sentenza appellata
12 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑12 ta’ Mejju 2020 u adattat fil-mori tal-kawża, l-appellant ippreżenta rikors intiż għall-annullament tal-atti inizjali, tal-atti ta’ żamma tal‑2020 u tal-atti kontenzjużi, sa fejn kienu jikkonċernawh, filwaqt li invoka sitt motivi bbażati, l-ewwel motiv, fuq żball ta’ evalwazzjoni, it-tieni motiv, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, it-tielet motiv, fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika, ir-raba’ motiv, fuq użu ħażin ta’ poter, il-ħames motiv, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, fl-aħħar nett, is-sitt motiv, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq. |
13 |
Il-Qorti Ġenerali bdiet billi eżaminat il-ħames u s-sitt motiv, li hija ċaħdet, u mbagħad eżaminat, fil-punti 71 sa 179 tas-sentenza appellata, l-ewwel motiv. |
14 |
F’dan il-kuntest, wara kunsiderazzjonijiet preliminari, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-elementi tar-raġunijiet ta’ inklużjoni marbuta ma’ kull wieħed mill-kriterji ta’ inklużjoni, ir-rilevanza u l-affidabbiltà tal-provi prodotti mill-Kunsill u sussegwentement il-portata tal-kriterju ta’ inklużjoni relatat mar-rabta ma’ persuna jew ma’ entità suġġetta għall-miżuri restrittivi kif ukoll l-interessi kummerċjali tal-familja tal-appellant fi ħdan Aman Holding u ASM International General Trading. |
15 |
F’dak li jirrigwarda l-interessi kummerċjali tal-familja tal-appellant fi ħdan Aman Holding, fil-punt 137 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali rrilevat li, fir-rigward tal-atti kontenzjużi, l-appellant kien wera b’mod validu li, fit‑22 ta’ Novembru 2020, u għalhekk qabel l-adozzjoni tagħhom, huwa kien ittrasferixxa l-ishma tiegħu f’Aman Holding u li huwa ma kienx jokkupa, wara dan it-trasferiment, pożizzjoni ta’ responsabbiltà fi ħdan din il-kumpannija, b’tali mod li, fir-rigward ta’ dawn l-atti, il-Kunsill ma setax jinvoka s-sehem tiegħu fl-imsemmija kumpannija sabiex jistabbilixxi rabta bejnu u bejn ħuh, Samer Foz. Minn dan il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 144 ta’ dik is-sentenza, li, fir-rigward tal-atti inizjali u tal-atti ta’ żamma tal‑2020, il-Kunsill kien issostanzja b’mod suffiċjenti r-rabta bejn l-appellant u ħuh, Samer Foz, minħabba r-rabtiet kummerċjali tagħhom fi ħdan Aman Holding, iżda li dan ma kienx il-każ fir-rigward tal-atti kontenzjużi. |
16 |
Fir-rigward tal-interessi kummerċjali tal-familja tal-appellant fi ħdan ASM International General Trading, fil-punti 149 u 155 tal-imsemmija sentenza l-Qorti Ġenerali qieset li, fir-rigward tal-atti inizjali, il-Kunsill kien issostanzja b’mod suffiċjenti r-rabta bejn l-appellant u ħuh, Samer Foz, minħabba r-rabtiet kummerċjali tagħhom fi ħdan ASM International General Trading, iżda mhux fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020 u lanqas fir-rigward tal-atti kontenzjużi, peress li din il-kumpannija kienet ġiet stralċjata fil‑25 ta’ Frar 2020. |
17 |
Fir-rigward tad-diversi attivitajiet mal-ISIL imwettqa mill-appellant u minn ħuh, Samer Foz, f’isem ir-reġim Sirjan, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 161 sa 164 tas-sentenza appellata, indikat dan li ġej:
|
18 |
Taħt it-titolu “Konklużjonijiet dwar ir-rabta ma’ persuna suġġetta għall-miżuri restrittivi”, il-Qorti Ġenerali indikat dan li ġej fil-punti 165 sa 167 tas-sentenza appellata:
|
19 |
Fil-punt 177 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-raġuni għall-inklużjoni ta’ isem l-appellant fil-listi kontenzjużi minħabba r-rabta tiegħu ma’ persuna suġġetta għall-miżuri restrittivi kienet issostanzjata b’mod suffiċjenti, b’tali mod li, fir-rigward ta’ dan il-kriterju, l-inklużjoni ta’ isem l-appellant f’dawn il-listi kienet fondata. Fil-punt 179 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel motiv bħala infondat, mingħajr ma kien hemm bżonn li teżamina l-fondatezza tal-ilmenti l-oħra mqajma mill-appellant u intiżi sabiex jiġu kkontestati l-kriterji l-oħra ta’ inklużjoni. |
