KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
EMILIOU
ippreżentati fit‑30 ta’ Mejju 2024 ( 1 )
Kawża C‑406/22
CV
vs
Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali, Brno, ir‑Repubblika Ċeka))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Proċedura għall-eżaminazzjoni ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali – Applikazzjoni kkunsidrata bħala manifestament infondata – Applikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur – Kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur – Il-Moldova – Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) – Deroga mill-obbligi stabbiliti fil-KEDB fi żmien ta’ gwerra jew ta’ emerġenza oħra pubblika – Konsegwenza tal-użu tal-Artikolu 15 KEDB għall-possibbiltà li pajjiż terz jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini sigur – Pajjiż terz ikkunsidrat bħala sigur biss parzjalment – Setgħat ex officio tal-qorti nazzjonali”
I. Introduzzjoni
|
1. |
Ir-regoli proċedurali komuni għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali tad-Direttiva 2013/32/UE ( 2 ) jippermettu trattament speċifiku ta’ applikazzjonijiet sottomessi minn persuni li huma, fil-qosor, ċittadini ta’ pajjiż li ġie indikat bħala “pajjiż ta’ oriġini bla periklu [sigur]”. Din l-indikazzjoni għandha konsegwenzi legali importanti li jirrestrinġu l-kundizzjonijiet li taħthom jiġu kkunsidrati tali applikazzjonijiet. |
|
2. |
Sal-lum, ma hemm l-ebda lista komuni ta’ pajjiżi ta’ oriġini siguri fil-livell tal-Unjoni. Minflok, id-Direttiva 2013/32 tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw tali listi għal skopijiet nazzjonali. Għalkemm il-kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini sigur” huwa użat b’mod pjuttost wiesa’ mill-Istati Membri (19 minnhom), mhux l-Istati Membri kollha jużawh ( 3 ). Għal din ir-raġuni, dan il-kunċett ġie kkritikat ukoll. |
|
3. |
Il-lista adottata mir-Repubblika Ċeka tinkludi l-Moldova. |
|
4. |
Adita b’rikors ta’ kontestazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, il-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno, ir-Repubblika Ċeka), il-qorti tar-rinviju, għandha dubji dwar kif il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur għandu jinftiehem fid-dawl taċ-ċirkustanzi li ġejjin. |
|
5. |
L-ewwel, il-klassifikazzjoni tal-Moldova bħala “pajjiż ta’ oriġini sigur” mir-Repubblika Ċeka hija (jew, mill-inqas, kienet fiż-żmien rilevanti) suġġetta għal eċċezzjoni territorjali fir-rigward tat-Transnistrija, reġjun fil-parti tal-Lvant tal-pajjiż, maġenb il-fruntiera Ukraina. Mill-proċess jirriżulta li din l-eċċezzjoni saret minħabba l-impossibbiltà għall-Moldova li teżerċita awtorità f’dan ir-reġjun. |
|
6. |
It-tieni, matul l‑2022, il-Moldova, li hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (“KEDB”) ( 4 ), għamlet użu mill-Artikolu 15 tagħha, li jippermetti d-deroga mill-obbligi stabbiliti taħt dak l-istrument, fi żmien ta’ gwerra jew ta’ emerġenza oħra pubblika. |
|
7. |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-fatt li pajjiż ikun għamel użu mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 KEDB ifissirx li ma jistax jibqa’ jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini sigur fis-sens tad-Direttiva 2013/32. Hija tistaqsi wkoll jekk din id-direttiva tipprojbixxix lill-Istati Membri milli jindikaw pajjiż bħala pajjiż ta’ oriġini sigur biss parzjalment, bla ħsara għal eċċezzjoni territorjali. Finalment, jekk mill-evalwazzjoni ta’ waħda minn dawn id-domandi jirriżulta li d-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-klassifikazzjoni tal-Moldova bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, hija tixtieq tkun taf jekk id-Direttiva 2013/32 tobbligahiex tqajjem din il-kwistjoni ex officio. |
II. Il-kuntest legali
A. Id-dritt internazzjonali
|
8. |
L-Artikolu 15 KEDB jipprovdi: “1. Fi żmien ta’ gwerra jew ta’ emerġenza oħra pubblika li thedded il-ħajja tan-nazzjon kull Parti Għolja Kontraenti tista’ tieħu miżuri li jnaqqsu l-obbligi tagħha skont [il-KEDB] safejn ikun rigorożament meħtieġ mill-eżiġenzi tas-sitwazzjoni, basta li dawk il-miżuri ma jkunux inkonsistenti ma’ l-obbligi l-oħra tagħha skont il-liġi internazzjonali. 2. Ma għandha ssir bis-saħħa ta’ din id-disposizzjoni ebda deroga mill-Artikolu 2 ħlief dwar imwiet li jirriżultaw minn atti leġittimi ta’ gwerra, jew mill-Artikoli 3, 4 (paragrafu 1) u 7. 3. Kull Parti Għolja Kontraenti li tagħmel użu minn dan id-dritt ta’ deroga għandha tinforma b’kollox lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-miżuri li tkun ħadet u r raġunijiet tagħhom. Għandha wkoll tinforma lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa meta dawk il-miżuri jkunu spiċċaw joperaw u d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni jkunu qegħdin jerġgħu jiġu eżegwiti kompletament.” |
B. Id-dritt tal-Unjoni
a) Il-Protokoll Nru 24 dwar l-asil għal ċittadini ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea ( 5 )
|
9. |
L-artikolu uniku tal-Protokoll Nru 24 jipprovdi: “Meta wieħed iqis l-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet fundamentali mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu reċiprokament pajjiżi ta’ oriġini ta’ sigurtà għall-finijiet legali u prattiċi kollha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ materji ta’ asil. Għalhekk, kull applikazzjoni għal asil magħmula minn ċittadin ta’ xi Stat Membru tista’ tiġi kkunsidrata jew dikjarata ammissibli għal proċessar minn Stat Membru ieħor biss f’dawn il-każijiet:
[…]” |
b) Id-Direttiva 2013/32
|
10. |
L-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32, intitolat “Proċedura ta’ eżami”, jipprovdi li: “1. L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijet għall-protezzjoni internazzjonali fi proċedura ta’ eżami b’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura ta’ eżami tkun konkluża mill-aktar fis possibbli, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet. […] 8. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li proċedura ta’ eżami konformi mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II tiġi mgħaġġla u/jew titmexxa fil-fruntiera jew fiż-żoni ta’ transitu taħt l-Artikolu 43 jekk: […]
[…]” |
|
11. |
L-Artikolu 32 tad-Direttiva 2013/32, intitolat “Applikazzjonijiet bla bażi”, jipprovdi li: “[…] 2. F’każijiet ta’ applikazzjonijiet bla bażi li fihom tapplika kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fl-Artikolu 31(6) l-Istati Membri jistgħu wkoll jikkunsidraw applikazzjoni bħala manifestament bla bażi jekk tkun definita hekk fil-liġi nazzjonali.” |
|
12. |
L-Artikolu 36 tad-Direttiva 2013/32, bit-titolu “Il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu [sigur]”, jipprovdi li: “1. Pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu konformement ma’ din id-Direttiva jista’, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, ikun ikkunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għal applikant partikolari biss jekk:
