SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla)
23 ta’ Novembru 2023 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/25/UE – Artikolu 57(3) – Entità kontraenti li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru differenti minn dak tas-sede ta’ korp ċentrali ta’ xiri li jaġixxi f’ismu u għan-nom tiegħu – Aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni – Regoli proċedurali applikabbli u ġurisdizzjoni tal-korpi ta’ reviżjoni”
Fil-Kawża C‑480/22,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑23 ta’ Ġunju 2022, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑18 ta’ Lulju 2022, fil-proċedura
EVN Business Service GmbH,
Elektra EOOD,
Penon EOOD,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),
komposta minn Z. Csehi (Relatur), President tal-Awla, M. Ilešič u D. Gratsias, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal EVN Business Service GmbH, minn W. Schwartz, Rechtsanwalt, |
|
– |
għal Elektra EOOD, minn O. Radinsky, Rechtsanwalt, |
|
– |
għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, J. Schmoll u M. Winkler-Unger, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara u G. Wils, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda, b’mod partikolari, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU 2014, L 94, p. 243). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ diversi rikorsi ppreżentati minn EVN Business Service GmbH (iktar ’il quddiem “EBS”), kumpannija rregolata mid-dritt Awstrijak li għandha s-sede tagħha fl-Awstrija, u minn żewġ kumpanniji stabbiliti fil-Bulgarija kontra deċiżjonijiet tal-Landesverwaltungsgericht Niederösterreich (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Awstrija t’Isfel, l-Awstrija), li permezz tagħhom din tal-aħħar iddikjarat li ma għandhiex kompetenza bħala istanza ta’ appell fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
Id‑Direttiva 92/13
|
3 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal‑25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315), kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2015, L 114, p. 24, u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 92/13”), tinkludi l-Artikolu 1, intitolat “Skop u disponibilità tal-proċeduri ta’ reviżjoni”, li jipprovdi, fl-ewwel u fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu: “Din id-Direttiva tapplika għal kuntratti msemmija fid-Direttiva 2014/25 […], sakemm tali kuntratti ma jkunux esklużi skont l-Artikoli 18 sa 24, 27 sa 30, 34 jew 55 ta’ dik id-Direttiva. […] L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, rigward kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE, deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-Direttiva, fuq il-bażi li tali deċiżjonijiet jiksru l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.” |
Id‑Direttiva 2014/25
|
4 |
Il-premessi 78 u 82 tad-Direttiva 2014/25 jistipulaw:
[…]
|
|
5 |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/25, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprevedi: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: […]
[…]
[…]” |
|
6 |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/25, intitolat “Entitajiet kontraenti”, jipprevedi: “1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, entitajiet kontraenti huma entitajiet li:
2. ‘Impriża pubblika’ tfisser kull impriża li fuqha l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżerċitaw influwenza dominanti b’mod dirett jew indirett minħabba li din tkun proprjetà tagħhom, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha; […]” |
|
7 |
L-Artikolu 57 ta’ din id-direttiva, intitolat “Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti”, jipprevedi, fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu: “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 28 sa 31, l-entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jaġixxu b’mod konġunt fl-għoti ta’ kuntratti billi jużaw wieħed mill-mezzi previsti f’dan l-Artikolu. L-entitajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-mezzi previsti f’dan l-Artikolu għall-fini li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji tad-dritt pubbliku f’konformità mad-dritt tal-Unjoni li huma soġġetti għalih fl-Istat Membru tagħhom. 