Kawża C‑371/22

G sp. z o.o.

vs

W S.A.

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal‑11 ta’ Jannar 2024

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern tal-elettriku – Direttiva 2009/72/KE – Artikolu 3(5) u (7) – Protezzjoni tal-konsumaturi – Dritt li jinbidel il-fornitur – Klijent mhux domestiku – Kuntratt ta’ provvista tal-elettriku għal żmien determinat u bi prezz fiss konkluż ma’ impriża żgħira – Penalità kuntrattwali għal xoljiment antiċipat – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-ammont ta’ din il-penalità għall-‘ispejjeż u kumpensi li jirriżultaw mill-kontenut tal-kuntratt’”

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Miżuri ta’ approssimazzjoni – Regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku – Direttiva 2009/72 – Obbligu tas-servizz pubbliku – Dritt li jinbidel il-fornitur – Kuntratt ta’ provvista tal-elettriku għal żmien determinat u bi prezz fiss konkluż ma’ klijent mhux domestiku – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi penalità kuntrattwali fil-każ ta’ xoljiment antiċipat ta’ dan il-kuntratt mill-klijent ikkonċernat – Ammont ta’ din il-penalità li jista’ jikkorrispondi għat-totalità tal-prezz tal-elettriku kopert mill-obbligu ta’ xiri – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/72, premessi 3, 7, 8, 42, 51 u 57, Artikolu 1, punti 10 u 11 ta1-Artikolu 2, Artikolu 3(3), Artikolu 5 u Artikolu 7, u Anness I)

(ara l-punti 35 sa 41, 44 sa 48 u 50 sa 55, u d-dispożittiv)

Ara t-test tad-deċiżjoni.