20 |
Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-raba’ motiv, imbagħad it-tieni u t-tielet motiv, meħuda flimkien u, konsegwentement, ir-rikors fl-intier tiegħu. |
It‑talbiet tal‑partijiet u l‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja
21 |
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
22 |
Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
Fuq l‑appell
23 |
L-appellant iqajjem tmien aggravji insostenn tal-appell tiegħu, ibbażati, l-ewwel sar-raba’ aggravju, fuq żnaturament tal-provi u taċ-ċirkustanzi fattwali, il-ħames aggravju, fuq applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tal‑21 ta’ April 2015, Anbouba vs Il‑Kunsill (C‑605/13 P, EU:C:2015:248), u Anbouba vs Il‑Kunsill (C‑630/13 P, EU:C:2015:247), is-sitt aggravju, fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 27 u 28 tad-Deċiżjoni 2013/255, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, kif ukoll tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 36/2012, kif emendat bir-Regolament 2015/1828, is-seba’ aggravju, fuq żnaturament taċ-ċirkustanzi fattwali u, it-tmien aggravju, fuq applikazzjoni żbaljata tar-regoli dwar l-oneru tal-prova. |
Fuq l‑ammissibbiltà
L‑argumenti tal‑partijiet
24 |
Il-Kunsill isostni prinċipalment li l-aggravji huma inammissibbli fl-assenza ta’ identifikazzjoni preċiża tal-punti kkontestati tas-sentenza appellata, kuntrarjament għar-rekwiżiti tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 168(1)(d) u tal-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, l-appell għandu jiġi ddikjarat inammissibbli fl-intier tiegħu. |
25 |
L-appellant jikkontesta dan l-argument billi jsostni li, minbarra l-argumenti żviluppati insostenn ta’ kull wieħed mill-aggravji li huwa jqajjem, il-parti introduttiva tal-appell tidentifika l-punti 162, 167 u 177 tas-sentenza appellata bħala l-punti li jinkludu l-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali li huwa jqis li huma żbaljati. |
Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
26 |
Preliminarjament, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 168(1)(d) u mill-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż il-punti kkritikati tas-sentenza li tagħha jkun qiegħed jintalab l-annullament kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba, taħt piena ta’ inammissibbiltà tal-appell jew tal-aggravju kkonċernat (sentenza tat‑23 ta’ Novembru 2021, Il‑Kunsill vs Hamas, C‑833/19 P, EU:C:2021:950, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
27 |
Appell li ma jkollux tali karatteristiċi ma jistax ikun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ġuridika li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ teżerċita l-funzjoni tagħha fil-qasam ikkunsidrat u twettaq l-istħarriġ tagħha tal-legalità (digriet tad‑19 ta’ Ġunju 2015, Makhlouf vs Il‑Kunsill, C‑136/15 P, EU:C:2015:411, punt 25, u sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2020, Inpost Paczkomaty vs Il‑Kummissjoni, C‑431/19 P u C‑432/19 P, EU:C:2020:1051, punt 31 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
28 |
F’dan il-każ, fir-rigward tas-sitt aggravju, kif isostni l-Kunsill, l-appell ma jissodisfax ir-rekwiżiti meħtieġa minn din il-ġurisprudenza. Fil-fatt, l-argumenti żviluppati mill-appellant insostenn ta’ dan l-aggravju ma jirreferu għal ebda punt preċiż tas-sentenza appellata u ma jippermettux li jiġu identifikati r-raġunijiet tal-Qorti Ġenerali li, fost il-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 79 sa 176 ta’ dik is-sentenza, wassluha sabiex tikkonferma, fil-punt 177 tas-sentenza appellata, li l-inklużjoni ta’ isem l-appellant fil-listi kontenzjużi kienet fondata, huma vvizzjati bi żball ta’ liġi. |
29 |