2. Stat Membru ma għandux jipprojbixxi lill-entitajiet kontraenti tiegħu milli jużaw attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri offruti minn korpi ċentrali ta’ xiri li jinsabu fi Stat Membru ieħor. Madankollu, fir-rigward ta’ attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri offruti minn korpi ċentrali tax-xiri li jinsabu fi Stat Membru ieħor li mhuwiex tal-entità kontraenti, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jispeċifikaw li l-entitajiet kontraenti tagħhom jistgħu jużaw biss l-attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri kif definiti jew fil-punt (a) jew fil-punt (b) tal-punt (10) tal-Artikolu 2. 3. Il-provvista tal-attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri minn korp ċentrali tax-xiri li jinsab fi Stat Membru ieħor għandha titmexxa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali tax-xiri. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali tax-xiri għandhom japplikaw ukoll għal dan li ġej:
|
Il‑liġi Awstrijaka
|
8 |
L-Artikolu 180 tal-Bundesvergabegesetz 2018 (il-Liġi Federali tal‑2018 dwar l-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi) tal‑20 ta’ Awwissu 2018 (BGBl. I, 65/2018) (iktar ’il quddiem il-“BVergG 2018”), intitolat “Għoti konġunt ta’ kuntratti transkonfinali minn diversi entitajiet kontraenti settorjali”, jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “Meta attività ta’ xiri ċċentralizzata titwettaq għal entità kontraenti settorjali minn korp ċentrali ta’ xiri msemmi fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/25/UE li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat kontraenti ieħor tal-Ftehim ŻEE 1. l-iżvolġiment tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt huwa rregolat […] permezz tal-leġiżlazzjoni tal-Istat tas-sede tal-korp ċentrali ta’ xiri.” |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
|
9 |
Permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit‑22 ta’ Mejju 2020, inbdiet proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, li għandha bħala suġġett ftehim qafas, għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ tqegħid ta’ installazzjonijiet elettriċi kif ukoll ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u twaqqigħ relatati magħhom. Il-kuntratt kien maqsum (territorjalment) f’36 lottijiet li l-post ta’ eżekuzzjoni tagħhom kien fil-Bulgarija. Il-valur tal-kuntratt kien jaqbeż il-limitu li lil hinn minnu japplikaw ir-regoli proċedurali u ta’ reklamar għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tad-dritt tal-Unjoni. |
|
10 |
Elektrorazpredelenie YUG EAD (iktar ’il quddiem “ER Yug”), kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt Bulgaru li għandha s-sede tagħha fil-Bulgarija, kienet l-entità kontraenti fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt. |
|
11 |
EBS, kumpannija rregolata mid-dritt Awstrijak li għandha s-sede tagħha fl-Awstrija, aġixxiet f’din il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt bħala korp ċentrali ta’ xiri, bħala rappreżentanta ta’ ER Yug. |
|
12 |
Kemm ER Yug kif ukoll EBS huma indirettament 100 % proprjetà ta’ EVN AG, li min-naħa tagħha hija 51 % proprjetà tal-Land Niederösterreich (il-Land ta’ Niederösterreich, l-Awstrija). |
|
13 |
Skont is-sejħa għall-offerti, EBS kienet responsabbli għall-iżvolġiment u għall-eżekuzzjoni tagħha, filwaqt li l-kuntratt dwar is-servizzi mitluba kellu jiġi konkluż ma’ ER Yug bħala entità kontraenti settorjali. F’din is-sejħa għal offerti, il-Landesverwaltungsgericht Niederösterreich (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Niederösterreich) kienet indikata bħala l-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni. Fiha kien previst ukoll li d-dritt Awstrijak kien id-dritt applikabbli “għall-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt u għat-talbiet kollha li jirriżultaw minnha” u li d-dritt Bulgaru kien japplika għall-“eżekuzzjoni tal-kuntratt”. |
|
14 |
Elektra EOOD u Penon EOOD, żewġ kumpanniji Bulgari, issottomettew offerti għal diversi lottijiet skont il-kuntratt qafas. Huma ġew informati, permezz ta’ deċiżjonijiet tat‑28 u tat‑30 ta’ Lulju 2020, li l-offerti tagħhom ma kinux ġew aċċettati. |
|
15 |
It-talbiet tagħhom intiżi għall-annullament ta’ dawn id-deċiżjonijiet ġew miċħuda, fit‑23 ta’ Settembru 2020, permezz ta’ digrieti tal-Landesverwaltungsgericht Niederösterreich (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Niederösterreich), li ddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni f’dan ir-rigward. |