u ma ppreżenta/ppreżentat l-ebda raġuni serja sabiex il-pajjiż ma jiġix ikkunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu/tagħha fis-sens tal-kwalifika tiegħu/tagħha bħala benefiċjarju/benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE [ ( 6 )]. 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali regoli u modalitajiet ulterjuri għall-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu.” |
|
13. |
L-Artikolu 37 tad-Direttiva 2013/32, intitolat “Indikazzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi terzi kkunsidrati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu [sigur]”, jipprovdi: “1. L-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jintroduċu leġislazzjoni li tippermetti, konformement mal-Anness I, l-indikazzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet tal-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. 2. L-Istati Membri għandhom jirrivedu regolarment is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu taħt dan l-Artikolu. 3. Il-valutazzjoni ta’ pajjiż sabiex jiġi determinat jekk huwiex pajjiż ta’ oriġini bla periklu konformement ma’ dan l-Artikolu għandha tkun ibbażata fuq firxa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, inkluż b’mod partikolari informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra. 4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-pajjiżi li jiġu indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu konformement ma’ dan l-Artikolu.” |
|
14. |
L-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32, bit-titolu “Id-dritt għal rimedju effettiv”, jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, kontra dawn li ġejjin:
3. Sabiex ikunu konformi mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rimedju effettiv jipprovdi għal eżami sħiħ u ex nunc ta’ kemm il-fatti kif ukoll il-punti tal-liġi, inkluż fejn applikabbli eżami tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE, ta’ mill-inqas fi proċeduri ta’ appell quddiem qorti jew tribunal ta’ prima istanza. 4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limiti ta’ żmien raġonevoli u regoli meħtieġa oħra għall-applikant sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1. Il-limiti ta’ żmien ma għandhomx jagħmlu tali eżerċizzju impossibbli jew eċċessivament diffiċli. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu reviżjoni ex officio tad-deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 43. 5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti li jibqgħu fit-territorju tagħhom sakemm jiskadi ż-żmien li fih ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv jew, meta tali dritt ġie eżerċitat fil-limitu ta’ żmien, sa meta joħroġ ir-riżultat tar-rimedju. 6. Fil-każ li tittieħed deċiżjoni:
[…] qorti jew tribunal għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi jekk l-applikant jistax jibqa’ jew le fit-territorju tal-Istat Membru, jew fuq talba tal-applikant jew billi jiddeċiedi ex officio, jekk tali deċiżjoni tirriżulta fit-terminazzjoni tad-dritt tal-applikant li jibqa’ fl-Istat Membru u fejn, f’każijiet bħal dawn, id-dritt ta’ rimanenza fl-Istat Membru sa meta joħroġ ir-riżultat tar-rimedju ma tkunx prevista fil-liġi nazzjonali. […]” |
|
15. |
L-Anness I għad-Direttiva 2013/32, intitolat “Indikazzjoni ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu [siguri] għall-finijiet tal-Artikolu 37(1)”, jipprovdi: “Pajjiż ikun kunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu fejn, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista’ jiġi muri li ġeneralment u konsistentement ma hemmx persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/95/UE, ebda tortura jew trattament jew punizzjoni inumani jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat internazzjonali jew intern. Meta ssir din il-valutazzjoni, għandu jittieħed kont inter alia tal-entità tal-protezzjoni pprovduta kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin permezz ta’ dawn li ġejjin:
|
C. Id-dritt Ċek
|
16. |
L-Artikolu 2(1)(k) taż-zákon č. 325/1999 Sb., o azylu (il-Liġi Nru 325/1999 dwar l-Ażil; iktar ’il quddiem “il-Liġi dwar l-Ażil”) jipprovdi li: “Għall-finijiet ta’ dan l-Att […] ‘pajjiż ta’ oriġini sigur’ huwa ddefinit bħala l-istat li l-barrani huwa ċittadin tiegħu, jew, fil-każ ta’ persuna mingħajr stat, l-istat tal-aħħar residenza permanenti tagħha, 1. fejn, b’mod ġenerali u konsistenti, ma jkun hemm l-ebda persekuzzjoni, l-ebda tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti, u fejn ma jkun hemm l-ebda theddida minħabba vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat internazzjonali jew intern, 2. li la ċ-ċittadini tiegħu u lanqas persuni mingħajr stat ma jitilqu minnu għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 12 jew l-Artikolu 14(a) [tal-Liġi dwar l-Ażil], 3. li rratifika u josserva trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati ma’ rimedji effettivi, u 4. li jippermetti lill-entitajiet legali jissorveljaw is-sitwazzjoni fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem […]” |
|
17. |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Artikolu 2 tal-vyhláška č. 328/2015 Sb., kterou se provádí zákon o azylu a zákon o dočasné ochraně cizinců (id-Digriet Nru 328/2015 li jimplimenta l-Liġi dwar l-Ażil u Protezzjoni Temporanja ta’ Ċittadini Barranin; iktar ’il quddiem “id-Digriet Nru 328/2015”) ipprovda, fiż-żmien rilevanti, li r-Repubblika Ċeka qieset lill-Moldova bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, bl-eċċezzjoni tat-Transnistrija ( 7 ). |
|
18. |
Skont l-Artikolu 16(2) u (3) tal-Liġi dwar l-Ażil, l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali għandhom ukoll jiġu miċħuda bħala manifestament infondati jekk l-applikant jasal minn stat li r-Repubblika Ċeka tqisu bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, sakemm applikant jagħti prova li, fil-każ tiegħu, l-istat inkwistjoni ma jistax jitqies bħala tali pajjiż. Jekk jeżistu raġunijiet għal tali rifjut, ma għandha ssir l-ebda evalwazzjoni dwar jekk l-applikant jissodisfax il-kriterji sabiex jingħata ażil jew protezzjoni sussidjarja u dwar jekk l-applikant jissottomettix informazzjoni li turi l-fatt li jista’ jkun espost għal persekuzzjoni jew li jkun taħt theddida ta’ dannu serju. |
|
19. |
Skont l-Artikolu 32(2) tal-Liġi dwar l-Ażil, il-preżentata ta’ appell minn deċiżjoni skont l-Artikolu 16(2) tal-Liġi dwar l-Ażil ma għandhiex effett sospensiv ( 8 ). |
|
20. |
Madankollu, skont l-Artikolu 73(2) taż-zákon č. 150/2002 Sb., soudní řád správní (il-Liġi Nru 150/2002, il-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva; iktar ’il quddiem il-“Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva”), fuq talba tar-rikorrent, wara li tisma’ lill-konvenut, il-qorti għandha, permezz ta’ digriet, tagħti effett sospensiv lill-appell, jekk l-eżekuzzjoni jew konsegwenzi legali oħra tad-deċiżjoni jirriżultaw f’dannu sproporzjonatament ikbar lir-rikorrent minn dak li jista’ jiġi kkawżat lil terzi bl-għoti tal-effett sospensiv, sakemm dan ma jkunx kuntrarju għal raġuni importanti ta’ interess pubbliku. |
|
21. |
