Kawżi magħquda C‑182/22 u C‑189/22
JU
u
SO vs Scalable Capital GmbH
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Amtsgericht München)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal‑20 ta’ Ġunju 2024
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 82 – Dritt għal kumpens għad-dannu kkawżat mill-ipproċessar tad-data li jikser dan ir-regolament – Kunċett ta’ ‘dannu morali’ – Kumpens ta’ natura punittiva jew bħala sempliċi kumpens u sodisfazzjon – Kumpens minimu jew simboliku – Serq ta’ data personali rreġistrata fuq applikazzjoni tal-kummerċ – Serq ta’ identità jew frodi”
Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Dritt għal kumpens u responsabbiltà – Dritt għal kumpens għad-dannu mġarrab – Funzjoni kumpensatorja – Kumpens sħiħ għad-dannu mġarrab – Funzjoni dissważiva jew punittiva – Assenza
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, Artikolu 82(1))
Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Dritt għal kumpens u responsabbiltà – Dritt għal kumpens għad-dannu mġarrab – Iffissar tal-ammont tad-danni – Applikazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar il-portata tal-kumpens pekunjarju – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-livell ta’ gravità tal-iżball imwettaq mill-kontrollur – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tan-natura intenzjonali tal-ksur tar-Regolament
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, Artikolu 82(1))
(ara l-punti 27 sa 30, u d-dispożittiv 2)
Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Dritt għal kumpens u responsabbiltà – Dritt għal kumpens għad-dannu mġarrab – Iffissar tal-ammont tad-danni – Applikazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar il-portata tal-kumpens pekunjarju – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Evalwazzjoni tad-dannu morali – Assenza ta’ importanza ikbar tal-ħsara fuq il-persuna
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, premessi 75, 85 u 146, u Artikolu 82(1))
(ara l-punti 32, 33, 38, 39, u d-dispożittiv 3)
Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Dritt għal kumpens u responsabbiltà – Dritt għal kumpens għad-dannu mġarrab – Kundizzjonijiet – Sempliċi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament fl-assenza ta’ dannu – Assenza ta’ dritt għal kumpens – Obbligu ta’ prova tal-eżistenza tad-dannu mis-suġġett tad-data
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, Artikolu 82(1))
(ara l-punti 41, 42, 44, u d-dispożittiv 4)
Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Dritt għal kumpens u responsabbiltà – Dritt għal kumpens għad-dannu mġarrab – Kundizzjonijiet – Serq ta’ identità jew frodi – Kunċett – Dritt għal kumpens għad-dannu morali kkawżat mis-serq ta’ data personali – Portata
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, premessi 75 u 85, u Artikolu 82(1))
(ara l-punti 52 sa 56, u d-dispożittiv 5)