|
16 |
Dik il-qorti qieset li kienet adita bil-kwistjoni dwar jekk impriża Bulgara setgħetx tikkonkludi ma’ entità kontraenti stabbilita fil-Bulgarija kuntratt li kellu jiġi eżegwit f’dan l-Istat Membru u li jaqa’ taħt id-dritt ta’ dan l-istess Stat. Issa, skont l-imsemmija qorti, jekk tiġi aċċettata l-ġurisdizzjoni tagħha f’tali ċirkustanzi, dan ikun jidħol serjament fuq is-sovranità tar-Repubblika tal-Bulgarija u joħloq kunflitt mal-prinċipju ta’ territorjalità rrikonoxxut mid-dritt internazzjonali. Il-fatt li l-Land Niederösterreich teżerċita kontroll fuq ER Yug bl-ebda mod ma jippreġudika l-ġurisdizzjoni ta’ din l-istess qorti fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti ma’ impriżi li għandhom is-sede tagħhom barra mill-pajjiż. |
|
17 |
Barra minn hekk, bħall-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25, il-BVergG 2018 tipprevedi, fl-Artikolu 180(2) tagħha, regola dwar l-attivitajiet ta’ xiri ċċentralizzati mwettqa f’isem entità kontraenti settorjali minn korp ċentrali ta’ xiri li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru differenti minn dak li fih tinsab din l-entità. Madankollu, din ir-regola sempliċement tipprevedi d-dritt sostantiv li japplika għall-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt mingħajr ma tippreċiża d-dritt proċedurali applikabbli għal eventwali proċedura ta’ reviżjoni. Ċertament, il-premessa 82 tad-Direttiva 2014/25 tagħmel riferiment għall-indikazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli “fil-proċeduri ta’ reviżjoni”, mingħajr madankollu ma dan ġie rriprodott fit-test stess ta’ din id-direttiva. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ “attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri” li jinsab fl-Artikolu 57 tal-imsemmija direttiva ma jkoprix il-proċedura ta’ appell. |
|
18 |
Elektra, Penon u EBS ippreżentaw rikorsi għal reviżjoni quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija) kontra d-digrieti msemmija iktar ’il fuq. Huma pproduċew traduzzjoni ċċertifikata ta’ deċiżjoni tal-ogħla qorti amministrattiva tar-Repubblika tal-Bulgarija li tikkonferma d-deċiżjoni tal-awtorità Bulgara ta’ kontroll tal-kuntratti pubbliċi fir-rigward tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tagħha fil-każ tal-għoti tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. |
|
19 |
Dawn il-partijiet isostnu li, fid-dawl tal-għan tiegħu li jipprevedi sistema uniformi fil-qasam tax-xiri ċċentralizzat transkonfinali, l-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25 u, konsegwentement, l-Artikolu 180(2) tal-BVergG 2018, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jirrigwardawx biss il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt fil-veru sens tal-kelma, iżda wkoll il-proċedura ta’ appell li tista’ eventwalment issegwi tali għoti. Peress li korp ċentrali ta’ xiri għandu japplika d-dritt sostantiv Awstrijak fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti, il-proċedura ta’ reviżjoni għandha tiżvolġi quddiem istanza ta’ reviżjoni Awstrijaka skont id-dritt proċedurali Awstrijak. Għalhekk, l-element ta’ rabta territorjali determinanti huwa s-sede tal-korp ċentrali ta’ xiri. |
|
20 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq l‑ewwel domanda
|
21 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25 għandux jiġi interpretat fis-sens li attività ta’ xiri ċċentralizzata, fil-kuntest tal-għoti konġunt ta’ kuntratti minn entitajiet kontraenti ta’ diversi Stati Membri, titwettaq minn korp ċentrali ta’ xiri “li jinsab fi Stat Membru ieħor” meta l-entità kontraenti, indipendentement mill-kontroll eżerċitat fuqha minn korp irregolat mid-dritt pubbliku tal-Istat Membru tas-sede tal-korp ċentrali ta’ xiri, ikollha s-sede tagħha fi Stat Membru differenti minn dak tas-sede tal-korp ċentrali ta’ xiri. |
|
22 |
Skont l-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25, l-attivitajiet ta’ xiri ċċentralizzati huma pprovduti minn korp ċentrali ta’ xiri li jinsab fi Stat Membru ieħor konformement mad-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali ta’ xiri. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-korp ċentrali ta’ xiri għandhom japplikaw ukoll għall-għoti ta’ kuntratt skont sistema dinamika ta’ akkwist kif ukoll għall-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni skont ftehim qafas. |