Għall-kuntrarju, l-appell jippermetti li jiġu identifikati l-punti tas-sentenza appellata kkritikati fil-kuntest tal-ewwel sal-ħames u tat-tmien aggravju, jiġifieri l-punti 161 sa 164 ta’ dik is-sentenza, u jesponi r-raġunijiet għaliex, skont l-appellant, dawn il-punti huma vvizzjati bi żball ta’ liġi, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha tal-legalità. L-istess jgħodd għas-seba’ aggravju, li jirrigwarda l-punt 167 tas-sentenza appellata. |
30 |
Minn dan isegwi li l-ewwel sal-ħames, is-seba’ u t-tmien aggravju huma ammissibbli u li s-sitt aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
Fuq il‑mertu
Fuq l‑ewwel sar‑raba’ aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
31 |
Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, l-appellant isostni li, fil-punti 161 sa 164 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi li jirriżultaw mis-sit internet Pro-Justice. Minn naħa, il-Qorti Ġenerali biddlet u żnaturat it-test oriġinali tal-artiklu ppubblikat fuq dan is-sit, billi ppreżentat l-allegazzjonijiet tal-awtur tiegħu bħala fatti pprovati minkejja r-riżervi u l-prekawzjonijiet meħuda minn dan tal-aħħar, li kien uża l-kelma “akkużati” u, darbtejn, l-avverbju “allegatament”. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali rreferiet, b’mod żbaljat, għal konferma tal-iskambji kummerċjali msemmija minn mexxej tal-ISIL, meta l-konnessjoni URL imsemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna ta’ dan l-artiklu tirreferi għal paġna ineżistenti. Din il-konferma, fi kwalunkwe każ, la hija pprovata u lanqas ma hija kkorroborata minn sors ieħor u l-imsemmi artiklu ma huwiex preċiż fir-rigward tal-allegata parteċipazzjoni tal-appellant, flimkien ma’ ħuh Samer Foz, fi tranżazzjonijiet mal-ISIL. |
32 |
Permezz tat-tieni sar-raba’ aggravju tiegħu, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi li jirriżultaw, rispettivament, mis-sit internet The Syria Report, mill-artiklu tal-istampa tas-sit internet Reuters kif ukoll, fir-rigward ta’ ASM International General Trading, mis-siti internet Arab News u Al Arabya. F’dan ir-rigward, is-sit internet The Syria Report kien jirreferi għal sussidjarja ta’ Aman Holding u mhux għall-involviment personali tal-appellant fi tranżazzjonijiet mal-ISIL. L-artiklu tal-istampa tas-sit internet Reuters kien jirreferi għall-kumpanniji Aman Group jew Aman Holding u mhux għall-appellant jew għall-ISIL. Fl-aħħar nett, is-siti internet Arab News u Al Arabya ma kinux isemmu l-ISIL, iżda biss ASM International General Trading. |
33 |
Issa, skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali tikkontradixxi lilha nnifisha peress li, minn naħa, fil-punt 137 tas-sentenza appellata, irrikonoxxiet li l-appellant kien ittrasferixxa l-ishma tiegħu f’Aman Holding qabel id-data tal-adozzjoni tal-atti kontenzjużi u li, wara dan it-trasferiment, dan tal-aħħar ma kienx għadu jokkupa pożizzjoni ta’ responsabbiltà fi ħdan din il-kumpannija. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, fir-rigward ta’ dawn l-atti, il-Kunsill ma setax jinvoka l-parteċipazzjoni tal-appellant f’Aman Holding sabiex jistabbilixxi rabta bejnu u bejn ħuh, Samer Foz. Għalhekk, il-punt 137 tas-sentenza appellata jinvalida l-artiklu tas-sit internet The Syria Report, li ma kienx għadu rilevanti. L-istess jgħodd għall-artiklu tal-istampa tas-sit internet Reuters. |
34 |
Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali tikkontradixxi lilha nnifisha wkoll sa fejn ammettiet li ASM International General Trading kienet ġiet xolta u sa fejn qieset, fil-punt 155 tas-sentenza appellata, li r-rabtiet kummerċjali bejn l-appellant u ħuh, Samer Foz, fi ħdan ASM International General Trading ma kinux issostanzjati b’mod suffiċjenti fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020 u tal-atti kontenzjużi. Il-provi li jirriżultaw mis-siti internet Arab News u Al Arabya għalhekk lanqas ma kienu għadhom rilevanti. |
35 |