Skont l-Artikolu 75(2) tal-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva, “l-imħallef jeżamina l-punti kkontestati tad-deċiżjoni fil-limiti tal-motivi mressqa”. |
III. Il-fatti, il-proċeduri nazzjonali u d-domandi preliminari
|
22. |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li f’Jannar 2022, il-Moldova ddikjarat stat ta’ emerġenza minħabba l-kriżi tal-enerġija u li fl‑24 ta’ Frar 2022, wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukraina, il-Moldova ħabbret stat ta’ emerġenza ta’ assedju u gwerra. Id-deċiżjoni tar-rinviju tindika wkoll li fil‑25 ta’ Frar 2022, il-Moldova nnotifikat lill-Kunsill tal-Ewropa li kienet qiegħda tinvoka l-Artikolu 15 KEDB. |
|
23. |
Fid-9 ta’ Frar 2022, CV applika għal protezzjoni internazzjonali fir-Repubblika Ċeka. Fl-applikazzjoni tiegħu, huwa sostna li ra inċident fejn is-sewwieq ta’ vettura tela’ fuq il-bankina u qatel persuna li kienet miexja fit-triq. Is-sewwieq tal-vettura ħarab mill-post. Dak il-lejl, xi persuni li CV qatt ma ltaqa’ magħhom qabel marru d-dar tiegħu, ħaduh fil-foresta u aggredewh. CV ħarab u staħba. Jumejn wara, meta mar lura d-dar tiegħu, sab li kienet inħarqet. Ftit wara, huwa ħarab mill-Moldova lejn ir-Repubblika Ċeka, billi uża passaport Rumen falz sabiex ikollu aċċess. CV sostna wkoll li l-pulizija tal-Moldova sostniet li qatt ma identifikat lill-awturi tal-allegat inċident u li huwa beżgħan li jirritorna l-Moldova għax jibża’ li ssirlu ħsara kemm mill-attakkanti tiegħu, kif ukoll minħabba l-invażjoni tar-Russja fl-Ukraina. |
|
24. |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fl‑2016 u għal darba oħra, fl‑2019, qabel ma ressaq l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, CV irritorna l-Moldova u, sabiex jipprova jkun diskret, informa biss lill-kuġini tiegħu biż-żjarat tiegħu. CV ammetta li kien suġġett għal tkeċċija amministrattiva fl‑2016 għal perijodu ta’ sentejn, li ġiet ordnata minħabba li kien impjegat fuq il-bażi ta’ passaport Rumen falz. Barra minn hekk, fl‑2020, huwa rċieva ordni ta’ tluq, li reġgħet inħarġet fit‑23 ta’ Jannar 2022. Huwa spjega li ma kienx applika għal protezzjoni internazzjonali qabel għaliex ma fehemx il-mekkaniżmu. |
|
25. |
Fit‑8 ta’ Marzu 2022, il-Ministeru ċaħad l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali bħala manifestament infondata taħt l-Artikolu 16(2) tal-Liġi dwar l-Ażil. Il-Ministeru bbaża din id-deċiżjoni fuq informazzjoni relatata mas-sitwazzjoni politika u sigura fil-Moldova (li, skont id-deċiżjoni tar-rinviju, il-Ministeru kiseb minn żewġ dokumenti li huma ta’ nofs l-2021 ( 9 ) u mir-rapport tiegħu stess minn Jannar 2022) u fuq il-fatt li, skont id-Digriet Nru 328/2015, ir-Repubblika Ċeka qieset lill-Moldova, bl-eċċezzjoni tat-Transnistrija, bħala pajjiż ta’ oriġini sigur ( 10 ). |
|
26. |
Mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li l-Ministru jqis li l-applikant għal protezzjoni internazzjonali minn pajjiż ta’ oriġini sigur huwa obbligat jissodisfa oneru tal-prova ikbar u juri li, fiċ-ċirkustanzi individwali tiegħu, dan il-pajjiż ma huwiex sigur. Il-Ministeru qies li CV kien naqas milli jissodisfa tali oneru tal-prova u għal dan il-motiv ma kkunsidrax jekk kienx intitolat għal ażil jew għal protezzjoni internazzjonali. B’mod iktar speċifiku, il-Ministeru qies li CV naqas milli jissodisfa l-oneru tal-prova meħtieġ għal diversi raġunijiet. |
|
27. |
L-ewwel, fiż-żmien meta ġiet adottata d-deċiżjoni ta’ ċaħda, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-kunflitt fl-Ukraina kien ser jestendi għall-Moldova. It-tieni, il-Ministeru rrikonoxxa li, filwaqt li hemm difetti fundamentali dwar l-osservanza tal-istat tad-dritt fil-Moldova, speċjalment fir-rigward tal-ġudikatura, u filwaqt li l-avversarji tar-reġim politiku, l-avukati u l-attivisti tagħhom jistgħu jkunu f’riskju ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/95, ir-rikorrent ma stqarr li ma jappartjeni f’ebda wieħed minn dawn il-gruppi. It-tielet, il-Ministeru ddikjara li r-rikorrent seta’ jfittex protezzjoni mill-awtoritajiet tal-Moldova iżda ma kienx ipprova jagħmel dan. Ir-raba’, il-Ministeru sostna li, wara eżaminazzjoni tal-fatti fit-totalità tagħhom, l-unika raġuni għalfejn CV applika għall-protezzjoni internazzjonali kienet sabiex jillegalizza s-soġġorn tiegħu fir-Repubblika Ċeka. |
|
28. |
CV ippreżenta rikors quddiem il-Krajský soud vs Brně (il-Qorti Reġjonali, Brno). |
|
29. |
Fid‑9 ta’ Mejju 2022, fuq talba ta’ CV, il-qorti tar-rinviju ssospendiet l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Ministeru fuq il-bażi tal-argument ta’ CV li jekk jiġi rritornat lejn il-Moldova, huwa jkun espost għar-riskju ta’ dannu serju mill-attakkanti tiegħu. Il-qorti tar-rinviju qieset ukoll il-fatt li fit‑8 ta’ Mejju 2022, l-armata separatista tat-Transnistrija bdiet tħejji għal kunflitt. Barra minn hekk, din il-qorti kkunsidrat il-fatt li fit‑28 ta’ April 2022, il-Moldova nnotifikat lill-Kunsill tal-Ewropa li minħabba l-gwerra fl-Ukraina, hija kienet qiegħda tipproroga kemm id-deroga mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15 KEDB kif ukoll l-istat ta’ emerġenza, sat‑23 ta’ Ġunju 2022. |
|
30. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li qieset li s-suċċess tal-kawża ta’ CV jiddependi mill-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ‘pajjiż ta’ oriġini sigur’ fis-sens tad-Direttiva 2013/32, il-Krajský soud vs Brně (il-Qorti Reġjonali, Brno) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
31. |
Ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub mill-Gvern Ċek, mill-Gvern Ġermaniż u mill-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Gvern Ċek u l-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni ppreżentaw argumenti orali u rrispondew għad-domandi magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-seduta tas‑6 ta’ Ġunju 2023. |
IV. Analiżi
|
32. |
Sabiex nindirizza d-domandi magħmula, l-ewwel ser nispjega li ċerti żviluppi li jidhru li seħħew sa mill-introduzzjoni ta’ din id-deċiżjoni preliminari ma jeskludux ir-rilevanza tar-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-soluzzjoni tal-kawża pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju (A). Sussegwentement, ser nagħmel osservazzjonijiet preliminari dwar il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur (B). Bħala risposta għall-ewwel domanda, ser nispjega li s-sempliċi fatt li pajjiż ikun invoka l-Artikolu 15 KEDB ma jipprekludix il-klassifikazzjoni tiegħu bħala pajjiż ta’ oriġini sigur fis-sens tad-Direttiva 2013/32 (C). Bħala risposta għat-tieni domanda, ser niddeskrivi r-raġunijiet li wassluni sabiex nikkonkludi li d-Direttiva 2013/32 tippermetti biss lill-Istati Membri jindikaw pajjiż bħala pajjiż ta’ oriġini sigur fuq il-bażi tat-territorju kollu tiegħu (D). Fl-aħħar, ser nirrikorri għat-tielet domanda preliminari u nissuġġerixxi li d-Direttiva 2013/32 tobbliga lill-qorti tar-rinviju tqajjem, ex officio, l-inkompatibbiltà tal-indikazzjoni ta’ pajjiż bħala pajjiż ta’ oriġini sigur mad-Direttiva 2013/32 (E). |