|
23 |
Il-kunċett ta’ “korp ċentrali ta’ xiri” huwa ddefinit fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/25 bħala entità kontraenti, fis-sens tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva, jew awtorità kontraenti, fis-sens tal-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE, li tipprovdi attivitajiet ta’ xiri ċċentralizzati u, possibbilment, attivitajiet ta’ xiri anċillari. |
|
24 |
Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jsegwi li d-dubju prinċipali tal-qorti tar-rinviju jirrigwarda l-mod kif issir distinzjoni bejn l-Istat Membru tas-sede tal-entità kontraenti u dak tas-sede tal-korp ċentrali ta’ xiri. Fi kliem ieħor, hija tistaqsi dwar il-kriterju ta’ rabta ta’ entità kontraenti ma’ Stat Membru għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/25. |
|
25 |
Il-partijiet fil-kawża prinċipali u l-partijiet interessati l-oħra jaqblu li l-kriterju ta’ rabta għandu jkun il-post fejn tinsab l-entità kontraenti u li ftit li xejn huwa rilevanti f’dan il-kuntest jekk u, jekk ikun il-każ, b’liema mod u sa liema grad, din l-entità hija proprjetà ta’ entità oħra li tinsab fi Stat Membru ieħor. Għalhekk, ir-regola prevista fl-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25 hija applikabbli meta ċ-ċentru ta’ xiri u l-entità kontraenti l-oħra jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti, bħal f’dan il-każ fl-Awstrija u fil-Bulgarija. |
|
26 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li kemm il-korp ċentrali ta’ xiri kif ukoll l-entità li tmexxi l-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt huma awtoritajiet kontraenti, fis-sens tad-Direttiva 2014/25, b’tali mod li l-kriterju ta’ rabta ma’ Stat Membru ma jistax ikun differenti għal waħda jew l-oħra minn dawn l-entitajiet. |
|
27 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 57(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li l-entitajiet kontraenti ma jistgħux jirrikorru għall-għoti konġunt ta’ kuntratti transkonfinali sabiex jevitaw l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet vinkolanti tad-dritt pubbliku li huma konformi mad-dritt tal-Unjoni li għalihom huma suġġetti “fl-Istat Membru tagħhom”. Il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jirrigwarda l-attivitajiet ta’ xiri ċċentralizzati proposti minn korp ċentrali ta’ xiri “li jinsab fi Stat Membru differenti minn dak tal-entità kontraenti”. |
|
28 |
Minkejja ċ-ċirkustanza li d-Direttiva 2014/25 tuża għalhekk, sabiex tiddetermina r-rabta ta’ entità kontraenti ma’ Stat Membru, espressjonijiet xi kultant differenti, inkluż fid-diversi verżjonijiet lingwistiċi tagħha, xorta jibqa’ l-fatt li dawn l-espressjonijiet jagħtu x’jifhem li l-kriterju ta’ rabta adottat mil-leġiżlatur tal-Unjoni huwa ta’ natura territorjali, li jikkorrispondi barra minn hekk mar-regola ġenerali, li tirriżulta, essenzjalment, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1) ta’ din id-direttiva, li kull entità kontraenti għandha tosserva r-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru fejn hija stabbilita. |
|
29 |
Għaldaqstant, meta, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, il-korp ċentrali ta’ xiri u l-entità kontraenti jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti, hemm lok li jiġi kkunsidrat li dan jirrigwarda l-għoti ta’ kuntratt transkonfinali mwettaq permezz ta’ korp ċentrali ta’ xiri. |
|
30 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li mill-imsemmija direttiva u, b’mod partikolari, mill-Artikolu 57 tagħha, ma jsegwix li l-appartenenza ma’ Stat Membru partikolari ta’ awtorità reġjonali jew ta’ korp irregolat mid-dritt pubbliku li jeżerċita kontroll fuq l-entità kontraenti tikkostitwixxi kriterju rilevanti ta’ rabta ta’ tali entità. Issa, meta l-leġiżlatur tal-Unjoni ried juża tali l-kriterju tal-eżistenza ta’ rabta bejn entità kontraenti u entità oħra, huwa użah espressament, bħal fl-Artikolu 4(2) tal-istess direttiva. |
|
