SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
4 ta’ Settembru 2025 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ċaħda ta’ libertà – Il-punt 6 tal-Artikolu 4 – Raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva tal-mandat ta’ arrest Ewropew – Kundizzjonijiet għat-teħid ta’ responsabbiltà għall-eżekuzzjoni ta’ din il-piena mill-Istat ta’ eżekuzzjoni – Il-punt 2 tal-Artikolu 3 – Kunċett ta’ ‘sentenza definittiva għall-istess fatti’ – Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI – Rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi f’materji kriminali għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tagħhom fi Stat Membru ieħor – Artikolu 25 – Osservanza tal-kundizzjonijiet u tal-proċedura previsti minn din id-deċiżjoni qafas fil-każijiet fejn Stat Membru jimpenja ruħu jeżegwixxi kundanna mogħtija minn sentenza mogħtija minn qorti tal-Istat emittenti – Rekwiżit tal-kunsens tal-Istat emittenti fir-rigward tat-teħid ta’ responsabbiltà għall-eżekuzzjoni ta’ tali kundanna minn Stat Membru ieħor – Artikolu 4 – Possibbiltà mogħtija lill-Istat emittenti li jittrażmetti lill-Istat ta’ eżekuzzjoni s-sentenza u ċ-ċertifikat imsemmija f’dan l-artikolu – Konsegwenzi tal-assenza ta’ tali trażmissjoni – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Artikolu 22 – Dritt tal-Istat emittenti li jeżegwixxi din il-kundanna – Żamma tal-mandat ta’ arrest Ewropew – Obbligu li jaqa’ fuq l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li teżegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew”
Fil-Kawża C‑305/22,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑11 ta’ April 2022, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑6 ta’ Mejju 2022, fil-proċedura dwar l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra
C.J.,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
Komposta minn K. Lenaerts, President, T. von Danwitz, Viċi President, F. Biltgen, K. Jürimäe, C. Lycourgos, M. L. Arastey Sahún, S. Rodin, A. Kumin, N. Jääskinen (Relatur), D. Gratsias u M. Gavalec, Presidenti ta’ Awla, E. Regan, I. Ziemele, Z. Csehi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,
Reġistratur: R. Şereş, Amministratriċi,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑13 ta’ Marzu 2024,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal C.J., minn stess, |
|
– |
għall-Gvern Rumen, minn M. Chicu u E. Gane, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn L. Halajová, M. Smolek, T. Suchá u J. Vláčil, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Franċiż, minn B. Dourthe, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, minn M. Bulterman, M. H. S. Gijzen u C. S. Schillemans, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Leupold u L. Nicolae, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑13 ta’ Ġunju 2024,
wara li rat id-digriet tal-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali tat‑13 ta’ Settembru 2024 u wara s-seduta tal‑14 ta’ Ottubru 2024,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għall-Gvern Rumen, minn M. Chicu, E. Gane u L. Liţu, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn L. Halajová, M. Smolek, T. Suchá u J. Vláčil, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Franċiż, minn B. Dourthe, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, minn C. S. Schillemans, bħala aġent, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Leupold, L. Nicolae u J. Vondung, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑12 ta’ Diċembru 2024,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punti 5 u 6 tal-Artikolu 4 kif ukoll tal-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat‑13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45), kif ukoll tal-Artikolu 4(2), tal-Artikolu 22(1), kif ukoll tal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas‑27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2008, L 327, p. 27). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ċaħda ta’ libertà kontra C.J. mill-Curtea de Apel Bucureşti – Biroul executări penale (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest – Uffiċċju ta’ Eżekuzzjoni Kriminali, ir-Rumanija). |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt internazzjonali
|
3 |
L-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Trasferiment tal-Persuni Kkundannati, iffirmata fi Strasbourg fil‑21 ta’ Marzu 1983, intitolat “Kundizzjonijiet għat-trasferiment”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Jista’ jsir trasferiment skont it-termini ta’ din il-Konvenzjoni biss taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin: […]
|
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584
|
4 |
Il-premessa 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 tiddikjara: “Il-mandat ta’ arrest Ewropew previst f’din id-Deċiżjoni Kwadru hi l-ewwel miżura konkreta fil-qasam tal-liġi kriminali li timplimenta l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku li l-Kunsill Ewropew irrefera għalih bħala l-‘punt ta’ referenza’ tal-koperazzjoni ġudizzjarja.” |
|
5 |
L-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni qafas, intitolat “Definizzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew u l-obbligu li jiġi esegwit”, jipprevedi: “1. Il-mandat ta’ arrest Ewropew hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru bl-iskop ta’ l-arrest u l-konsenja minn Stat Membru ieħor ta’ persuna rikjesta, għall-finijiet tat-tmexxija ta’ azzjoni kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni. 2. L-Istati Membri għandhom jesegwixxu kwalunkwe mandat ta’ arrest Ewropew abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru. […]” |
|
6 |
L-Artikolu 3 tal-imsemmija deċiżjoni qafas intitolat “Raġunijiet għan-non-esekuzzjoni obbligatorja biex ma jiġix esegwit mandat ta’ arrest Ewropew”, jipprovdi: “L-awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni (minn hawn ’il quddiem ‘l-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni’) għandha tiċħad li tesegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew fil-każijiet li ġejjin: […]
[…]”. |
|
7 |
L-Artikolu 4 tal-istess deċiżjoni qafas, intitolat “Raġunijiet għan-nuqqas ta’ esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew”, huwa fformulat kif ġej: “L-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni tista’ tirrifjuta li tesegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew: […]
[…]” |
|
8 |
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, intitolat “Garanziji li għandhom jingħataw mill-Istat Membru f’każijiet partikolari”, jipprevedi: “L-esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew mill-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni tista’, mil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni, tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin: […]
|
|
9 |
L-Artikolu 8 ta’ din id-deċiżjoni qafas, intitolat “Kontenut u forma tal-mandat ta’ arrest Ewropew”, jipprovdi: “1. Il-mandat ta’ arrest Ewropew għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja stabbilita skond il-formola li tinsab fl-Anness: […]
[…]” |
|
10 |
L-Artikolu 12 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, intitolat “Iż-żamma tal-persuna f’detenzjoni”, huwa fformulat kif ġej: “Meta persuna tiġi arrestata abbażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, l-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-persuna rikjesta għandhiex tibqa’ f’detenzjoni, skond il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni. […]” |
|
11 |