A. Għad hemm bżonn li tingħata risposta għad-domandi magħmula?
|
33. |
Minn naħa, ninnota li l-ewwel domanda tistaqsi dwar il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu mid-deċiżjoni ta’ pajjiż terz li jinvoka l-Artikolu 15 KEDB għall-possibbiltà ta’ Stat Membru li jkompli jindika dan il-pajjiż bħala pajjiż ta’ oriġini sigur fis-sens tad-Direttiva 2013/32. Filwaqt li ser nittratta d-dettalji tas-sistema assoċjata mal-Artikolu 15 KEDB iktar ’il quddiem, jidher li fil‑11 ta’ April 2024, il-Moldova nnotifikat lill-Kunsill tal-Ewropea li din is-sistema kienet intemmet fil‑31 ta’ Diċembru 2023 ( 11 ). |
|
34. |
Min-naħa l-oħra, it-tieni domanda tikkonċerna l-possibbiltà għal Stat Membru li jindika pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur bla ħsara għal eċċezzjoni territorjali. F’dan ir-rigward, diġà nnotajt li l-eċċezzjoni territorjali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tidher li tneħħiet b’effett minn Ottubru 2023 ( 12 ) sa minn din id-data, il-Moldova tidher li hija kkunsidrata mir-Repubblika Ċeka bħala pajjiż ta’ oriġini sigur fl-intier tagħha. |
|
35. |
Fl-aħħar, it-tielet domanda hija marbuta mar-risposti li għandhom jingħataw għall-ewwel u għat-tieni domanda, u tiddependi mir-rilevanza tagħhom. |
|
36. |
Mid-digriet tar-rinviju jirriżulta essenzjalment li, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB jew l-eżistenza tal-eċċezzjoni territorjali inkwistjoni jipprevjenu l-indikazzjoni tal-Moldova bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, dan ifisser li l-applikazzjoni ta’ CV ma tkunx ġiet ittrattata taħt l-iskema ta’ eżaminazzjoni speċifika assoċjata mal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur. |
|
37. |
Din l-ispjegazzjoni kienet, naturalment, ipprovduta fid-dawl tas-sitwazzjoni legali li kienet teżisti meta sar ir-rinviju għal domanda preliminari. Fid-dawl tal-iżviluppi esposti hawn fuq, miniex ċert liema huma l-konsegwenzi eżatti tad-determinazzjoni tal-kwistjonijiet imqajma mill-ewwel u mit-tieni domanda għall-kawża prinċipali, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-waħda jew għal tnejn minn dawn iż-żewġ domandi fis-sens indikat iktar ’il fuq. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, “ir-referenzi lill-Qorti għal deċiżjoni preliminari jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi fuq domanda preliminari minn qorti nazzjonali biss fejn ikun pjuttost ovvju li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda relazzjoni mal-fatti reali tal-kawża prinċipali jew mal-għan tagħha, fejn problema hija ipotetika, jew fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex quddiemha l-materjal fattwali jew legali meħtieġ biex tagħti risposta utli għad-domandi li jkunu saru lilha”. |
|
38. |
Madankollu, jiena tal-fehma li din l-osservazzjoni ma trendix ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi magħmula manifestament irrilevanti ( 13 ). Fil-fatt, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja effettivament tasal għal waħda mill-konklużjonijiet iktar ’il fuq, jiena nifhem li jkun hemm implikazzjonijiet proċedurali dwar kif għandha tiġi ttrattata l-applikazzjoni ta’ CV ladarba jissoktaw il-proċeduri tal-qorti tar-rinviju. Barra minn hekk, l-iżviluppi li ġew deskritti fil-qosor iktar ’il fuq, għandhom jiġu kkonfermati mill-qorti tar-rinviju. |
|
39. |
Għaldaqstant, ser nipproċedi bil-premessa li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi magħmula tibqa’ rilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali. |
B. Il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur fis-sens tad-Direttiva 2013/32
|
40. |
Il-kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini sigur” jifforma parti minn kategorija iktar wiesgħa ta’ kunċetti relatati, bħal “l-ewwel pajjiż ta’ ażil”, “pajjiż terz sigur” u “pajjiż terz Ewropew sigur”, li l-Istati Membri huma awtorizzati jużawhom fi proċeduri ta’ ażil skont id-Direttiva 2013/32, essenzjalment, sabiex il-proċess isir iktar effiċjenti. Kollha kemm huma jintroduċu xi forma ta’ deroga mir-regoli ewlenin li inkella jirregolaw l-eżami ta’ applikazzjonijiet ta’ protezzjoni internazzjonali iżda l-konsegwenzi legali tagħhom huma differenti ( 14 ). |
|
41. |
Sa mill-emerġenza tagħhom fid-disgħinijiet (u t-tixrid rapidu sussegwenti tagħhom fis-sistemi legali nazzjonali ( 15 )), kienu suġġetti għal kritika fuq il-bażi li jistgħu jwasslu għat-tnaqqis tad-dritt tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għal eżami adegwat tas-sitwazzjoni tagħhom. Fl-istess ħin, meta flimkien mas-salvagwardji xierqa, ġew irrikonoxxuti wkoll bħala għodod li jistgħu jtejbu l-espedjenza li biha jiġu pproċessati (numru dejjem jiżdied) ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, billi jippermettu lill-Istat jikkonċentra r-riżorsi tiegħu fuq l-eżami ta’ applikazzjonijiet minn pajjiżi, meqjusa iktar probabbli li jkunu l-oriġini ta’ dawk li jfittxu ażil b’talbiet fondati ( 16 ). |
|
42. |
Din il-kawża tirrigwarda s-sistema ta’ eżami assoċjata mal-kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini sigur”, li hija rregolata mill-Artikoli 36, 37 u mill-Anness I tad-Direttiva 2013/32 u li, kuntrarjament għall-kunċetti l-oħra ta’ hawn fuq, ma teħlisx lill-awtoritajiet kompetenti mill-obbligu li jeżaminaw il-merti tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. |
|
43. |
Il-karatteristiċi bażiċi tal-kunċett u l-konsegwenzi legali li jagħti lok għalihom huma s-segwenti. |
|
44. |
L-ewwel, mid-definizzjoni komuni tal-kunċett inkwistjoni jirriżulta li pajjiż terz jista’ jiġi indikat bħala “pajjiż ta’ oriġini sigur” fejn, “abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista’ jiġi muri li ġeneralment u konsistentement ma hemmx persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/95/UE, ebda tortura jew trattament jew punizzjoni inumani jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat internazzjonali jew intern” ( 17 ). |
|
45. |
It-tieni, l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2013/32 jawtorizza lill-Istati Membri jindikaw pajjiżi terzi bħala pajjiżi ta’ oriġini siguri, li normalment isir permezz ta’ listi nazzjonali stabbiliti għal dan il-għan ( 18 ). Din id-direttiva għalhekk ma tirriproduċix l-idea ta’ lista komuni li tidher fid-Direttiva 2005/85 ( 19 ) (il-predeċessur legali tad-direttiva attwali), li, madankollu, ma twettqitx taħt din id-direttiva u, f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat il-parti rilevanti tagħha għal raġunijiet istituzzjonali ( 20 ). |
|
46. |