Billi qieset li l-provi misluta minn dawn l-erba’ siti internet setgħu jikkorroboraw rabta bejn l-appellant u ħuh, Samer Foz, fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet mal-ISIL, meta dawn il-provi ma kinux juru tali rabta, il-Qorti Ġenerali mxiet b’mod inkonsistenti u żnaturat il-fatti. Għaldaqstant, dawn il-provi kollha għandhom jiġu esklużi mis-sensiela ta’ indizji meħuda inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali. |
36 |
Skont il-Kunsill, l-ewwel sar-raba’ aggravju ma humiex fondati. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
37 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-każ ta’ appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex kompetenza sabiex tikkonstata l-fatti u lanqas, bħala prinċipju, sabiex teżamina l-provi li l-Qorti Ġenerali tkun qieset insostenn ta’ dawn il-fatti. Fil-fatt, sakemm dawn il-provi kienu nkisbu legalment, u sakemm il-prinċipji ġenerali tad-dritt u r-regoli proċedurali applikabbli fil-qasam tal-oneru u tal-amministrazzjoni tal-prova jkunu ġew osservati, hija biss il-Qorti Ġenerali li għandha tevalwa l-valur li għandu jingħata lill-provi prodotti quddiemha, sakemm ma jkunx hemm każ ta’ żnaturament ta’ dawn il-provi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2020, Cham Holding vs Il‑Kunsill, C‑261/19 P, EU:C:2020:781, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
38 |
Ikun hemm tali żnaturament meta, mingħajr ma jsir riferiment għal provi ġodda, l-evalwazzjoni tal-provi eżistenti tkun tidher li hija manifestament żbaljata. Madankollu, dan l-iżnaturament għandu joħroġ b’mod manifest mill-atti tal-proċess, mingħajr ma jkun neċessarju li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi. Barra minn hekk, meta jallega żnaturament tal-provi, appellant għandu jindika b’mod preċiż il-provi li allegatament ġew żnaturati mill-Qorti Ġenerali u għandu juri l-iżbalji fl-analiżi li, fil-fehma tiegħu, wasslu lill-Qorti Ġenerali għal dan l-iżnaturament (sentenza tad‑29 ta’ Novembru 2018, Bank Tejarat vs Il‑Kunsill, C‑248/17 P, EU:C:2018:967, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
39 |
F’dan il-każ, fir-rigward tas-silta mir-rapport tas-sit internet Pro-Justice li, skont l-ewwel aggravju, il-Qorti Ġenerali żnaturat, huwa minnu li l-Qorti Ġenerali ma ċċitatx litteralment din is-silta, fil-punt 162 tas-sentenza appellata, iżda semmiet essenzjalment il-kontenut ta’ din is-silta, filwaqt li użat formulazzjoni iktar affermattiva billi la għamlet riferiment għat-terminu “akkużati” u lanqas għall-avverbju “allegatament”, li kienu jinsabu f’dan ir-rapport. Madankollu, l-evalwazzjoni li għamlet il-Qorti Ġenerali ta’ din il-prova ma tidhirx manifestament żbaljata peress li minn dan ir-rapport jirriżulta li mexxej identifikat b’ismu tal-ISIL ikkonferma li l-appellant u ħuh, Samer Foz, kienu involuti f’diversi attivitajiet kummerċjali mal-ISIL f’isem ir-reġim Sirjan. Barra minn hekk, minkejja li l-appellant isostni li l-konnessjoni URL iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna ma għadhiex attiva, mill-punt 162 ta’ dik is-sentenza ma jirriżultax li l-Qorti Ġenerali bbażat l-evalwazzjoni tagħha fuq dan is-sors. Fi kwalunkwe każ, l-uniku dokument prodott mill-appellant ma jippermettix li jiġi stabbilit li din il-konnessjoni ma kinitx attiva qabel, b’mod partikolari fil-mument meta l-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni l-imsemmi rapport. |
40 |
Għandu jingħad ukoll li, fil-punt 111 tas-sentenza appellata, li ma huwiex ikkontestat fil-kuntest tal-appell, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li dan ir-rapport tas-sit internet Pro-Justice kien jikkostitwixxi prova raġonevoli u affidabbli. Għalhekk, sa fejn l-appellant isostni li l-imsemmi rapport ma kienx preċiż, tali argument għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
41 |