L-Artikolu 26 tal-istess deċiżjoni qafas, intitolat “Tnaqqis fil-perjodu ta’ detenzjoni skontat fl-Istat Membru ta’ esekuzzjoni”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-Istat Membru emittenti għandu jnaqqas il-perjodi kollha ta’ detenzjoni li jirriżultaw mill-esekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew mill-perjodu totali ta’ detenzjoni li għandu jiġi skontat fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat bħala riżultat ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni li qed tingħata.” |
Id-Deċiżjoni Qafas 2008/909
|
12 |
Il-premessi 2, 8 u 12 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jiddikjaraw:
[…]
[…]
|
|
13 |
L-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni qafas, intitolat “Għan u ambitu”, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-għan ta’ din id-Deċiżjoni Qafas hija li tistabbilixxi r-regoli li taħthom Stat Membru, bil-ħsieb li jiffaċilita r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna sentenzjata, għandu jirrikonoxxi sentenza u jinforza l-piena.” |
|
14 |
L-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, intitolat “Kriterji għat-trasmissjoni ta’ sentenza u ċertifikat lil Stat Membru ieħor”, huwa fformulat kif ġej: “1. Dment li l-persuna sentenzjata fl-Istat emittenti jew fl-Istat ta’ esekuzzjoni, u dment li l-persuna tat il-kunsens tagħha fejn meħtieġ taħt l-Artikolu 6, sentenza, flimkien ma’ ċertifikat li tieghu tingħata l-formula standard fl-Anness I, jista’ jintbagħat lil wieħed mill-Istati Membri li ġejjin:
2. It-trasmissjoni tas-sentenza u taċ-ċertifikat tista’ ssir meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti, fejn xieraq, wara konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat emittenti u ta’ dak ta’ esekuzzjoni, ikunu sodisfatti li l-infurzar tal-piena mill-Istat ta’ esekuzzjoni jkun jaqdi l-għan li jiffaċilita r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna sentenzjata. 3. Qabel it-trasmissjoni tas-sentenza u ċ-ċertifikat, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti tista’ tikkonsulta, bi kwalunkwe mezz xieraq, ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. Il-konsultazzjoni għandha tkun obbligatorja fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1(c). F’tali każijiet l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-Istat emittenti bid-deċiżjoni tagħha jekk tagħtix kunsens jew le għat-trasmissjoni tas-sentenza. […] 5. L-Istat ta’ esekuzzjoni jista’, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jitlob lill-Istat emittenti biex jittrasmetti s-sentenza flimkien maċ-ċertifikat. […] Talbiet magħmula taħt dan il-paragrafu m’għandhomx joħolqu obbligu ta’ l-Istat emittenti biex jittrasmetti s-sentenza flimkien maċ-ċertifikat. 6. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li b’mod partikolari jieħdu kont ta’ l-għan li tiġi ffaċilitata r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna sentenzjata u li għandhom jikkostitwixxu l-bażi għall-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jiddeċiedu jekk jagħtux kunsens jew le għat-trasmissjoni tas-sentenza u taċ-ċertifikat f’każijiet skond il-paragrafu (1)(c). […]” |
|
15 |
L-Artikolu 8 tal-istess deċiżjoni qafas, intitolat “Rikonoxximent tas-sentenza u infurzar tal-piena”, jipprevedi: “1. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tirrikonoxxi s-sentenza li tkun ġiet trasmessa skond l-Artikolu 3a u waqt li tiġi segwita l-proċedura taħt l-Artikolu 5, u għandha minnufih tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-infurzar tal-piena, sakemm ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal non-rikonoxximent jew non-infurzar previsti fl-Artikolu 9. 2. Fejn il-piena tkun inkompatibbli mal-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni fir-rigward tat-tul tagħha, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tiddeċiedi li tadatta l-piena biss fejn dik il-piena taqbeż il-piena massima prevista għal reati simili taħt il-liġi nazzjonali tiegħu. Il-piena adattata m’għandhiex tkun anqas mill-piena massima prevista għal reati simili taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. 3. Fejn il-piena tkun inkompatibbli mal-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni f’termini tan-natura tagħha, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tadattaha għall-piena jew għall-miżura prevista taħt il-liġi tagħha stess għal reati simili. Tali piena jew miżura għandha tikkorrispondi kemm jista’ jkun possibbli mal-piena imposta fl-Istat emittenti u għalhekk l-piena m’għandhiex tiġi konvertita f’piena pekunjarja. 4. Il-piena adattata m’għandhiex taggrava l-piena li ngħatat fl-Istat emittenti fin-natura jew id-dewmien tagħha.” |
|
16 |
Skont l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, intitolat “Irtirar taċ-ċertifikat”: “Sakemm l-infurzar tal-piena fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma jkunx beda, l-Istat emittenti jista’ jirtira ċ-ċertifikat minn dak l-Istat, billi jagħti r-raġunijiet għal dan. Malli ċ-ċertifikat jiġi rtirat, l-Istat ta’ esekuzzjoni m’għandux jibqa’ jinforza l-piena.” |
|
17 |
L-Artikolu 22 ta’ din id-deċiżjoni qafas, intitolat “Konsegwenzi tat-trasferiment tal-persuna sentenzjata”, jipprovdi fil-paragrafu (1) tiegħu: “Soġġett għall-paragrafu 2, l-Istat emittenti ma jkompli bl-infurzar tal-piena ladarba l-infurzar tagħha fl-Istat ta’ esekuzzjoni jkun beda.” |
|
18 |
L-Artikolu 23 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, intitolat “Lingwi”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Iċ-ċertifikat għandu jiġi tradott għal-lingwa uffiċjali jew għal waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista’ fl-addozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jew aktar tard, jistqarr permezz ta’ dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li huwa ser jaċċetta traduzzjoni f’waħda jew iżjed mil-lingwi uffiċjali l-oħrajn ta’ l-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.” |
|
19 |
L-Artikolu 25 tal-istess deċiżjoni qafas, intitolat “Infurzar ta’ sentenzi wara mandat ta’ arrest Ewropew”, jiddikjara: “Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni Qafas [2002/584], id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandhom japplikaw, mutatis mutandis sal-punt li huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet taħt dik id-Deċiżjoni Qafas, għall-infurzar ta’ pieni f’każijiet fejn Stat Membru jieħu r-responsabbiltà li jinforza s-sentenza f’każijiet skond [il-punt 6 tal-Artikolu 4] ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas, jew fejn, waqt li jaġixxi taħt [il-punt 3 tal-Artikolu 5] ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas, ikun impona il-kondizzjoni li l-persuna sentenzjata trid tintbagħat lura biex tiskonta l-piena fl-Istat Membru kkonċernat, sabiex tiġi evitata l-impunità tal-persuna kkonċernata.” |
|
20 |
L-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, intitolat “Relazzjoni ma’ ftehim u arranġamenti oħrajn”, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom bejn L-Istati Membri u Stati terzi u l-applikazzjoni transitorja tagħhom skond l-Artikolu 28, din id-Deċiżjoni Qafas għandha, mill‑5 ta’ Diċembru 2011 tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet li ġejjin korrispondenti tal-konvenzjonijiet applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri:
|
Il-proċedura fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
21 |
Fil‑25 ta’ Novembru 2020, il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija), li hija l-qorti tar-rinviju, ħarġet mandat ta’ arrest Ewropew kontra C.J., għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija imposta fuqu permezz ta’ sentenza tat-Tieni Awla Kriminali tagħha, tas‑27 ta’ Ġunju 2017. Din is-sentenza saret definittiva wara l-għoti ta’ sentenza tal-Awla Kriminali tal-Înalta Curte de Casație și Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija), tal‑10 ta’ Novembru 2020 (iktar ’il quddiem is-“sentenza ta’ kundanna”). |