Madankollu, it-tielet, meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur, għandhom jirrispettaw id-definizzjoni komuni tiegħu, imfakkra fil-punt 44 iktar ’il fuq. Dan jeħtieġ li jiġi vverifikat in-nuqqas tar-riskji deskritti fih, permezz tal-kunsiderazzjoni ta’ diversi fatturi, li ser nirrikorri għalihom b’mod mhux eżawrjenti fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32, li jinkludu ‘(a) il-liġijiet u r-regolamenti relevanti […] u l-mod li bih huma applikati; (b) (b) l-osservanza tad-drittijiet u l-libertajiet stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u/jew il-Ftehim Internazzjonali għad-Drittijiet Ċivili u Politiċi u/jew il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura, b’mod partikolari d-drittijiet li minnhom ma tistax issir deroga taħt l-Artikolu 15(2) [KEDB]; (c) ir-rispett għall-prinċipju ta’ non-refoulement b’konformita’ mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra ( 21 ); [u] (d) id-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal sistema ta’ rimedji effettivi kontra l-ksur ta’ dawk id-drittijiet u l-libertajiet”. |
|
47. |
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ukoll jikkonformaw ma’ ċerti obbligi proċedurali, b’mod partikolari obbligu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’indikazzjonijiet nazzjonali u obbligu li jeżaminaw is-sitwazzjoni regolarment, “ibbażata fuq firxa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, inkluż b’mod partikolari informazzjoni mill-Istati Membri, mill-[EUAA ( 22 )], mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra” ( 23 ). |
|
48. |
L-aħħar iżda mhux l-inqas, l-indikazzjoni ta’ pajjiż bħala pajjiż ta’ oriġini sigur għandha implikazzjonijiet sinjifikattivi għall-applikanti minn dawk il-pajjiżi. |
|
49. |
L-ewwel, kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja, din twassal għal “skema partikolari ta’ eżami” li hija “bbażata fuq forma ta’ preżunzjoni konfutabbli ta’ protezzjoni suffiċjenti fil-pajjiż ta’ oriġini, li tista’ tiġi kkonfutata mill-applikant jekk huwa jagħti prova ta’ raġunijiet imperattivi relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu” ( 24 ). |
|
50. |
It-tieni, l-Artikolu 31(8)(b) tad-Direttiva 2013/32 jawtorizza lill-Istati Membri jeżaminaw l-applikazzjonijiet imressqa minn applikanti minn pajjiżi ta’ oriġini siguri fi proċedura mħaffa (li t-tul “raġonevoli” tagħha għandu jiġi stabbilit minnhom) ( 25 ), jew fil-fruntiera jew f’żona ta’ tranżitu. |
|
51. |
It-tielet, meta l-applikazzjoni ta’ individwu minn pajjiż ta’ oriġini sigur titqies bħala infondata, l-Artikolu 32(2) tad-Direttiva 2013/32 jippermetti lill-Istati Membri jqisuha wkoll, barra minn hekk, bħala “manifestament infondata” ( 26 ), fejn dan ikun ġie previst taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
|
52. |
Skont dak li ġie osservat, essenzjalment, mill-Gvern Olandiż u mill-Kummissjoni, il-konsegwenzi ta’ din il-kwalifika addizzjonali huma li r-rikorrent ma jistax jitħalla jibqa’ fit-territorju nazzjonali sal-eżitu tal-appell tiegħu mid-deċiżjoni ta’ ċaħda (b’kuntrast mar-regola prinċipali li tapplika fil-każ ta’ rifjut “sempliċi”) sakemm dak l-appell ma jingħatax effett sospensiv mill-qorti nazzjonali ( 27 ). |
|
53. |
B’kuntrast, il-fatt li r-rikorrent ikun ġej minn pajjiż ta’ oriġini sigur ma jippermettix lill-awtoritajiet nazzjonali jiċħdu l-applikazzjoni ta’ individwu minn pajjiż ta’ oriġini sigur mingħajr eżami individwali tal-bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tal-applikant. Il-konstatazzjoni kuntrarja tkun inkompatibbli mad-Direttiva 2013/32, li l-Artikolu 31(8) tagħha jissuġġetta l-proċedura mħaffa (inkluż fir-rigward ta’ applikanti minn pajjiżi ta’ oriġini sigur) għall-“prinċipji bażiċi u garanziji” iddefiniti b’mod ġenerali fil-Kapitolu II tal-istess direttiva. Dawn is-salvagwardji jinkludu l-obbligu għall-Istat Membru li jiżgura li l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati, u li d-deċiżjonijiet jittieħdu, individwalment, kif previst fl-Artikolu 10(3)(a) u mfakkra, fil-kuntest tal-“iskema partikolari ta’ eżami” inkwistjoni hawnhekk, taħt l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2013/32 ( 28 ) |
|
54. |
Wara dawn ir-rimarki introduttorji, issa ser neżamina l-ewwel domanda preliminari. |
C. L-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB tipprekludi pajjiż terz milli jżomm l-indikazzjoni tiegħu bħala “pajjiż ta’ oriġini sigur”?
|
55. |
Bħala tfakkira, permezz tal-ewwel domanda magħmula, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB minn pajjiż terz partikolari tipprekludihx milli jżomm l-istatus tiegħu ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur. |
|
56. |
Qabel ma tiġi evalwata din il-kwistjoni bis-sħiħ, ikun utli li nikkummenta dwar is-sistema legali assoċjata mal-Artikolu 15 KEDB (Sezzjoni 1). Fuq din il-bażi, ser nispjega r-raġunijiet li jwassluni sabiex nikkunsidra, bi qbil mal-pożizzjonijiet tal-partijiet kollha intervenjenti, li l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB fiha nnifisha ma tipprekludix pajjiż milli jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini sigur fis-sens tad-Direttiva 2013/32, sakemm il-kundizzjonijiet għal din l-indikazzjoni, stabbiliti fl-Anness I għal din id-direttiva, jibqgħu jiġu ssodisfatti (Sezzjoni 2). Jiena ser nispjega wkoll li l-konklużjoni tiegħi ma hijiex affettwata mill-Protokoll Nru 24, li l-qorti tar-rinviju ġibdet l-attenzjoni għalih u li l-implikazzjonijiet tiegħu ġew diskussi, b’mod partikolari, matul is-seduta (Sezzjoni 3). |
1. Xi jfisser għal pajjiż li jinvoka l-Artikolu 15 KEDB?
|
57. |
L-Artikolu 15(1) tal-KEDB jippermetti lil Parti Kontraenti tidderoga mill-obbligi tagħha taħt il-KEDB “fi żmien ta’ gwerra jew ta’ emerġenza oħra pubblika li thedded il-ħajja tan-nazzjon”. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem “il-QEDB”) spjegat li dan il-kunċett jirreferi għal “sitwazzjoni eċċezzjonali ta’ kriżi jew ta’ emerġenza li taffettwa l-popolazzjoni kollha u tikkostitwixxi theddida għall-ħajja organizzata tal-komunità li minnha huwa magħmul l-Istat” ( 29 ), fejn l-emerġenza rilevanti għandha tkun “attwali jew imminenti” ( 30 ). |
|
58. |
Il-miżuri adottati sabiex tingħeleb tali sitwazzjoni eċċezzjonali jistgħu, madankollu, jittieħdu biss “safejn ikun rigorożament meħtieġ mill-eżiġenzi tas-sitwazzjoni, basta li […] ma jkunux inkonsistenti ma’ l-obbligi […] skont il-liġi internazzjonali” ( 31 ). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 15(2) (moqri fid-dawl ta’ protokolli sussegwenti għall-KEDB ( 32 )), tali miżuri ma jistgħu, taħt l-ebda ċirkustanza, jaffettwaw ċerti drittijiet, jiġifieri dawk li huma kkunsidrati non-derogatorji: id-dritt għall-ħajja, il-projbizzjoni tat-tortura u trattament jew pieni inumani jew degradanti, il-projbizzjoni tal-iskjavitù u tas-servitù, il-projbizzjoni tal-piena mingħajr liġi, l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u d-dritt li persuna ma tiġix iġġudikata jew ikkastigata darbtejn. |
|
59. |
Bla ħsara għal dawn il-limiti importanti, il-QEDB ripetutament iddeċidiet li l-Partijiet Kontraenti għall-KEDB igawdu marġni wiesa’ ta’ evalwazzjoni meta jiġu sabiex jiddeterminaw jekk “emerġenza […] pubblika [theddidx] il-ħajja tan-nazzjon”, fis-sens tal-Artikolu 15 KEDB, kif ukoll fir-rigward tad-definizzjoni tar-risposta adegwata ( 33 ). |
