Kawża C‑218/22
BU
vs
Comune di Copertino
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale di Lecce)
Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (L‑Ewwel Awla) tat‑18 ta’ Jannar 2024
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 7 – Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Kumpens finanzjarju għall-ġranet ta’ leave mhux meħuda mħallas fi tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-ħlas ta’ din l-allowance fil-każ ta’ riżenja volontarja ta’ membru tal-persunal tas-servizz pubbliku – Kontroll tal-infiq pubbliku – Ħtiġijiet ta’ organizzazzjoni tal-persuna li timpjega fis-settur pubbliku”
Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Dritt għal-leave annwali mħallas – Prinċipju ta’ dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari – Portata – Għan
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 31(2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7(1))
(ara l-punti 25 sa 28)
Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Dritt għal-leave annwali mħallas – Portata – Kumpens finanzjarju għal-leave mhux meħud wara t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol – Ħlas ta’ tali kumpens fil-każ ta’ riżenja volontarja ta’ ħaddiem – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi dan il-ħlas għal raġunijiet li jirrigwardaw l-kontroll tal-infiq pubbliku u għall-ħtiġijiet organizzattivi tal-persuna li timpjega fis-settur pubbliku – Assenza ta’ provi ta’ leave mhux meħud minħabba raġunijiet indipendenti mir-rieda tal-ħaddiem – Inammissibbiltà
(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 31(2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7)
(ara punti 29 sa 35, 38 sa 42, 45 sa 50, 52 u dispożittiv)