|
22 |
Fid‑29 ta’ Diċembru 2020, C.J. ġie arrestat fl-Italja. |
|
23 |
Fil‑31 ta’ Diċembru 2020, il-Ministero della Giustizia (il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Italja) informa lill-qorti tar-rinviju b’dan l-arrest. Fuq talba ta’ dan il-ministeru, il-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra C.J. ntbagħat lill-Corte d’appello di Roma (il-Qorti tal-Appell ta’ Ruma, l-Italja), li hija l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni. |
|
24 |
Fl‑14 ta’ Jannar 2021, fuq talba tal-awtoritajiet Taljani, l-awtorità ġudizzjarja emittenti bagħtet lil dawn tal-aħħar is-sentenza ta’ kundanna. F’din l-okkażjoni, il-qorti tar-rinviju esprimiet in-nuqqas ta’ qbil tagħha fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ din is-sentenza u tat-teħid ta’ responsabbiltà, fl-Italja, għall-eżekuzzjoni tal-piena imposta fuq C.J. |
|
25 |
Mitluba mill-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani, dik il-qorti speċifikat, fl‑20 ta’ Jannar 2021, li, fil-każ ta’ rifjut ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra C.J. skont il-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, hija ma kinitx ser tagħti l-kunsens tagħha għar-rikonoxximent b’mod inċidentali tal-imsemmija sentenza u għat-teħid ta’ responsabbiltà, mir-Repubblika Taljana, għall-eżekuzzjoni tal-piena imposta fuq din il-persuna, u li sussegwentement hija kienet ser titlob tali rikonoxximent u tali teħid ta’ responsabbiltà fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909. |
|
26 |
Permezz ta’ sentenza tas‑6 ta’ Mejju 2021, il-Corte d’appello di Roma (il-Qorti tal-Appell ta’ Ruma) irrifjutat il-konsenja ta’ C.J., irrikonoxxiet is-sentenza ta’ kundanna u ordnat l-eżekuzzjoni ta’ din il-kundanna fl-Italja (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni”). Din il-qorti qieset li l-imsemmija kundanna kellha tiġi eżegwita fl-Italja sabiex jiżdiedu l-possibbiltajiet ta’ riabilitazzjoni soċjali ta’ C.J., li de jure u de facto kien jirrisjedi fl-Italja. |
|
27 |
Billi naqqset il-perijodi ta’ detenzjoni diġà mwettqa minn C.J., mis‑17 ta’ Settembru sas‑16 ta’ Diċembru 2019 u mid‑29 ta’ Diċembru 2020 sad-data tal-għoti tad-deċiżjoni ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni, l-imsemmija qorti kkunsidrat li l-piena totali li kien jifdal li tiġi skontata minnu kienet ta’ 3 snin, 6 xhur u 21 jum. |
|
28 |
Fl‑20 ta’ Mejju 2021, id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni ġiet ikkomunikata lill-qorti tar-rinviju. |
|
29 |
Sussegwentement, ċertifikat tal-Uffiċċju ta’ Eżekuzzjoni tal-Pieni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Ruma, tal‑11 ta’ Ġunju 2021, ġie trażmess lill-awtoritajiet Rumeni li minnu kien jirriżulta li C.J. kien is-suġġett ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni, maħruġ fl‑20 ta’ Mejju 2021, fil-forma ta’ “arrest domiċiljari, b’sospensjoni simultanja” u li l-piena li kienet għadha trid tiġi skontata minnu kienet ta’ tliet snin u ħdax-il xahar priġunerija, fejn il-bidu tal-eżekuzzjoni ta’ din il-piena ġie ffissat għad‑29 ta’ Diċembru 2020 u t-tmiem tagħha għat‑28 ta’ Novembru 2024. |
|
30 |
Permezz ta’ ittra tat‑28 ta’ Ġunju 2021 indirizzata lill-Ministero della Giustizia (il-Ministeru għall-Ġustizzja), kif ukoll lill-Corte d’appello di Roma (il-Qorti tal-Appell ta’ Ruma), l-awtoritajiet ġudizzjarji Rumeni tennew il-pożizzjoni tagħhom imsemmija fil-punt 24 ta’ din is-sentenza u ppreċiżaw li sakemm ma jiġux informati dwar il-bidu tal-eżekuzzjoni tal-piena ta’ priġunerija ta’ C.J., huma kienu ser iżommu d-dritt li jeżegwixxu s-sentenza ta’ kundanna. Huma indikaw ukoll li l-mandat nazzjonali ta’ eżekuzzjoni tal-piena ta’ priġunerija mogħtija kontra C.J. u l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontrih ma kinux ġew annullati u kienu għadhom fis-seħħ. |
|
31 |
Fil‑15 ta’ Ottubru 2021, l-Uffiċċju għall-Eżekuzzjoni tat-Tieni Awla Kriminali tal-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest) ressaq oppożizzjoni kontra l-eżekuzzjoni, quddiem il-qorti tar-rinviju, li kienet tikkonċerna s-sentenza ta’ kundanna. |
|
32 |
Sabiex tiddeċiedi dwar din l-oppożizzjoni, din il-qorti għandha tiddeċiedi dwar il-validità tal-mandat nazzjonali ta’ eżekuzzjoni tal-piena ta’ priġunerija mogħtija kontra C.J. u tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontrih. |
|
33 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
34 |
Fit‑23 ta’ Jannar 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tibgħat din il-kawża quddiem l-Ewwel Awla. Inżammet seduta fit‑13 ta’ Marzu 2024 u l-Avukat Ġenerali ppreżenta l-konklużjonijiet tiegħu fit‑13 ta’ Ġunju 2024, u sussegwentement ingħalqet il-fażi orali tal-proċedura. |
|
35 |
Fuq talba tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja, ippreżentata skont l-Artikolu 60(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tal-aħħar iddeċidiet, fid‑9 ta’ Lulju 2024, li tibgħat il-kawża quddiem l-Awla Manja. |
|
36 |
Permezz ta’ digriet tat‑13 ta’ Settembru 2024, C.J.(Eżekuzzjoni ta’ kundanna b’konsegwenza ta’ MAE), C‑305/22, EU:C:2024:783), il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura. It-tieni seduta nżammet fl‑14 ta’ Ottubru 2024. |
|
37 |
Fit‑12 ta’ Diċembru 2024, l-Avukat Ġenerali ppreżenta konklużjonijiet addizzjonali. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel sat-tielet domanda
|
38 |
Permezz tal-ewwel sat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 u l-Artikoli 4, 22 u 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li:
|
Fuq l-effett tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 fuq l-implimentazzjoni tar-raġuni għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584
|
39 |
Qabel kollox, għandu jitfakkar, fir-rigward tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, li din hija intiża, permezz tal-introduzzjoni ta’ sistema ssemplifikata u effikaċi għall-konsenja tal-persuni kkundannati jew issuspettati li kisru l-liġi kriminali, sabiex tiffaċilita u tħaffef il-kooperazzjoni ġudizzjarja bil-għan li tikkontribwixxi għall-kisba tal-għan mogħti lill-Unjoni li ssir spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja bbażata fuq il-grad għoli ta’ fiduċja li għandu jkun hemm bejn l-Istati Membri (sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, Openbaar Ministerie (Qorti stabbilita mil-liġi fl-Istat Membru emittenti),C‑562/21 PPU u C‑563/21 PPU, EU:C:2022:100, punt 42 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
40 |
Fil-qasam irregolat minn din id-deċiżjoni qafas, il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li jikkostitwixxi, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 6 tagħha, il-“punt ta’ referenza” tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali, huwa espress fl-Artikolu 1(2) tal-imsemmija deċiżjoni qafas, li jistabbilixxi r-regola li bis-saħħa tagħha l-Istati Membri huma obbligati jeżegwixxu kull mandat ta’ arrest Ewropew fuq il-bażi ta’ dan il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u konformement mad-dispożizzjonijiet tal-istess Deċiżjoni Qafas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Ġunju 2023, O. G. (Mandat ta’ arrest Ewropew kontra ċittadin ta’ Stat terz), C-700/21, EU:C:2023:444, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
41 |