|
60. |
L-eżerċizzju ta’ dan il-marġni madankollu jibqa’ suġġett għas-sorveljanza tal-QEDB. Minn naħa, il-QEDB diġà kkonstatat li ċerti sitwazzjonijiet ma jilħqux il-limitu li jippermetti li tiġi attivata is-sistema tal-Artikolu 15 KEDB ( 34 ). Min-naħa l-oħra, id-domanda dwar jekk il-miżuri adottati humiex, fil-qosor, proporzjonati mal-emerġenza invokata, hija eżaminata, b’mod partikolari, fir-rigward tan-natura tad-drittijiet affettwati u ċ-ċirkustanzi li wasslu għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, u fid-dawl tat-tul tagħha ( 35 ). Il-QEDB enfasizzat ukoll li l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 “ma tagħtix carte blanche lill-awtoritajiet tal-Istat sabiex jaġixxu b’mod li jista’ jwassal għal konsegwenzi arbitrarji għall-individwi” ( 36 ) u insistiet fuq l-eżistenza ta’ salvagwardji adegwati kontra l-abbuż ( 37 ), kif tosserva l-qorti tar-rinviju. |
|
61. |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-QEDB jirriżulta li l-fatt li pajjiż invoka l-Artikolu 15 KEDB ma huwiex ser ibiddel neċessarjament l-evalwazzjoni ta’ dik il-qorti ta’ allegat ksur tal-KEDB. Tabilħaqq, meta tikkunsidra l-każ quddiemha, il-QEDB ġeneralment tivvaluta jekk l-allegat ksur huwiex iġġustifikat taħt ir-reġim ordinarju l-ewwel. Huwa biss fejn dan ma jkunx il-każ li l-QEDB twettaq it-test tal-proporzjonalità speċifiku u iktar permissiv imsemmi hawn fuq ( 38 ). Dan għaliex l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 ma tikkorrispondix għal denunzja tal-KEDB (kif tosserva l-qorti tar-rinviju) u l-Parti Kontraenti partikolari tibqa’ marbuta mill-KEDB, minkejja li r-reġim tal-Artikolu 15 KEDB jipprovdi dan b’marġni ikbar ta’ diskrezzjoni meta jiġu adottati miżuri restrittivi. |
|
62. |
Fi kliem ieħor, nifhem li l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB ma timplikax li l-Parti Kontraenti inkwistjoni awtomatikament taġixxi b’mod li jikser id-drittijiet u l-libertajiet iggarantiti mill-KEDB. Pjuttost, is-sottomissjoni ta’ avviż f’dan il-kuntest jidher li għandha l-għan li tinforma lill-partijiet kontraenti l-oħra li tista’ ma tkunx f’pożizzjoni li tissalvagwardja dawk id-drittijiet u l-libertajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni eċċezzjonali li din il-parti taffaċċja ( 39 ). L-evalwazzjoni ta’ jekk dan kienx, fil-fatt, il-każ, u liema drittijiet u libertajiet ġew speċifikament ikkonċernati, tiddependi mill-kontenut ta’ tali avviż u mill-miżuri attwalment adottati. |
|
63. |
Storikament, “avviżi tal-Artikolu 15” ġew ippreżentati f’diversi sitwazzjonijiet. Sabiex nagħti xi eżempji reċenti, għaxar Partijiet Kontraenti (inklużi tliet Stati Membri – l-Estonja, il-Latvja u r-Rumanija, iżda wkoll il-Moldova) taw notifika ta’ derogi taħt dik id-dispożizzjoni fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID‑19 ( 40 ) u bejn il-bidu tal‑2020 u l-aħħar tal‑2023, ġew ippreżentati seba’ avviżi ġodda għal raġunijiet oħra, bħal diżastri naturali, kriżijiet tal-enerġija u gwerra ( 41 ). L-użu mill-Moldova tal-Artikolu 15 KEDB, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jidher li jagħmel parti minn dan l-aħħar żvilupp ( 42 ). |
|
64. |
F’dan l-isfond, issa ser neżamina l-kwistjoni ta’ kif id-deċiżjoni ta’ pajjiż terz li jagħmel użu mill-Artikolu 15 KEDB taffettwa l-possibbiltà għal Stat Membru li jkompli jindikah bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, fis-sens tad-Direttiva 2013/32. |
2. Invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB u l-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur fis-sens tad-Direttiva 2013/32
|
65. |
Infakkar li sabiex kwalunkwe pajjiż jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, għandu “ġeneralment u konsistentement ma [jkunx hemm] persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tad-[Direttiva 2011/95], ebda tortura jew trattament jew punizzjoni inumani jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat internazzjonali jew intern” ( 43 ), kif diġà osservat. Dan ir-rekwiżit japplika kemm għal pajjiżi li huma Partijiet Kontraenti għall-KEDB kif ukoll għal dawk li ma humiex. |
|
66. |
Mill-Anness I għad-Direttiva 2013/32 jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jevalwaw jekk dan ir-rekwiżit huwiex issodisfatt fid-dawl ta’ lista mhux eżawrjenti ta’ mezzi legali li permezz tagħhom tiġi żgurata l-protezzjoni kontra r-riskji msemmija hawn fuq fil-punt 46 u li tinkludi r-rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet stabbiliti fil-KEDB, b’mod partikolari d-drittijiet non-derogatorji. |
|
67. |
Fil-fatt, mill-ispjegazzjoni fit-taqsima preċedenti jirriżulta li l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB ma tippermettix deroga mid-drittijiet non-derogabbli, kif iddefiniti mill-KEDB, li għandhom jiġu rrispettati “anki fl-iktar ċirkustanzi diffiċli” ( 44 ), inkluż ċirkustanzi li rrendew neċessarju r-rikors għall-Artikolu 15 KEDB. Madankollu, minn dan ma jirriżultax li l-miżuri derogatorji meħuda abbażi tal-Artikolu 15 KEDB, li jaffettwaw drittijiet oħra mħarsa mill-KEDB, ma jistgħux jammontaw għal sitwazzjoni inkompatibbli mal-elementi l-oħra ta’ din id-definizzjoni. Jekk, madankollu, dan huwiex il-każ jew le ma tantx jista’ jiġi ddikjarat fl-astratt, fuq il-bażi unika tal-Artikolu 15 KEDB li qiegħed jiġi invokat, kif essenzjalment jargumentaw ir-Repubblika Ċeka u l-Kummissjoni. |
|
68. |
Kif spjegajt preċedentement, l-invokazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma tikkorrispondix għal konċessjoni li d-drittijiet ssalvagwardjati mill-KEDB (dawk li tista’ ssir dergoa minnhom) ser ikunu, fil-fatt, affettwati ( 45 ). Pjuttost, id-determinazzjoni ta’ dan il-fatt tiddependi neċessarjament minn kull każ individwali u, b’mod partikolari, mis-sitwazzjoni effettiva prevalenti fil-pajjiż terz partikolari. Kif enfasizzat ir-Repubblika Ċeka waqt is-seduta, id-deċiżjoni li jiġi invokat l-Artikolu 15 KEDB tirriżulta mill-evalwazzjoni mill-pajjiż li qiegħed jagħmel l-invokazzjoni dwar jekk is-sitwazzjoni partikolari tagħmilx, jew tistax tagħmel, dak il-pass meħtieġ. Fil-fatt, ċerti pajjiżi jistgħu jinvokaw l-Artikolu 15 KEDB bħala kwistjoni ta’ prekawzjoni, filwaqt li oħrajn ser ikunu tal-fehma li l-istess sitwazzjoni ma għandha twassal għal ebda devjazzjoni mir-reġim ordinarju tal-KEDB ( 46 ). |
|
69. |
F’dan ir-rigward, ninnota li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tesprimix tħassib dwar xi miżura partikolari mħabbra jew adottata mill-Moldova. Madankollu, hija ssemmi, l-ewwel, il-fatt li fil‑25 ta’ Frar 2022, il-Moldova ppreżentat avviż li fih iddeskriviet il-ħtieġa li tidderoga mill-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-KEDB u tal-Protokolli tagħha, inkluż l-Artikolu 10 KEDB (li jipprovdi għal-libertà ta’ espressjoni). Jiena nosserva li dan l-avviż jirreferi għal “stat ta’ emerġenza” b’reazzjoni għall-kriżi tal-enerġija u jiddeskrivi l-adozzjoni possibbli tal-miżuri li jinvolvu r-“razzjonalizzazzjoni tal-konsum tal-gass naturali […] il-koordinazzjoni tal-ħidma tal-midja […] [jew] l-istabbiliment ta’ strumenti rapidi għall-ġbir ta’ ħlasijiet mingħand il-konsumaturi għall-gass naturali użat” ( 47 ). |
