Kawża C‑11/22
Est Wind Power OÜ
vs
Elering AS
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tallinna Halduskohus)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat‑12 ta’ Ottubru 2023
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mogħtija mill-Istati – Appoġġ għall-enerġija rinnovabbli – Kostruzzjoni ta’ park eoliku – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata ‘Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014 2020’ – Punt 19(44) u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 66 – Kunċetti ta’ ‘bidu tax-xogħlijiet’, ta’ ‘xogħlijiet ta’ kostruzzjoni marbuta mal-investiment’, ta’ ‘kull impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli’ u ta’ ‘awtorizzazzjoni mill-Istat sabiex jitwettaq il-proġett’ – Tip u intensità tal-eżami li għandu jsir mill-awtorità nazzjonali kompetenti”
Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Limiti – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi l-obbligu għall-awtoritajiet nazzjonali li japplikaw ċerti dispożizzjonijiet tal-linji gwida fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Att amministrattiv nazzjonali li japplika l-imsemmija dispożizzjonijiet tal-linji gwida – Domandi preliminari li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet – Domandi ammissibbli
(Artikolu 267 TFUE)
(ara l-punti 30 sa 38)
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna għall-protezzjoni tal-ambjent – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-istat għall-ħarsien tal-ambjent – Għajnuna operattiva għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli – Kunċett ta’ bidu tax-xogħlijiet – Evalwazzjoni – Kriterji – Kunċett li jkopri l-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni marbuta mal-investiment u kwalunkwe impenn ieħor li jirrendi l-investiment irriversibbli – Kunċett li jinvolvi d-disponibbiltà ta’ awtorizzazzjoni mill-Istat neċessarja għat-twettiq tal-proġett
(Artikolu 107(3) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2014/C 200/01)
(ara l-punti 48 sa 63, 65 sa 73, u d-dispożittivi 1 sa 3)