Minn dan isegwi, minn naħa, li l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni jistgħu jirrifjutaw li jeżegwixxu mandat ta’ arrest Ewropew biss għal raġunijiet li jirriżultaw mid-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Min-naħa l-oħra, filwaqt li l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew tikkostitwixxi l-prinċipju, ir-rifjut ta’ eżekuzzjoni tiegħu huwa maħsub bħala eċċezzjoni, u għaldaqstant din l-eċċezzjoni għandha tiġi interpretata b’mod strett (sentenza tas‑6 ta’ Ġunju 2023, O. G. (Mandat ta’ arrest Ewropew kontra ċittadin ta’ Stat terz), C‑700/21, EU:C:2023:444, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
42 |
Fir-rigward ta’ tali raġunijiet, din id-deċiżjoni qafas tipprevedi, fl-Artikolu 3 tagħha, ir-raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni obbligatorju ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u, fl-Artikoli 4 u 4a tagħha, ir-raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva ta’ dan il-mandat. |
|
43 |
Fir-rigward tar-raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, l-applikazzjoni tar-raġuni prevista fil-punt 6 ta’ dan l-artikolu hija suġġetta għal żewġ rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti, jiġifieri, minn naħa, li l-persuna rikjesta toqgħod fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, hija ċittadina tiegħu jew tirrisjedi fih, u, min-naħa l-oħra, li dan l-Istat jimpenja ruħu li jeżegwixxi, konformement mad-dritt intern tiegħu, il-piena jew il-miżura preventiva li għaliha nħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew (sentenza tas‑6 ta’ Ġunju 2023, O. G. (Mandat ta’ arrest Ewropew kontra ċittadin ta’ Stat terz), C‑700/21, EU:C:2023:444, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
44 |
Meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tikkonstata li dawn iż-żewġ rekwiżiti huma ssodisfatti, hija għandha wkoll tevalwa jekk jeżistix interess leġittimu li jiġġustifika li l-piena imposta fl-Istat emittenti tiġi eżegwita fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni. Din l-evalwazzjoni tippermetti li din l-awtorità tieħu inkunsiderazzjoni l-għan imfittex mill-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 li jikkonsisti, skont ġurisprudenza stabbilita sew, fiż-żieda tal-possibilitajiet ta’ riabilitazzjoni soċjali meta tiġi skontata l-piena li għaliha din tal-aħħar tkun ġiet ikkundannata (sentenza tas‑6 ta’ Ġunju 2023, O. G. (Mandat ta’ arrest Ewropew kontra ċittadin ta’ Stat terz), C‑700/21, EU:C:2023:444, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
45 |
Fir-rigward tal-effett tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 fuq l-implimentazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, għandu jitfakkar li, bħad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, id-Deċiżjoni Qafas 2008/909 tikkonkretizza, fil-qasam kriminali, il-prinċipji ta’ fiduċja reċiproka u ta’ rikonoxximent reċiproku li jimponu, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, lil kull Stat Membru jqis, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li l-Istati Membri l-oħra josservaw id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, id-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti minn dan id-dritt. Għalhekk, din l-aħħar deċiżjoni qafas issaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’dak li jirrigwarda r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji kriminali meta persuni jkunu ġew ikkundannati għal pieni jew għal miżuri ta’ ċaħda ta’ libertà fi Stat Membru ieħor, bil-għan li tiġi ffaċilitata r-riabilirazzjoni soċjali tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2023, Staatsanwaltschaft Aachen,C‑819/21, EU:C:2023:841, punt 19). |
|
46 |
Konformement mal-Artikolu 3(1) tagħha, id-Deċiżjoni Qafas 2008/909 hija intiża li tistabbilixxi r-regoli li jippermettu lil Stat Membru, bil-għan li tiġi ffaċilitata r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna kkundannata, jirrikonoxxi sentenza kif ukoll li jeżegwixxi l-kundanna mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor. Kif jirriżulta mill-Artikolu 26(1) tagħha, din id-deċiżjoni qafas tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet dwar it-trasferiment tal-persuni kkundannati, li jissemmew f’dan l-aħħar artikolu, applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑24 ta’ Ġunju 2019, Popławski,C‑573/17, EU:C:2019:530, punti 36 u 37). |
|
47 |
Għalhekk, fid-dawl tal-identità tal-għan imfittex, minn naħa, mir-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 u, min-naħa l-oħra, mir-regoli previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909, jiġifieri dak li jikkonsisti f’li tiġi ffaċilitata r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuni kkundannati fi Stat Membru ieħor, għandu jitqies li, meta awtorità ġudizzjarja tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tkun tixtieq tapplika din ir-raġuni, hija għandha tieħu dawn ir-regoli inkunsiderazzjoni. |
|
48 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, bħalma jagħmel l-Avukat Ġenerali fil-punt 45 tal-konklużjonijiet tiegħu tat‑13 ta’ Ġunju 2024, li xejn ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jipprevedi żewġt oqfsa legali distinti f’dak li jirrigwarda r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji kriminali, skont l-eżistenza jew le ta’ mandat ta’ arrest Ewropew. |
|
49 |
F’dan is-sens, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, moqri fid-dawl tal-premessa 12 tagħha, jipprovdi li din id-deċiżjoni qafas tapplika, mutatis mutandis, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħha jkunu kompatibbli ma’ dawk tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, għall-eżekuzzjoni tal-kundanni fil-każijiet fejn Stat Membru jimpenja ruħu li jeżegwixxi l-kundanna konformement mal-punt 6 tal-Artikolu 4 ta’ din l-aħħar deċiżjoni qafas. Dan huwa wkoll il-każ fejn, meta jaġixxi fil-kuntest tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tal-imsemmija l-aħħar deċiżjoni qafas, Stat Membru jkun impona bħala kundizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni fl-Istat emittenti r-ritorn tal-persuna inkwistjoni fl-Istat ta’ eżekuzzjoni sabiex hemmhekk tiskonta l-piena li tkun ser tingħata fl-Istat emittenti. |
|
50 |
Fir-rigward ta’ din l-aħħar ipoteżi, imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-eżekuzzjoni tal-piena hija rregolata mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909. Fil-fatt, kif osservat il-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali tkun suġġetta għall-kundizzjoni prevista f’dan il-punt 3 tal-Artikolu 5, l-Istat ta’ eżekuzzjoni, biex jeżegwixxi l-piena jew il-miżura preventiva ta’ ċaħda ta’ libertà deċiża fl-Istat emittenti kontra l-persuna kkonċernata, għandu josserva r-regoli rilevanti tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Marzu 2020, SF (Mandat ta’ arrest Ewropew – Garanzija ta’ rinviju fl-Istat ta’ eżekuzzjoni), C‑314/18, EU:C:2020:191, punt 68). |
|
51 |
Bl-istess mod bħal fil-każ imsemmi fil-punt 3 tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, għandu jitqies li, meta awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni jkollha l-intenzjoni li tirrifjuta, fuq il-bażi tar-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ċaħda ta’ libertà, ir-rikonoxximent tas-sentenza ta’ kundanna għal din il-piena u tat-teħid ta’ responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-imsemmija piena huma rregolati mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909. |
|
52 |
Fil-fatt, rifjut, ibbażat fuq il-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew jippresupponi impenn effettiv tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li teżegwixxi l-piena ta’ ċaħda ta’ libertà mogħtija kontra l-persuna rikjesta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Ġunju 2023, O. G. (Mandat ta’ arrest Ewropew kontra ċittadin ta’ Stat terz), C‑700/21, EU:C:2023:444, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata). Sa fejn din il-persuna tkun ġiet ikkundannata fl-Istat emittenti, dan jimplika neċessarjament li l-awtoritajiet tal-Istat ta’ eżekuzzjoni jirrikonoxxu s-sentenza ta’ kundanna mogħtija fir-rigward tal-imsemmija persuna konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909. |