|
70. |
It-tieni, il-qorti tar-rinviju tirreferi għal avviż tat‑3 ta’ Marzu 2022 li fih il-Moldova tiddeskrivi “stat ta’ emerġenza, assedju u gwerra” ( 48 ). Peress li dan jista’ jiġi stabbilit mill-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, dan l-avviż u l-estensjonijiet sussegwenti tiegħu jirriproduċu lista ta’ miżuri li huma komparattivament ħafna iktar wiesgħa minn dawk tal-avviż preċedenti. Din il-lista jidher li tikkonċerna diversi aspetti tal-ħajja tal-individwi li jsibu ruħhom fit-territorju nazzjonali u tinkludi, fost miżuri oħra possibbli, “tkeċċija mit-territorju […] persuni li l-preżenza tagħhom tista’ taffettwa l-iżgurar tal-ordni u s-sigurtà pubblika” jew “it-teħid tal-miżuri meħtieġa għall-ġestjoni tal-flussi migratorji” ( 49 ). |
|
71. |
Barra minn hekk, mingħajr ma jingħataw dettalji dwar liema mid-drittijiet tal-KEDB jistgħu jiġu affettwati (b’kuntrast mal-avviż preċedenti tal‑25 ta’ Frar 2022, imsemmi iktar ’il fuq), in-neċessità tal-miżuri hija spjegata b’referenza għal “theddidiet kbar għas-sigurtà nazzjonali fil-viċinanza immedjata tal-fruntiera tal-art bejn il-Moldova u l-Ukraina, bħala riżultat tal-bidu ta’ azzjonijiet militari massivi fit-territorju tal-Ukraina fl‑24 ta’ Frar 2022” ( 50 ) jew – iktar tard – “bħala riżultat tal-gwerra kontinwa fit-territorju tal-Ukraina” ( 51 ). |
|
72. |
Sabiex nagħti eżempju ieħor, l-avviż ippreżentat mill-Moldova fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID‑19 li semmejt fil-qosor fil-punt 63 iktar ’il fuq jiddeskrivi l-adozzjoni ta’ reġim speċjali ta’ dħul ġewwa pajjiż, moviment fih u ħruġ minnu, “li jissospendi l-attività ta’ stabbilimenti edukattivi, li jintroduċi r-reġim ta’ kwarantina, li jipprojbixxi laqgħat, dimostrazzjonijiet pubbliċi u laqgħat tal-massa oħrajn” u jħabbar il-ħtieġa li ssir deroga “minn […], b’mod partikolari, l-Artikolu 11 [KEDB], l-Artikolu 2 tal-Ewwel Protokoll u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 4 ( 52 ). |
|
73. |
Id-diversità tal-miżuri invokati f’dawn l-eżempji turi d-diffikultà sabiex jiġi konkluż li kull avviż ippreżentat skont l-Artikolu 15 KEDB awtomatikament jeskludi Stat milli jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32. Fl-istess ħin, dawn l-eżempji juru wkoll li n-natura ta’ ċerti miżuri previsti, jew il-portata wiesgħa tagħhom, għandha tirriżulta f’viġilanza partikolari. |
|
74. |
Fil-fatt, l-osservazzjoni tiegħi li l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB ma taffettwax bħala tali, u fl-astratt, l-indikazzjoni ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur, ma tfissirx li din l-invokazzjoni hija irrilevanti. B’mod simili għal dak li sostanzjalment ġie argumentat mill-partijiet kollha waqt is-seduta, jiena tal-fehma li l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB hija fattur li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni regolari (u kontinwa) tas-sitwazzjoni li l-Istati Membri (li jużaw il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur) għandhom iwettqu, kif diġà spjegajt ( 53 ). F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom, fil-fehma tiegħi, iqisu l-portata tal-miżuri kif ġew iddefiniti fl-avviż ippreżentat taħt l-Artikolu 15 KEDB, u kif ġew implimentati fil-prattika. |
|
75. |
Madankollu, għad irid jiġi eżaminat jekk din il-pożizzjoni hijiex affettwata mill-kunsiderazzjoni tal-Protokoll Nru 24 li l-qorti tar-rinviju ġibdet attenzjoni partikolari lejh fil-kuntest tal-ewwel domanda tagħha. |
3. Kunsiderazzjoni tal-Protokoll Nru 24
|
76. |
Fil-Protokoll Nru 24, l-Istati Membri jiddikjaraw li jqisu lil xulxin b’mod reċiproku bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur u jaqblu “għalhekk” li “applikazzjoni għal asil magħmula minn ċittadin ta’ xi Stat Membru tista’ tiġi kkunsidrata jew dikjarata ammissibbli għal proċessar minn Stat Membru ieħor biss” f’waħda mill-erba’ sitwazzjonijiet elenkati hemmhekk, fosthom l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB ( 54 ). |
|
77. |
Il-qorti tar-rinviju temmen li din ir-regola tfisser li meta jiġi invokat l-Artikolu 15 KEDB, l-Istat Membru li jagħmel l-invokazzjoni ma jistax jibqa’ jitqies bħala “pajjiż ta’ oriġini sigur” minn Stati Membri oħra. Fil-fehma ta’ dik il-qorti, l-istess konsegwenza għandha ssegwi a fortiori meta l-Artikolu 15 KEDB jiġi invokat minn pajjiż terz (hawnhekk, il-Moldova). |
|
78. |
Jiena tal-fehma li l-konklużjoni tal-qorti tar-rinviju hija bbażata fuq premessa falza. |
|
79. |
Fil-fatt, kif sostnut (essenzjalment) mill-Kummissjoni, inqis li t-tifsira tal-kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini sigur” li jidher fil-Protokoll Nru 24 hija sempliċement differenti minn dik li hija rregolata mid-Direttiva 2013/32. |
|
80. |
Fil-fatt, kuntrarjament għal dak li jirriżulta minn dan il-protokoll fir-rigward ta’ applikazzjonijiet intra-UE għal protezzjoni internazzjonali, l-indikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur fis-sens tad-Direttiva 2013/32 qatt ma tista’, waħedha, tipprekludi l-eżami ta’ applikazzjoni. Kif diġà nnutajt fil-qosor fil-parti preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet, applikazzjoni ppreżentata minn individwu minn tali pajjiż għandha dejjem tiġi eżaminata (sakemm, fil-fehma tiegħi, ma titqiesx bħala inammissibbli abbażi ta’ waħda mir-raġunijiet eżawrjenti stabbiliti fid-Direttiva 2013/32) ( 55 ). |
|
81. |
Jiena ninnota li l-Protokoll Nru 24 jikkostitwixxi verżjoni aġġornata tal-Protokoll dwar l-ażil għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li kien anness mat-Trattat ta’ Amsterdam (iktar ’il quddiem “il-protokoll inizjali”) ( 56 ) u ġie qabel mhux biss id-Direttiva attwali 2013/32 iżda wkoll dik preċedenti (id-Direttiva 2005/85), li permezz tagħha l-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur daħal fl-isfera tad-dritt sekondarju tal-Unjoni. |
|
82. |
Eżami tal-premessi taż-żewġ protokolli (li l-kontenut tagħhom huwa essenzjalment l-istess) jindika li dak li kellhom f’moħħhom l-Istati Membri meta adottaw (u sussegwentement żammew) it-test rispettiv kien li jeskludu l-ammissibbiltà ta’ applikazzjonijiet intra-UE għal protezzjoni internazzjonali bħala espressjoni speċifika ta’ fiduċja reċiproka ( 57 ). Dan il-punt ġie argumentat mill-Gvern Ċek waqt is-seduta. |
|
83. |