31 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25 għandu jiġi interpretat fis-sens li attività ta’ xiri ċċentralizzata, fil-kuntest tal-għoti konġunt ta’ kuntratti minn entitajiet kontraenti ta’ diversi Stati Membri, issir minn korp ċentrali ta’ xiri “li jinsab fi Stat Membru ieħor” meta l-entità kontraenti jkollha s-sede tagħha fi Stat Membru differenti minn dak tas-sede tal-korp ċentrali ta’ xiri, indipendentement, jekk ikun il-każ, mill-post tas-sede ta’ entità terza li għandha l-kontroll ta’ waħda jew l-oħra minn dawn l-entitajiet. |
Fuq it‑tieni domanda
|
32 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25 għandux jiġi interpretat fis-sens li r-regola ta’ kunflitti tal-liġijiet stabbilita f’din id-dispożizzjoni, li tipprovdi li l-attivitajiet ta’ xiri ċċentralizzati ta’ korp ċentrali ta’ xiri huma pprovduti konformement mad-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru li fih jinsab il-korp ċentrali ta’ xiri, testendi għall-proċeduri ta’ reviżjoni, fis-sens tad-Direttiva 92/13, relatati ma’ dawn l-attivitajiet. |
|
33 |
Bħalma rrilevat il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25 ma jistabbilixxix b’mod espress jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru li fih jinsab il-korp ċentrali ta’ xiri jirregolawx ukoll il-proċeduri ta’ reviżjoni u l-ġurisdizzjoni tal-korp ta’ reviżjoni, fis-sens tad-Direttiva 92/13. |
|
34 |
L-“attivitajiet ta’ xiri ċċentralizzati”, li din id-dispożizzjoni tirreferi għalihom, huma ddefiniti fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/25 bħala attivitajiet imwettqa fuq bażi kontinwa u li jieħdu l-forma jew ta’ akkwist ta’ provvisti u/jew ta’ servizzi maħsuba għal entitajiet kontraenti, jew il-forma ta’ għoti ta’ kuntratti jew il-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas ta’ xogħlijiet, ta’ provvisti jew ta’ servizzi maħsuba għal tali entitajiet. |
|
35 |
Għalkemm huwa minnu li, abbażi ta’ interpretazzjoni litterali, l-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25 jidher li jirreferi biss għad-dritt sostantiv fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti, il-formulazzjoni tiegħu ma teskludix madankollu li din id-dispożizzjoni testendi kemm għal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-proċeduri ta’ reviżjoni kif ukoll għall-ġurisdizzjoni tal-korp ta’ reviżjoni, fis-sens tad-Direttiva 92/13. |
|
36 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li l-imsemmija dispożizzjoni tagħmel parti minnha (sentenza tad‑29 ta’ Ġunju 2023, Interfel, C‑501/22 sa C‑504/22, EU:C:2023:531, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
37 |
Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita wkoll li, meta dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tista’ tkun is-suġġett ta’ diversi interpretazzjonijiet, għandha tingħata preferenza lil dik li hija ta’ natura li tissalvagwardja l-effett utli tagħha (sentenza tad‑29 ta’ Ġunju 2023, Interfel, C‑501/22 sa C‑504/22, EU:C:2023:531, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
38 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement mal-premessa 78 tad-Direttiva 2014/25, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-allokazzjoni tar-responsabbiltà għall-osservanza tal-obbligi previsti minn din id-direttiva, inkluż fil-qasam ta’ rimedji, bejn il-korp ċentrali ta’ xiri u l-entitajiet kontraenti li jakkwistaw mingħandu jew permezz tiegħu. |
|
39 |
Din l-istess premessa tipprevedi żewġ każijiet ipotetiċi, l-ewwel wieħed ikkaratterizzat miċ-ċirkustanza li l-korp ċentrali ta’ xiri jassumi waħdu r-responsabbiltà għall-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratt, it-tieni wieħed ikkaratterizzat miċ-ċirkustanza li entità kontraenti tinkariga ruħha minn ċerti partijiet tal-proċedura, bħat-tqegħid mill-ġdid tal-kompetizzjoni skont ftehim qafas jew l-għoti ta’ kuntratti partikolari abbażi ta’ sistema dinamika ta’ xiri. Fl-ewwel każ, il-korp ċentrali ta’ xiri għandu jassumi waħdu r-responsabbiltà diretta tal-legalità tal-proċeduri, fit-tieni każ, huwa għandu jibqa’ responsabbli għall-fażijiet tal-proċedura li huwa jassumi. |
|
40 |
Barra minn hekk, il-premessa 82 tad-Direttiva 2014/25 tindika li għandhom jiġu ddefiniti regoli ġodda fil-qasam tal-għoti konġunt ta’ kuntratti transkonfinali u li dawn ir-regoli għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-użu transkonfinali tal-korpi ċentrali ta’ xiri u għandhom jindikaw il-leġiżlazzjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, inkluża dik fil-qasam ta’ reviżjoni, li tapplika għall-proċeduri konġunti transkonfinali. |