|
53 |
Tabilħaqq, mill-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet li ebda dispożizzjoni tagħha ma tista’ taffettwa l-portata jew il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-raġuni għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva ddikjarata fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 (sentenza tat‑13 ta’ Diċembru 2018, Sut,C‑514/17, EU:C:2018:1016, punt 48). |
|
54 |
Madankollu, din il-konstatazzjoni ma timplikax li l-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji kriminali previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909 ma humiex applikabbli meta Stat Membru jintrabat li jeżegwixxi kundanna konformement mal-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 minkejja li l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 ma twassal għal ebda inkompatibbiltà jew inkoerenza fl-applikazzjoni konġunta ta’ dawn iż-żewġ atti. Kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 63 tal-konklużjonijiet tiegħu tat‑13 ta’ Ġunju 2024, il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji kriminali previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909 huma applikabbli meta sseħħ l-implimentazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, sakemm, kif jipprevedi espliċitament l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 u kif il-Qorti tal-Ġustizzja stess irrilevat fil-punt 48 tas-sentenza tat‑13 ta’ Diċembru 2018, Sut, (C‑514/17, EU:C:2018:1016), dawn il-kundizzjonijiet huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584. Dan jippermetti li jiġi ggarantit il-funzjonament it-tajjeb tas-sistema ssemplifikata u effikaċi ta’ konsenja tal-persuni rikjesti stabbilita minn din l-aħħar deċiżjoni qafas. |
|
55 |
Għandu jiġi rrilevat f’dan ir-rigward li, konformement mal-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, din tal-aħħar issostitwixxiet, mill‑5 ta’ Diċembru 2011, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Trasferiment tal-Persuni Kkundannati u l-Protokoll Addizzjonali tagħha tat‑18 ta’ Diċembru 1997. |
|
56 |
Kif irrileva b’mod partikolari l-Gvern Franċiż waqt is-seduta għas-sottomissjonijiet orali tal‑14 ta’ Ottubru 2024, l-Artikolu 3(1)(f) ta’ din il-konvenzjoni kien jipprevedi li l-Istat ta’ kundanna u l-Istat ta’ eżekuzzjoni kellhom ikunu qablu dwar it-trasferiment ta’ persuna kkundannata. |
|
57 |
Dan l-Artikolu 3(1)(f) ġie ssostitwit, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, bir-rekwiżit tal-kunsens tal-Istat emittenti fir-rigward tat-teħid ta’ responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-piena mogħtija f’dan l-Istat. Dan il-kunsens huwa rifless fit-trażmissjoni, skont il-modalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni qafas, lill-Istat ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ kundanna mogħtija minn qorti tal-Istat emittenti, flimkien maċ-ċertifikat li l-mudell tiegħu jinsab fl-Anness I tal-imsemmija deċiżjoni qafas. |
|
58 |
Fil-fatt, mill-parti (f) tal-mudell ta’ ċertifikat li jinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jirriżulta b’mod espliċitu li, preċiżament fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jistgħu japplikaw, filwaqt li dan iċ-ċertifikat għandu jagħmel riferiment għal din ir-raġuni meta dan jiġi invokat. |
|
59 |
Il-ħtieġa li jinkiseb il-kunsens tal-Istat emittenti fir-rigward tat-teħid ta’ responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-kundanna mogħtija tirriżulta wkoll mill-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909. Fil-fatt, minn dan l-artikolu jirriżulta li sakemm l-eżekuzzjoni ta’ din il-kundanna ma tkunx bdiet fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-Istat emittenti jista’ jirtira ċ-ċertifikat korrispondenti mill-Istat ta’ eżekuzzjoni u li, wara dan l-irtirar, l-Istat ta’ eżekuzzjoni ma jeżegwixxix iżjed l-imsemmija kundanna. |
|
60 |
Issa, l-applikazzjoni, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, tal-kundizzjonijiet previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909 f’dak li jirrigwarda r-rikonoxximent, fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, tal-kundanna li ġġustifikat il-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew u t-teħid ta’ responsabbiltà, mill-istess Stat tal-eżekuzzjoni tal-piena imposta, b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ kunsens tal-Istat emittenti għal tali teħid ta’ responsabbiltà, hija kompatibbli mal-għan li jiżdiedu l-possibbiltajiet ta’ riabilitazzjoni soċjali tal-persuna rikjesta mal-iskadenza ta’ din il-piena, imfittex minn din id-dispożizzjoni. |
|
61 |
Fil-fatt, minn naħa, mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 4(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, u tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, moqrija fid-dawl tal-premessa 8 ta’ din id-deċiżjoni qafas, jirriżulta li huwa biss meta l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tkun kisbet iċ-ċertezza li l-eżekuzzjoni tal-kundanna mill-Istat ta’ eżekuzzjoni ser tikkontribwixxi għall-għan li tiġi ffaċilitata r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna kkundannata li hija tista’ tibgħat lill-awtorità kompetenti ta’ dan l-aħħar Stat is-sentenza ta’ kundanna u ċ-ċertifikat li għandu jakkumpanjaha, li l-mudell standard tagħhom jinsab fl-Anness I tal-imsemmija deċiżjoni qafas. |
|
62 |
Min-naħa l-oħra, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-għan li jiżdiedu l-possibbiltajiet ta’ riabilitazzjoni soċjali tal-persuna rikjesta mal-iskadenza tal-piena li għaliha ġiet ikkundannata din tal-aħħar, importanti kemm huwa importanti, ma huwiex ta’ natura assoluta, ġaladarba dan l-għan għandu jiġi kkonċiljat, b’mod partikolari, mar-regola essenzjali ddikjarata fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, li, bħala prinċipju, l-Istati Membri jeżegwixxu kull mandat ta’ arrest Ewropew (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑6 ta’ Ottubru 2009, Wolzenburg,C‑123/08, EU:C:2009:616, punt 62, u tat‑13 ta’ Diċembru 2018, Sut,C‑514/17, EU:C:2018:1016, punt 46). |
|
63 |
Għalhekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 68 tal-konklużjonijiet tiegħu tat‑13 ta’ Ġunju 2024, fid-dawl tad-diversi funzjonijiet tal-piena fi ħdan is-soċjetà, l-Istat Membru li fih persuna ġiet ikkundannata jista’ leġittimament jinvoka kunsiderazzjonijiet ta’ politika fi-qasam kriminali li huma speċifiċi għalih sabiex jiġġustifika li l-piena mogħtija tiġi eżegwita fit-territorju tiegħu, billi jirrifjuta konsegwentement it-trażmissjoni tas-sentenza ta’ kundanna u taċ-ċertifikat li għandu jakkumpanjaha skont id-Deċiżjoni Qafas 2008/909, u dan anki meta kunsiderazzjonijiet marbuta mar-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna rikjesta jistgħu jxaqilbu favur eżekuzzjoni ta’ din il-piena fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. |
|
64 |
Il-marġni ta’ evalwazzjoni tal-Istat emittenti fir-rigward tal-kunsens previst fl-Artikolu 4(1)(c) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, kif spjegat fil-punti 61 sa 63 ta’ din is-sentenza, huwa barra minn hekk ikkonfermat mill-paragrafu 5 ta’ dan l-istess artikolu, li jipprevedi li, meta l-Istat ta’ eżekuzzjoni, fuq inizjattiva tiegħu stess, jitlob lil dan l-ewwel Stat it-trażmissjoni tas-sentenza flimkien maċ-ċertifikat tiegħu, tali talba ma toħloqx obbligu għall-Istat emittenti li jwieġeb għaliha b’mod favorevoli. |
|
65 |
