Kawża C‑85/22
Il‑Kummissjoni Ewropea
vs
Ir‑Repubblika tal‑Bulgarija
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal‑20 ta’ Ġunju 2024
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Artikolu 4(4) u Artikolu 6(1) – Nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni, ta’ għanijiet ta’ konservazzjoni u ta’ miżuri ta’ konservazzjoni”
Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Siti ta’ importanza għall-Komunità – Stabbiliment, mill-Kummissjoni, tal-lista nazzjonali ta’ siti kkonċernati – Identifikazzjoni, mill-Istati Membri, bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Assenza – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu
(Direttiva tal-Kunsill 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, Artikoli 3(2) u 4(4))
(ara l-punti 48 sa 51, 53 sa 55)
Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Implimentazzjoni mill-Istati Membri – Neċessità ta’ traspożizzjoni ċara u preċiża
(it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE)
(ara l-punt 52)
Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Obbligi tal-Istati membri – Iffissar tal-għanijiet ta’ konservazzjoni – Obbligu ġenerali li dawn l-għanijiet jiġu fformulati b’mod kwantitattiv u li jista’ jitkejjel – Assenza
(Direttiva tal-Kunsill 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, Artikolu 4(1) u (4), u Anness III)
(ara l-punti 79 sa 84)
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Prova ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni – Produzzjoni ta’ elementi li juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ġenerali u strutturali ta’ twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni – Preżentazzjoni ta’ eżempji ta’ nuqqasijiet rappreżentattivi għas-siti kollha ta’ importanza għall-Komunità
(Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17)
(ara l-punti 85, 90, 91, 109 sa 111)
Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Obbligi tal-Istati membri – Adozzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni neċessarji – Implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ta’ konservazzjoni
(Direttiva tal-Kunsill 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, Artikolu 6(1) u Annessi I u II)
(ara l-punti 135 sa 137)