Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat‑22 ta’ Ġunju 2023 –
Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia-Kosakowo vs Il‑Kummissjoni
(Kawża C‑163/22 P) ( 1 )
“Appell – Għajnuna mill-Istat – Infrastruttura tal-ajruporti – Finanzjament pubbliku mogħti favur l-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo – Deċiżjoni li tiddikjara l-miżura ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Identifikazzjoni tal-vantaġġ u determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rrimborsata – Prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ kooperazzjoni leali – Drittijiet proċedurali tar-rikorrenti”
|
1. |
Appell – Risposta tal-intervenjent – Aggravju li jikkontesta konklużjonijiet tas-sentenza appellata mhux imsemmija fl-appell – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 169(1) u 178(1)) (ara l-punti 27 sa 30) |
|
2. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Żidiet fil-kapital ta’ kumpannija li għandha l-ġestjoni ta’ ajruport intiż li jiffinanzja l-proġett ta’ konverżjoni mill-ġdid tiegħu – Kumpannija benefiċjarja tal-imsemmija żidiet li ma hijiex proprjetarja tal-art u tal-infrastruttura ajruportwali – Assenza ta’ effett (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 45 sa 59) |
|
3. |
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti – Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat – Obbligu tal-Kummissjoni li tiffissa ammont li effettivament jikkorrispondi għall-vantaġġ reali tal-għajnuna – Portata (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punt 61) |
|
4. |
Appell – Aggravji – Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 256(1) TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d) u 169(2)) (ara l-punt 77) |
|
5. |
Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Verifka mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-klassifikazzjoni ġuridika mogħtija lill-fatti tat-tilwima – Ammissibbiltà (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 79, 80, 99) |
|
6. |
Atti tal-istituzzjonijiet – Revoka – Atti illegali – Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern – Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat parzjalment kompatibbli mas-suq intern – Ammissibbiltà – Ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi – Assenza (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punti 83 sa 93) |
Dispożittiv
|
1) |
L-Appell huwa miċħud. |
|
2) |
Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia-Kosakowo sp. z o.o. w likwidacji huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
( 1 ) ĠU C 191, 10.5.2022.