Barra minn hekk, ebda dispożizzjoni ta’ din id-deċiżjoni qafas u lanqas tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 ma tippermetti li jitqies li l-fatt, għall-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, li tiġi invokata r-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 ta’ din l-aħħar deċiżjoni qafas, ikollu l-konsegwenza li jitqiegħed inkwistjoni l-imsemmi marġni ta’ evalwazzjoni tal-Istat emittenti. |
|
66 |
F’dan ir-rigward, il-ħruġ, minn Stat Membru, ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ċaħda tal-libertà jixhed preċiżament il-fatt li dan l-Istat jiffavorixxi, bħala prinċipju, eżekuzzjoni tal-piena fit-territorju tiegħu iktar milli implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji kriminali previst mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909, bl-għan ta’ tali eżekuzzjoni fi Stat Membru ieħor. F’dan il-kuntest, l-effikaċja tas-sistema ta’ konsenja bejn l-Istati Membri stabbilita mid-Deċiżjoni Qafas 2002/584 tkun kompromessa jekk, f’tali każ, l-Istat ta’ eżekuzzjoni jkun jista’ jidderoga unilateralment mill-prinċipju tal-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew, fuq il-bażi tal-implimentazzjoni ta’ din ir-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva, mingħajr ma jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kundanna previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909. |
|
67 |
Minn dan isegwi li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, it-teħid ta’ responsabbiltà, mill-Istat ta’ eżekuzzjoni, għall-eżekuzzjoni tal-piena imposta mis-sentenza ta’ kundanna mogħtija fl-Istat emittenti u li ġġustifikat il-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew huwa suġġett għall-kunsens ta’ dan l-Istat emittenti, konformement mar-regoli previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909. |
|
68 |
Madankollu, għalkemm it-trażmissjoni mill-Istat emittenti tas-sentenza ta’ kundanna u taċ-ċertifikat li għandu jakkumpanjaha hija għalhekk maħsuba bħala sempliċi possibbiltà, inkluż fil-każ fejn l-Istat ta’ eżekuzzjoni jkollu l-intenzjoni li jieħu r-responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-piena billi jimplimenta din ir-raġuni għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni, għandu jitfakkar li, sabiex b’mod partikolari jiġi żgurat li l-funzjonament tal-mandat ta’ arrest Ewropew ma jiġix ipparalizzat, l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali, stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE, jimplika djalogu bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni u dawk emittenti. Minn dak il-prinċipju jirriżulta b’mod partikolari li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw u jassistu lil xulxin reċiprokament fit-twettiq tal-kompiti li jirriżultaw mit-Trattati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, Openbaar Ministerie (Qorti stabbilita bil-liġi fl-Istat Membru emittenti),C‑562/21 PPU u C‑563/21 PPU, EU:C:2022:100, punt 48 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
69 |
Għaldaqstant, l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u ta’ eżekuzzjoni għandhom, sabiex jiżguraw kooperazzjoni effikaċi fil-qasam kriminali, jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti previsti mid-Deċiżjonijiet Qafas 2002/584 u 2008/909, bħall-konsultazzjonijiet li jippreċedu t-trażmissjoni tas-sentenza ta’ kundanna mogħtija minn qorti tal-Istat emittenti kif ukoll iċ-ċertifikat li l-mudell tiegħu jinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 b’mod li jiffavorixxi l-fiduċja reċiproka li fuqha hija bbażata din il-kooperazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Frar 2022, Openbaar Ministerie (Qorti stabbilita bil-liġi fl-Istat Membru emittenti),C‑562/21 PPU u C‑563/21 PPU, EU:C:2022:100, punt 49 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 4(3) ta’ din l-aħħar deċiżjoni qafas, tali konsultazzjonijiet huma obbligatorji meta, bħal f’dan il-każ, l-eżekuzzjoni tal-kundanna tkun prevista fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata, jiġifieri fl-ipoteżi msemmija fl-Artikolu 4(1)(c) tal-imsemmija deċiżjoni qafas. |
|
70 |
Jekk teħid ta’ responsabbiltà reali għall-eżekuzzjoni tal-piena mill-Istat ta’ eżekuzzjoni ma jkunx possibbli, għal kwalunkwe raġuni, inkluż minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet u tal-proċedura previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909, mill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku jirriżulta li, sabiex tiġi evitata l-impunità tal-persuna rikjesta, għandu jiġi eżegwit mandat ta’ arrest Ewropew. Fil-fatt, kif ġie osservat fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew tikkostitwixxi l-prinċipju, filwaqt li r-rifjut ta’ eżekuzzjoni tiegħu huwa maħsub bħala eċċezzjoni, li għalhekk għandha tiġi interpretata b’mod strett. |
|
71 |
Fir-rigward tal-obbligi tal-Istat emittenti, għandu jiġi enfasizzat li huwa dan l-Istat li għandu jiżgura li l-prerogattiva mogħtija lilu mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909 li ma jittrażmettix lill-Istat ta’ eżekuzzjoni s-sentenza ta’ kundanna mogħtija minn waħda mill-qrati tiegħu kif ukoll iċ-ċertifikat li l-mudell tiegħu jinsab fl-Anness I ta’ din id-deċiżjoni qafas, tiġi eżerċitata b’mod li jippermetti kooperazzjoni effikaċi bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’materji kriminali u li jiżgura li l-funzjonament tal-mandat ta’ arrest Ewropew u r-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi f’materji kriminali għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tagħhom fi Stat Membru ieħor ma jiġux ipparalizzati. |
|
72 |
Għaldaqstant, meta awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni jkollha l-intenzjoni li tirrifjuta, fuq il-bażi tar-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tista’ tirrifjuta tali trażmissjoni jekk hija tqis, fuq il-bażi ta’ ċirkustanzi oġġettivi, li l-piena ma hijiex ser tiġi effettivament eżegwita fl-Istat ta’ eżekuzzjoni jew li eżekuzzjoni ta’ din il-piena f’dan l-Istat ma tikkontribwixxix għall-għan ta’ riabilitazzjoni soċjali tal-persuna rikjesta mal-iskadenza tal-piena ta’ ċaħda ta’ libertà li għaliha din tkun ġiet ikkundannata. L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista’ wkoll tirrifjuta din it-trażmissjoni fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet marbuta mal-politika speċifika tal-Istat emittenti fil-qafas kriminali. |
Fuq id-dritt tal-Istat emittenti li jeżegwixxi piena ta’ ċaħda tal-libertà meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tkun irrifjutat li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ din il-piena, fuq il-bażi tal-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, mingħajr ma jkunu ġew osservati l-kundizzjonijiet u l-proċedura previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909, dwar ir-rikonoxximent tas-sentenza ta’ kundanna għal din il-piena u t-teħid ta’ responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tagħha
|
73 |
Għandu jiġi eżaminat jekk, f’ċirkustanzi fejn, mingħajr ma jiġu osservati l-kundizzjonijiet u l-proċedura previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni rrifjutat, fuq il-bażi tar-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ċaħda ta’ libertà, l-Istat emittenti jżommx id-dritt li jeżegwixxi din il-piena. |
|
74 |
