Kawża C‑336/22

f6 Cigarettenfabrik GmbH & Co. KG

vs

Hauptzollamt Bielefeld

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal‑14 ta’ Marzu 2024

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa – Direttiva 2008/118/KE – Artikolu 1(2) – Taxxi indiretti addizzjonali fuq il-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa – Kundizzjonijiet għall-ġbir ta’ tali taxxi – Għan speċifiku li jrid jintlaħaq mit-taxxa – Dazji tas-sisa applikabbli għat-tabakk immanifatturat – Direttiva 2011/64/UE – Artikolu 14 – Regoli dwar it-tassazzjoni – Konformità ma’ dawn ir-regoli permezz ta’ taxxi indiretti addizzjonali fuq prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa – Tabakk imsaħħan – Leġiżlazzjoni nazzjonali li għal dan it-tabakk tipprevedi struttura u rata ta’ tassazzjoni differenti minn dawk applikabbli għall-kategorija ‘tabakk ieħor għat-tipjip’”

  1. Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet – Taxxi oħra għajr it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jolqtu l-konsum tat-tabakk immanifatturat – Direttiva 2011/64 – Tabakk għat-tipjip – Kunċett – Rombli tat-tabakk imgeżwra f’karta kkollaminata b’saff tal-aluminju msaħħan bl-enerġija elettrika ta’ apparat tat-tisħin – Produzzjoni ta’ aerosol li fih in-nikotina li tista’ jinġibed bin-nifs – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 2011/64, Artikoli 2(1) u (2) u 5(1)(a) u (b))

    (ara l-punti 32 sa 34)

  2. Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet – Dazji tas-sisa – Direttiva 2008/118 – Taxxi indiretti għajr id-dazju tas-sisa – Taxxa addizzjonali applikabbli għat-tabakk imsaħħan li jammonta għal 80 % tal-ammont tad-dazju tas-sisa applikabbli għas-sigaretti, wara li jitnaqqas l-ammont tad-dazju tas-sisa applikabbli għal dan it-tabakk imsaħħan – Taxxa intiża li tqarreb it-tassazzjoni tat-tabakk imsaħħan għal dik imposta fuq is-sigaretti bl-għan li tiskoraġġixxi l-konsum tiegħu – Osservanza minn din it-taxxa tal-istruttura ġenerali tar-regoli dwar id-dazji tas-sisa – Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Kunsill 2008/118, Artikolu 1(2))

    (ara l-punti 38, 41, 42, 48, u d-dispożittiv)

Ara t-test tad-deċiżjoni.