|
41 |
Minn dawn il-premessi jsegwi li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried mhux biss jiddetermina d-dritt sostantiv li japplika għas-swieq transkonfinali u għall-korpi ċentrali ta’ xiri iżda wkoll id-dritt dwar il-proċeduri ta’ reviżjoni li dawn il-kuntratti u dawn l-attivitajiet jistgħu jagħtu lok għalihom. |
|
42 |
Konsegwentement, għandha tingħata preferenza lil interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/25 li jirregolaw tali kuntratti u attivitajiet li tippermetti li jiġu inklużi kemm id-dritt sostantiv kif ukoll dak dwar il-proċeduri ta’ reviżjoni. |
|
43 |
Għalhekk, għandu jitqies li d-Direttiva 2014/25 tagħmel riferiment għad-dritt tal-Istati Membri mhux biss għad-dispożizzjonijiet ta’ dan id-dritt li jirregolaw l-iżvolġiment tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratti transkonfinali iżda wkoll għal dawk li jirregolaw il-proċeduri ta’ reviżjoni, inklużi dawk ġudizzjarji, li jistgħu jiġu wara tali proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt. |
|
44 |
Tali interpretazzjoni hija, barra minn hekk, konformi mal-għan tad-Direttiva 2014/25, li huwa li tiġi stabbilita sistema uniformi fil-qasam tax-xiri ċċentralizzat transkonfinali. Fil-fatt, sa fejn korp ċentrali ta’ xiri jintalab jipprovdi l-attivitajiet ta’ xiri ċċentralizzati tiegħu konformement mad-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru li fih tinsab, jidher koerenti li l-proċedura ta’ reviżjoni, li tista’ tinbeda, titmexxa skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru u li l-ġurisdizzjoni tal-korp ta’ reviżjoni kkonċernat tiġi ddeterminata skont dan l-istess dritt. |
|
45 |
Barra minn hekk, il-prinċipju li huma d-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru li fih tinsab entità kontraenti li jirregolaw il-proċeduri ta’ reviżjoni fir-rigward tal-miżuri meħuda minn dawn l-entitajiet huwa l-bażi tar-regola stabbilita fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/13, li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu, fir-rigward tal-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25 jew tad-Direttiva 2014/23, il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jkunu s-suġġett ta’ reviżjoni effettiva u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun, għar-raġuni li dawn id-deċiżjonijiet ikunu kisru d-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dan id-dritt. |
|
46 |
Dan ma jeskludix, kif osservat il-Kummissjoni Ewropea, li hemm lok, jekk ikun il-każ, li ssir distinzjoni bejn id-dritt applikabbli għall-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt u dak li jista’ japplika għall-kuntratti konklużi sussegwentement. |
|
47 |
Huma wkoll il-qrati nazzjonali, aditi b’tilwima li tirriżulta minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt transkonfinali, li għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għat-tqassim tar-responsabbiltajiet li għandhom l-atturi involuti fl-iżvolġiment ta’ din il-proċedura u għal-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħhom li, jekk ikun il-każ, jirriżultaw minnha, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni r-regola stabbilita fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/25, imfakkra fil-punt 27 ta’ din is-sentenza. |
|
48 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/25, moqri fid-dawl tal-premessi 78 u 82 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola ta’ kunflitti tal-liġijiet stabbilita f’din id-dispożizzjoni, li tipprovdi li l-attivitajiet ta’ xiri ċċentralizzati ta’ korp ċentrali ta’ xiri għandhom jiġu pprovduti konformement mad-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru li fih jinsab dan il-korp ċentrali ta’ xiri, testendi għall-proċeduri ta’ reviżjoni, fis-sens tad-Direttiva 92/13, relatati ma’ dawn l-attivitajiet, sa fejn l-imsemmi korp ċentrali ta’ xiri huwa responsabbli għall-iżvolġiment tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt. |
Fuq it‑tielet domanda
|
49 |
Fid-dawl tar-risposti mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda li l-qorti tar-rinviju għamlet biss jekk tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda. |
Fuq l‑ispejjeż
|
50 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.