F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, adita bil-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ċaħda tal-libertà kontra C.J., l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni qieset li, sabiex jiżdiedu l-possibbiltajiet ta’ riabilitazzjoni soċjali ta’ din il-persuna, din il-piena kellha tiġi eżegwita fl-Italja. Għalhekk, din l-awtorità, permezz tad-deċiżjoni ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni, irrifjutat il-konsenja tal-imsemmija persuna, irrikonoxxiet is-sentenza ta’ kundanna u ordnat l-eżekuzzjoni tal-imsemmija piena fl-Italja. Din id-deċiżjoni ttieħdet meta l-qorti tar-rinviju kienet ikkomunikat din is-sentenza lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, iżda mhux iċ-ċertifikat li l-mudell tiegħu jinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, u li din il-qorti kienet esprimiet in-nuqqas ta’ qbil tagħha fir-rigward tar-rikonoxximent tal-imsemmija sentenza u tat-teħid ta’ responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-piena ta’ priġunerija imposta fuq C.J. fl-Italja. |
|
75 |
F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-punti 54 sa 67 ta’ din is-sentenza, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, ir-rikonoxximent tas-sentenza ta’ kundanna għal piena ta’ priġunerija mogħtija minn qorti tal-Istat emittenti u t-teħid ta’ responsabbiltà għall-eżekuzzjoni ta’ din il-piena mill-Istat ta’ eżekuzzjoni għandhom jitwettqu b’osservanza tal-kundizzjonijiet u tal-proċedura previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909, li jimplika, b’mod partikolari, li l-Istat emittenti għandu jagħti l-kunsens tiegħu għal dan it-teħid ta’ responsabbiltà. |
|
76 |
Għandu jiġi kkonstatat li, meta, bħal f’dan il-każ, l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ta’ ċaħda ta’ libertà tkun ġiet irrifjutata mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni b’nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet u tal-proċedura previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909, dan il-mandat ta’ arrest jista’ jinżamm mill-awtorità ġudizzjarja emittenti. Bl-istess mod, l-Istat emittenti jżomm id-dritt li jeżegwixxi din il-piena. |
|
77 |
Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tiddeċiedi li ż-żamma, mill-awtorità ġudizzjarja emittenti, ta’ mandat ta’ arrest Ewropew tista’ tirriżulta neċessarja, b’mod partikolari meta d-deċiżjoni ta’ rifjut ma tkunx konformi mad-dritt tal-Unjoni, sabiex tiġi konkluża l-proċedura ta’ konsenja ta’ persuna rikjesta u b’hekk jiġi promoss it-twettiq tal-għan tal-ġlieda kontra l-impunità mfittex minn din id-deċiżjoni qafas. B’hekk, is-sempliċi fatt li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni rrifjutat li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew ma jistax jipprekludi, bħala tali, li l-awtorità ġudizzjarja emittenti żżomm dan il-mandat ta’ arrest (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2024, Breian,C‑318/24 PPU, EU:C:2024:658, punti 51 u 53). |
|
78 |
Dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw, mutatis mutandis, għal dak li jirrigwarda d-dritt tal-Istat emittenti li jeżegwixxi l-piena ta’ priġunerija imposta fuq il-persuna li tkun is-suġġett tal-mandat ta’ arrest Ewropew f’ċirkustanzi bħal dawk imsemmija fil-punt 76 ta’ din is-sentenza u ma jistgħux jitqiegħdu inkwistjoni taħt l-Artikolu 22(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, li jipprevedi li l-Istat emittenti ma jistax iktar jeżegwixxi l-kundanna mogħtija peress li l-eżekuzzjoni tagħha tkun bdiet fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni. |
|
79 |
Fil-fatt, għandu jiġi enfasizzat li din id-dispożizzjoni ma tapplikax meta, bħal f’dan il-każ, ir-rifjut tal-konsenja fuq il-bażi tal-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, mill-Istat ta’ eżekuzzjoni, ma jkunx seħħ b’mod konformi mar-regoli stabbiliti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909. Minn naħa, kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punt 81 tal-konklużjonijiet tiegħu tat‑12 ta’ Diċembru 2024, jekk jiġi aċċettat li, f’tali sitwazzjoni, bidu tal-eżekuzzjoni tal-piena fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jista’ jneħħi l-kompetenza tal-Istat Membru emittenti biex jeżegwixxi din il-piena, dan jiftaħ it-triq għall-evitar tar-regoli stabbiliti mid-deċiżjoni qafas. |
|
80 |
Min-naħa l-oħra, il-fatt li, f’tali sitwazzjoni, l-Istat emittenti jitlef il-kompetenza tiegħu biex jeżegwixxi l-imsemmija piena ma jkollux biss bħala konsegwenza n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Istat emittenti previsti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/909, iżda jkollu wkoll bħala konsegwenza li jiġi ppreġudikat il-funzjonament tas-sistema ssemplifikata u effikaċi ta’ konsenja tal-persuni rikjesti stabbilita mid-Deċiżjoni Qafas 2002/584 billi, b’mod partikolari, jkun jista’ jitqiegħed inkwistjoni l-għan ta’ ġlieda kontra l-impunità mfittex minn din id-deċiżjoni qafas (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑6 ta’ Lulju 2023, Minister for Justice and Equality (Talba għal kunsens – Effetti tal-mandat ta’ arrest Ewropew inizjali), C‑142/22, EU:C:2023:544, punt 51, kif ukoll tad‑29 ta’ Lulju 2024, Breian,C‑318/24 PPU, EU:C:2024:658, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
81 |
Huwa minnu li, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-artikolazzjoni prevista mil-leġiżlatur tal-Unjoni bejn id-Deċiżjoni Qafas 2002/584 U d-Deċiżjoni Qafas 2008/909 għandha tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-għan, imsemmi fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, li jikkonsisti f’li tiġi ffaċilitata r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna kkonċernata (sentenza tal‑11 ta’ Marzu 2020, SF (Mandat ta’ arrest Ewropew – Garanzija ta’ rinviju fl-Istat ta’ eżekuzzjoni), C‑314/18, EU:C:2020:191, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
82 |
Madankollu, kieku l-Istat ta’ eżekuzzjoni seta’, billi jibbaża ruħu fuq dan l-għan, jirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ċaħda ta’ libertà, mingħajr il-kunsens tal-Istat emittenti fir-rigward tat-teħid ta’ responsabbiltà għal din l-eżekuzzjoni mill-ewwel Stat, dan ikun jista’ joħloq riskju għoli ta’ impunità ta’ persuni li jippruvaw jaħarbu mill-ġustizzja wara li jkunu ġarrbu kundanna fi Stat Membru u, b’mod definittiv, iqiegħed fil-perikolu l-funzjonament effikaċi tas-sistema ssemplifikata ta’ konsenja bejn l-Istati Membri stabbilita mid-Deċiżjoni Qafas 2002/584. |
|
83 |
Għandu jingħad ukoll li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 stabbilita fil-punt 79 ta’ din is-sentenza li tikkonsisti fl-issuġġettar tal-possibbiltà li tiġi applikata r-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva prevista fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għall-kunsens tal-Istat emittenti sabiex il-piena tiġi eżegwita fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, hija sostnuta mill-fatt li, kif huwa indikat fil-punt 57 ta’ din is-sentenza, dan il-kunsens jimmaterjalizza ruħu fit-trażmissjoni tas-sentenza ta’ kundanna u taċ-ċertifikat li l-mudell tiegħu jinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909. Fil-fatt, dawn id-dokumenti, b’mod partikolari dan iċ-ċertifikat, jinkludu indikazzjonijiet essenzjali sabiex tkun tista’ sseħħ l-eżekuzzjoni effettiva tal-piena imposta. Għal dan l-għan, l-Artikolu 23(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jipprevedi barra minn hekk li l-imsemmi ċertifikat għandu jiġi tradott fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat ta’ eżekuzzjoni. |
|
84 |
Minn dan jirriżulta li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-Deċiżjonijiet Qafas 2002/584 u 2008/909 ma jipprekludux li l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra C.J. jinżamm u li l-piena li ngħatat kontrih tiġi eżegwita fl-Istat emittenti, jiġifieri r-Rumanija. |
|
85 |