Fir-rigward tat-tieni sar-raba’ aggravju, li permezz tagħhom l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi misluta mis-siti internet The Syria Report, Reuters kif ukoll Arab News u Al Arabya, imsemmija wkoll fl-imsemmi punt 162, l-appellant ma jindikax preċiżament fiex jikkonsisti dan l-iżnaturament, iżda sempliċement isostni li huma la setgħu jipprovaw u lanqas jikkorroboraw l-eżistenza ta’ rabta kummerċjali bejnu u bejn ħuh, Samer Foz, peress li dawn il-provi ma kinux jirreferu għalih personalment, u lanqas għall-ISIL fil-każ ta’ wħud minnhom, iżda għal kumpanniji, jiġifieri għal Aman Group, għal Aman Holding u għal waħda mis-sussidjarji tagħha kif ukoll għal ASM International General Trading. |
42 |
Issa, sa fejn l-appellant isostni li dawn kienu provi li ma kinux għadhom rilevanti jew li kienu saru obsoleti peress li huwa kien ittrasferixxa l-ishma tiegħu f’Aman Holding fis‑7 ta’ Ottubru 2020 u peress li ASM International General Trading kienet ġiet stralċjata fil‑25 ta’ Frar 2020, kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali fil-punti 133 u 149 tas-sentenza appellata, jidher li l-appellant diġà ppreżenta dan l-argument quddiem il-Qorti Ġenerali, kif jirriżulta mill-punti 103 sa 112 ta’ dik is-sentenza. |
43 |
Bl-istess mod, l-appellant diġà sostna quddiem il-Qorti Ġenerali li ismu ma kienx imsemmi f’diversi mill-artikli misluta minn dawn is-siti internet, kif jirriżulta mill-punti 98 sa 102 ta’ dik is-sentenza. |
44 |
Issa, il-Qorti Ġenerali madankollu qieset, fil-punti 98 sa 112 tal-imsemmija sentenza, li ma ġewx ikkritikati fil-kuntest ta’ dan l-appell, li dawn kienu provi affidabbli u rilevanti, bħal dawk tas-sit internet Pro-Justice. |
45 |
Minn dawn l-elementi kollha jirriżulta li, permezz ta’ dan l-argument kif ukoll permezz ta’ dak invokat, għall-bqija, insostenn tal-ewwel aggravju, jidher li l-appellant fir-realtà qiegħed jipprova jikseb evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi mill-Qorti tal-Ġustizzja, evalwazzjoni li ma taqax fil-kompetenza tagħha fil-kuntest tal-appell skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 37 ta’ din is-sentenza. F’dan ir-rigward, tali argument huwa inammissibbli. |
46 |
Fl-aħħar nett, l-argument li teżisti kontradizzjoni bejn ir-raġunijiet tal-Qorti Ġenerali li jinsabu, minn naħa, fil-punti 137 u 155 tas-sentenza appellata u, min-naħa l-oħra, fil-punti 162 sa 164 ta’ dik is-sentenza, huwa bbażat fuq qari żbaljat tal-imsemmija sentenza. Fil-fatt, kif isostni ġustament il-Kunsill, il-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali f’dawn l-aħħar punti ma humiex ibbażati fuq l-involviment tal-appellant f’dawn il-kumpanniji f’data preċiża, kuntrarjament għal dak li tindika l-Qorti Ġenerali fil-punti 137, 144 u 155 tal-istess sentenza. Barra minn hekk, b’mod partikolari mill-punti 129, 143, 145 u 146 tas-sentenza appellata, li ma humiex ikkontestati fil-kuntest ta’ dan l-appell, jirriżulta li l-appellant kien effettivament involut f’dawn il-kumpanniji flimkien ma’ ħuh, Samer Foz, qabel dan it-trasferiment u dan l-istralċ. Għaldaqstant, dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
47 |
Minn dan isegwi li l-ewwel sar-raba’ aggravju għandhom jiġu miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondati. |
Fuq il‑ħames aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
48 |
Permezz tal-ħames aggravju tiegħu, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tal‑21 ta’ April 2015, Anbouba vs Il‑Kunsill (C‑605/13 P, EU:C:2015:248) u Anbouba vs Il‑Kunsill (C‑630/13 P, EU:C:2015:247), meta qieset, fil-punt 164 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill kien issostanzja b’mod suffiċjenti fid-dritt ir-rabta li kienet teżisti bejnu u bejn ħuh, Samer Foz, minħabba d-diversi attivitajiet tagħhom imwettqa f’isem ir-reġim Sirjan mal-ISIL u, għaldaqstant, ir-rekwiżit dwar l-eżistenza ta’ sensiela ta’ indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti, fis-sens ta’ din il-ġurisprudenza. Sa fejn il-provi misluta mis-siti internet Pro-Justice u The Syria Report, mill-artiklu tal-istampa ppubblikat fis-sit internet Reuters u, fir-rigward ta’ ASM International General Trading LLC, mis-siti internet Arab News u Al Arabya, kollha ġew żnaturati, is-sensiela ta’ indizji meħuda inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali hija mingħajr kontenut. |