Madankollu, peress li tali żamma tista’ tippreġudika l-libertà individwali tal-persuna rikjesta, għad hemm lok li jiġi ppreċiżat li hija l-awtorità ġudizzjarja emittenti li għandha teżamina jekk, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-każ, din iż-żamma hijiex ta’ natura proporzjonata. Fil-kuntest ta’ tali eżami, hija b’mod partikolari din l-awtorità ġudizzjarja li għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi, fuq din il-persuna, taż-żamma tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontriha kif ukoll il-prospetti ta’ eżekuzzjoni tal-imsemmi mandat ta’ arrest (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2024, Breian,C‑318/24 PPU, EU:C:2024:658, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
86 |
Fil-każ li l-Istat emittenti jiddeċiedi, wara li jsir dan l-eżami, li jżomm il-mandat ta’ arrest Ewropew, huwa dan tal-aħħar, jekk ikun il-każ, meta l-persuna rikjesta tiġi kkonsenjata lil dan l-Istat jew meta hija tirritorna volontarjament fit-territorju tiegħu, li għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584. Din id-dispożizzjoni, sa fejn timponi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe perijodu li matulu din il-persuna ġiet iddetenuta fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, tiggarantixxi li l-imsemmija persuna ma jkollhiex iġġarrab, b’mod definittiv, detenzjoni li t-tul totali tagħha, kemm fl-Istat ta’ eżekuzzjoni kif ukoll fl-Istat emittenti, jaqbeż it-tul tal-piena ta’ ċaħda ta’ libertà li għaliha ġiet ikkundannata fl-Istat emittenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Lulju 2016, JZ,C‑294/16 PPU, EU:C:2016:610, punt 43). |
|
87 |
Fid-dawl tal-motivi kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel sat-tielet domanda għandha tkun li l-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 u l-Artikoli 4, 22 u 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
Fuq ir-raba’ domanda
|
88 |
Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha tiddeċiedi t-tilwima li tkun tressqet quddiemha. Minn din il-perspettiva, jekk ikun il-każ, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha (sentenza tal‑25 ta’ Frar 2025, Alphabet et, C‑233/23, EU:C:2025:110, punt 33 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
89 |
Konformement mal-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, imsemmi fir-raba’ domanda, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tirrifjuta li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew jekk mill-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha jirriżulta li l-persuna rikjesta ġiet iġġudikata b’mod definittiv għall-istess fatti minn pajjiż terz, bil-kundizzjoni li, fil-każ ta’ sentenza ta’ kundanna, din tkun ġiet skontata jew tkun fil-mument qed tiġi skontata jew ma tkunx tista’ tiġi eżegwita iżjed taħt il-liġijiet tal-pajjiż li jkun ta s-sentenza ta’ kundanna. Issa, f’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-deċiżjoni ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni ġiet adottata minn qorti ta’ Stat Membru tal-Unjoni, jiġifieri r-Repubblika Taljana. |
|
90 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija rilevanti biss ir-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni obbligatorja prevista fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, li tikkonkretizza l-prinċipju ta’ ne bis in idem li tiegħu huma l-Istati Membri li għandhom jiżguraw l-osservanza. |
|
91 |
Għaldaqstant, għandu jitqies li, permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandux jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi “sentenza definittiva għall-istess fatti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni rrifjutat, fuq il-bażi tal-punt 6 tal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni qafas, li tikkonsenja persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ċaħda ta’ libertà, irrikonoxxiet is-sentenza ta’ kundanna għal din il-piena u ordnat l-eżekuzzjoni tal-imsemmija piena fl-Istat ta’ eżekuzzjoni. |
|
92 |
Konformement mal-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, jekk mill-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni jirriżulta li l-persuna rikjesta ġiet iġġudikata definittivament għall-istess fatti fi Stat Membru, din l-awtorità għandha tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew bil-kundizzjoni li, fil-każ ta’ sentenza ta’ kundanna, din tkun ġiet skontata jew tkun fil-mument qed tiġi skontata jew ma tkunx tista’ tiġi eżegwita iżjed taħt il-liġijiet tal-Istat Membru li jkun ta s-sentenza ta’ kundanna. |
|
93 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet persuna rikjesta tingħata “sentenza definittiva għall-istess fatti”, fis-sens ta’ dan il-punt 2 tal-Artikolu 3, meta, fi tmiem proċeduri kriminali, l-azzjoni pubblika ssir definittivament estinta jew inkella meta l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru jkunu adottaw deċiżjoni li permezz tagħha s-suspettat jinħeles definittivament fir-rigward tal-fatti li bihom ikun ġie akkużat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Novembru 2010, Mantello,C‑261/09, EU:C:2010:683, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
94 |
Barra minn hekk, fir-rigward, b’mod iktar partikolari, ta’ talba għal konsenja, mill-ġurisprudenza jirriżulta li deċiżjoni ta’ awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest ma tistax titqies “sentenza definittiva għall-istess fatti” fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584. Fil-fatt, l-eżami ta’ tali talba ma jimplikax il-bidu ta’ proċeduri kriminali mill-Istat ta’ eżekuzzjoni kontra l-persuna li l-konsenja tagħha tkun qiegħda tintalab u ma jirrigwardax evalwazzjoni fuq il-mertu tal-kawża (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2023, Sofiyska gradska prokuratura (Mandati ta’ arrest suċċessivi), C‑71/21, EU:C:2023:668, punti 52 sa 54). |
|
95 |
L-istess japplika, fir-rigward ta’ deċiżjoni, bħad-deċiżjoni ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni, li permezz tagħha hija rrikonoxxuta sentenza ta’ kundanna mogħtija fi Stat Membru ieħor u li permezz tagħha tiġi ordnata l-eżekuzzjoni tal-kundanna mogħtija minn din is-sentenza. |
|
96 |
Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 94 ta’ din is-sentenza, l-eżami mwettaq f’dan il-kuntest ma jimplikax il-bidu ta’ proċeduri kriminali kontra l-persuna kkundannata u ma jinvolvix evalwazzjoni fuq il-mertu tal-kawża. Minflok ma twassal għall-għoti ta’ kundanna ġdida li tirrigwarda l-istess fatti, tali deċiżjoni hija intiża li tippermetti li l-kundanna mogħtija fl-Istat emittenti tkun tista’ tiġi eżegwita fl-Istat ta’ eżekuzzjoni. |
|
97 |
Għaldaqstant, deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni rrifjutat, fuq il-bażi tal-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ċaħda ta’ libertà, irrikonoxxiet is-sentenza ta’ kundanna għal din il-piena u ordnat l-eżekuzzjoni tal-imsemmija piena, ma tistax titqies li tikkostitwixxi “sentenza definittiva għall-istess fatti”, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni qafas. |
|
98 |
Fid-dawl tal-motivi kollha preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tikkostitwixxix “sentenza definittiva għall-istess fatti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni rrifjutat, fuq il-bażi tal-punt 6 tal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni qafas, li tikkonsenja persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ċaħda ta’ libertà, irrikonoxxiet is-sentenza ta’ kundanna għal din il-piena u ordnat l-eżekuzzjoni tal-imsemmija piena fl-Istat ta’ eżekuzzjoni. |
Fuq il-ħames domanda
|
99 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għar-raba’ domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ħames domanda. |
Fuq l-ispejjeż
|
100 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.