49 |
Il-Kunsill isostni li l-ħames aggravju ma huwiex fondat. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
50 |
F’dan il-każ, l-argument tal-appellant imressaq insostenn tal-ħames aggravju huwa bbażat fuq il-premessa li l-Qorti Ġenerali żnaturat, kif sostna insostenn tal-ewwel sar-raba’ aggravju tiegħu, il-provi misluta mis-siti internet iċċitati fil-punt 162 tas-sentenza appellata, li wasslu lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkonferma, fil-punt 164 ta’ dik is-sentenza, li, fir-rigward tal-parti tar-raġunijiet tal-atti kontenzjużi dwar ir-rabta bejn l-appellant u ħuh, Samer Foz, minħabba d-diversi attivitajiet tagħhom imwettqa f’isem ir-reġim Sirjan mal-ISIL, il-Kunsill kien ipproduċa sensiela ta’ indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti, fis-sens tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tal‑21 ta’ April 2015, Anbouba vs Il‑Kunsill (C‑605/13 P, EU:C:2015:248) u Anbouba vs Il‑Kunsill (C‑630/13 P, EU:C:2015:247), iċċitata fil-punt 158 tas-sentenza appellata. |
51 |
Issa, peress li mit-tweġiba mogħtija għall-ewwel sar-raba’ aggravju, li tinsab fil-punt 47 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li kien għalxejn li l-appellant qajjem tali lment ta’ żnaturament fir-rigward tas-sentenza appellata, il-ħames aggravju għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv. |
Fuq it‑tmien aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
52 |
Permezz tat-tmien aggravju tiegħu, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat ir-regoli li jirregolaw l-oneru tal-prova sa fejn qieset, fil-punt 163 tas-sentenza appellata, li l-allegazzjoni li huwa kien wettaq diversi attivitajiet mal-ISIL u ma’ ħuh, Samer Foz, f’isem ir-reġim Sirjan, ma setgħetx tiġi kkontestata mill-argument tiegħu, allegatament infondat, fis-sens li dawn l-akkużi kienu jirriżultaw minn dikjarazzjonijiet “perentorji” u, skont il-Qorti Ġenerali, “infondati”. F’dan ir-rigward, l-appellant dejjem ċaħad li kellu xi tip ta’ relazzjoni mal-ISIL u l-fatt li jkollu juri l-kuntrarju jammonta għal prova ta’ fatt negattiv u, għaldaqstant, għal “probatio diabolica”. L-oneru tal-prova kien jaqa’, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-Kunsill, li pproduċa, kif ġie pprovat preċedentement, provi mhux sodisfaċenti u distorti mill-Qorti Ġenerali. |
53 |
Il-Kunsill isostni li dan l-aggravju ma huwiex fondat. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
54 |
Permezz tat-tmien aggravju tiegħu, l-appellant essenzjalment isostni li, fil-punt 163 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet ksur tar-regoli dwar l-oneru tal-prova sa fejn qieset li l-konklużjoni li kienet waslet għaliha, fir-rigward tan-natura suffiċjentement issostanzjata tal-parti tal-espożizzjoni tar-raġunijiet tal‑2021 dwar id-diversi attivitajiet mal-ISIL imwettqa mill-appellant u minn ħuh, Samer Foz, f’isem ir-reġim Sirjan, ma kinitx ikkontestata mill-argument tal-appellant, mhux issostanzjat, fis-sens li dawn l-akkużi kienu jirriżultaw minn dikjarazzjonijiet infondati. |
55 |
Issa, minn din il-kunsiderazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma jirriżultax li din tal-aħħar kisret ir-regoli dwar l-oneru tal-prova. |
56 |
F’dan ir-rigward, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li l-imsemmija kunsiderazzjoni hija bbażata fuq l-evalwazzjoni sovrana, mill-Qorti Ġenerali, tal-provi prodotti mill-Kunsill, imsemmija fil-punt 162 tas-sentenza appellata, li fir-rigward tagħhom, kuntrarjament għall-premessa tal-appellant fl-argumenti tiegħu u kif jirriżulta mill-punti 39 sa 47 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkonstatatx żnaturament min-naħa tal-Qorti Ġenerali. Min-naħa l-oħra, jidher li l-Qorti Ġenerali eżaminat ir-rilevanza u l-affidabbiltà tal-provi prodotti mill-Kunsill mhux biss fil-punti 98 sa 112 tas-sentenza appellata, iżda wkoll fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27(3) u fl-Artikolu 28(3) tad-Deċiżjoni 2013/255, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, fil-punti 170 sa 176 ta’ dik is-sentenza, punti differenti dawn li ma humiex ikkontestati fil-kuntest tal-appell. |
57 |
Fl-aħħar nett, l-appellant ma jindikax li huwa pproduċa quddiem il-Qorti Ġenerali provi li din tal-aħħar naqset milli teżamina. |
58 |
Minn dan isegwi li, bl-iskuża ta’ aggravju bbażat fuq allegat ksur tar-regoli li jirregolaw l-oneru tal-prova, l-appellant qiegħed fir-realtà jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha tal-provi li ġew prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll il-valur li tathom, ħaġa din li, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 37 ta’ din is-sentenza, ma taqax fil-kompetenza tagħha fil-kuntest ta’ appell. |
59 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, it-tmien aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
Fuq is‑seba’ aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
60 |
Permezz tas-seba’ aggravju tiegħu, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 167 tas-sentenza appellata, żnaturat iċ-ċirkustanzi fattwali dwar l-assenza ta’ rabta bejnu u bejn ħuh, Samer Foz, meta qieset li fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, l-appellant ma kienx sostna li kien temm ir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Samer Foz jew li kien iddistakka ruħu minnu. Issa, l-appellant afferma diversi drabi fl-atti proċedurali tiegħu li huwa ma kien għad għandu l-ebda relazzjoni kummerċjali jew professjonali ma’ ħuh, Samer Foz, b’mod partikolari fil-punti 92 sa 99 tar-replika tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali, fejn huwa kien indika b’mod partikolari li, fil-mument tal-preżentata tar-rikors promotor tiegħu, huwa ma kien assoċjat ma’ ħuh, Samer Foz, fl-ebda impriża, kumpannija, sħubija jew proġett. |
61 |
Skont il-Kunsill, dan l-aggravju ma huwiex fondat. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
62 |
Permezz tas-seba’ aggravju tiegħu, l-appellant jikkritika lill-Qorti Ġenerali li żnaturat l-affermazzjonijiet li jinsabu fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu meta qieset, fil-punt 167 tas-sentenza appellata, li huwa ma kienx sostna li temm ir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Samer Foz jew li kien iddistakka ruħu minnu, filwaqt li huwa kien speċifikament indika fihom li huwa ma kien għad għandu ebda relazzjoni kummerċjali miegħu. |
63 |
Madankollu, dawn il-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt 167 huma biss waħda mir-raġunijiet insostenn tal-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali dwar ir-rabta tal-appellant ma’ persuna suġġetta għal miżuri restrittivi, li hija bbażata essenzjalment fuq ir-raġunijiet stabbiliti fil-punti 165 u 166 ta’ dik is-sentenza li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ rabtiet ta’ negozju preżenti jew passati bejn l-appellant u ħuh, Samer Foz. Issa, dawn l-aħħar raġunijiet jew ma humiex imsemmija fl-appell jew, sa fejn huma bbażati fuq il-punti 162 sa 164 tal-imsemmija sentenza, ġew ikkritikati għalxejn mill-ewwel sal-ħames u t-tmien aggravju, kif jirriżulta mill-punti 47, 51, u 59 ta’ din is-sentenza. |
64 |
Peress li l-imsemmija raġunijiet jissostanzjaw, b’mod suffiċjenti fid-dritt, il-konklużjoni misluta fit-tieni sentenza tal-punt 167 tas-sentenza appellata, l-eventwali żnaturament invokat mill-appellant, jekk jitqies li huwa stabbilit, ma jistax iwassal għall-annullament tas-sentenza appellata. Minn dan isegwi li s-seba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv. |
65 |
Peress li ebda aggravju ma ntlaqa’, l-appell għandu jiġi miċħud kollu kemm hu. |
Fuq l‑ispejjeż
66 |
Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. |
67 |
Skont it-talbiet tal-Kunsill, peress li l-appellant tilef, hemm lok li dan tal-aħħar jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.