Dawn il-premessi jirreferu, b’mod partikolari, għall-obbligu tal-Istati Membri li jirrispettaw il-valuri minquxa fl-Artikolu 2 TUE ( 58 ), għall-“istatus speċjali u protezzjoni” li jgawdi “kull ċittadin ta’ Stat Membru, bħala ċittadin tal-Unjoni” ( 59 ) u għall-għan li jiġi evitat li “l-istituzzjoni tal-asil tkun użata għal għanijiet li jmorru l-barra minn dawk li għalihom hija intenzjonat” ( 60 ). |
|
84. |
Dawn l-elementi, għalhekk, iwassluni sabiex nifhem li l-protokoll jikkostitwixxi ftehim tal-Istati Membri dwar, minn naħa waħda, ir-regola prinċipali li tikkonsisti fl-impossibbiltà li jiġu kkunsidrati applikazzjonijiet intra-UE għal protezzjoni internazzjonali u, min-naħa l-oħra, l-eċċezzjonijiet (limitati) għal dik ir-regola (bħall-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB). Min-naħa l-oħra, ma jidhrux li huma rilevanti għall-kundizzjonijiet li fihom pajjiż terz jista’ jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini “sigur” għall-finijiet tad-Direttiva 2013/32 ( 61 ). |
|
85. |
Għal dawn ir-raġunijiet, u bi qbil mal-intervenjenti kollha f’din il-kawża, jiena tal-fehma li l-Protokoll Nru 24 ma għandu l-ebda impatt fuq il-konklużjoni preċedenti tiegħi fil-punt 74 iktar ’il fuq, fir-rigward tal-konsegwenzi ta’ Stat terz li jinvoka l-Artikolu 15 KEDB għall-kapaċità tiegħu li jkompli jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini sigur. Il-konklużjoni ġenerali tiegħi dwar l-ewwel domanda hija għalhekk li l-fatt uniku li pajjiż terz, indikat bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, invoka l-Artikolu 15 KEDB ma jipprekludix awtomatikament il-kontinwità tal-indikazzjoni tiegħu fis-sens tal-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2013/32, flimkien mal-Anness I ta’ dik id-direttiva. Madankollu, tali invokazzjoni għandha tiġi kkunsidrata mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġi deċiż jekk l-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur tistax tinżamm, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-portata tal-miżuri derogatorji kif iddefiniti fil-avviż sottomess taħt l-Artikolu 15 KEDB, u l-implimentazzjoni tiegħu fil-prattika. |
D. Eċċezzjoni territorjali għall-indikazzjoni ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur
|
86. |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 36 u 37 tad-Direttiva 2013/32 jipprekludux lil Stat Membru milli jindika pajjiż bħala pajjiż ta’ oriġini sigur suġġett għal eċċezzjoni territorjali u jekk, meta s-sitwazzjoni prevalenti f’parti ta’ pajjiż terz tagħmel tali eċċezzjoni għal dik l-indikazzjoni meħtieġa, dan ifissirx li l-pajjiż terz partikolari ma jistax jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini sigur għall-finijiet tad-direttiva inkwistjoni. |
|
87. |
Bħala tfakkira, din il-kwistjoni qiegħda titqajjem minħabba li, meta ġiet adottata d-deċiżjoni ta’ ċaħda, ir-Repubblika Ċeka kienet indikat lill-Moldova bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, bl-eċċezzjoni tat-Transnistrija. ( 62 ) |
|
88. |
Kuntrarjament għall-ewwel domanda preliminari, li fuqha kkonverġew il-pożizzjonijiet tal-partijiet intervenjenti, il-pożizzjonijiet tagħhom rigward it-tieni domanda jvarjaw b’mod sinjifikattiv. Filwaqt li l-Gvern Ċek u l-Gvern Olandiż huma tal-fehma li d-Direttiva 2013/32 ma tipprekludix li l-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur tiġi suġġetta għal eċċezzjoni territorjali, il-Gvern Ġermaniż huwa tal-fehma kuntrarja. Il-Kummissjoni essenzjalment taqbel mal-pożizzjoni tal-Gvern Ġermaniż. Madankollu, hija tqis li l-eċċezzjoni territorjali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tibqa’ possibbli minħabba li l-Moldova ma tistax teżerċita b’mod effettiv l-awtorità tagħha ġewwa t-Transnistrija. |
|
89. |
F’dan l-isfond, ser nispjega li l-kunsiderazzjoni tat-test tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2013/32 (a), tal-kuntest leġiżlattiv tagħhom (b) kif ukoll tal-intenzjoni leġiżlattiva li tagħti d-Direttiva 2013/32 twassal sabiex tippermetti li l-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur issir biss fuq bażi territorjali sħiħa (c). Ser nispjega wkoll li din il-konklużjoni hija ugwalment valida meta tkun saret eċċezzjoni territorjali minħabba l-fatt li l-Istat terz inkwistjoni ma jkunx jista’ jeżerċita awtorità f’parti mit-territorju tiegħu (d). |
1. It-test
|
90. |
Infakkar li l-Anness I għad-Direttiva 2013/32 jipprovdi li “pajjiż ikun kunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini sigur fejn, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista’ jiġi muri li ġeneralment u konsistentement ma hemmx persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/95/UE, ebda tortura jew trattament jew punizzjoni inumani jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat internazzjonali jew intern”. |
|
91. |
Naħseb li żewġ elementi ta’ din id-definizzjoni huma partikolarment indikattivi. L-ewwel, huwa r-rekwiżit tas-sigurtà tal-pajjiż li għandu jiġi stabbilit b’mod ġenerali (1) u t-tieni, il-fatt li l-leġiżlatur għażel li jiddefinixxi l-kunċett inkwistjoni b’referenza għal pajjiż u għal pajjiż biss (2). Ser niżviluppa dawn iż-żewġ punti wara xulxin. |
a) Ir-rekwiżit tas-sigurtà li tiġi stabbilita b’mod ġenerali
|
92. |
Jiena ninnota li d-definizzjoni tal-kunċett inkwistjoni tirreferi għal pajjiż fejn ġeneralment (u b’mod konsistenti) ebda wieħed mir-riskji speċifikati fih ma jkun preżenti. |
|
93. |
L-użu tal-avverbju “ġeneralment” fil-kuntest ta’ att leġiżlattiv li, fl-ordni ġuridiku tal-Unjoni, jispjega d-dritt għall-ażil fil-fehma tiegħi jindika li din il-kundizzjoni għandha tiġi ssodisfatta fil-pajjiż ikkunsidrat fil-firxa territorjali totali tiegħu u mhux biss f’parti minnu (inkluż fil-maġġor parti tiegħu). |
|
94. |
Mill-bidu, nixtieq niċħad l-argument li meta r-riskji rilevanti jkunu limitati għal parti mit-territorju nazzjonali, dan ma jipprekludix li l-pajjiż inkwistjoni jiġi kkunsidrat bħala ġeneralment sigur minħabba li l-membri tal-popolazzjoni affettwati jistgħu jkunu jistgħu refuġju fil-parti sigur tal-pajjiż. |
|
95. |
Fil-fatt, il-fatt dwar jekk jistax jinstab refuġju effettivament f’parti oħra tal-pajjiż għandu jiġi ddeterminat fil-kuntest tal-eżami tal-mertu, permezz tal-kunċett ta’ “protezzjoni interna” irregolat mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/95 ( 63 ), kif spjegat korrettament il-Kummissjoni fis-seduta. Dan l-eżami għandu jkun individwali u r-riżultat tiegħu dejjem ikun jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-applikant partikolari. Għaldaqstant, il-possibbiltà li teżisti “protezzjoni alternattiva interna” ma tistax tinforma deċiżjoni differenti jekk, b’mod ġenerali, is-sigurtà tistax tiġi preżunta li teżisti fil-pajjiż partikolari li jista’ jiġġustifika biss l-applikazzjoni tal-konsegwenzi legali serji assoċjati mal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur kif deskritt fil-punti 48 sa 52 iktar ’il fuq. ( 64 ) |
|
96. |
Minn dawk il-konsegwenzi jirriżulta li l-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur huwa qabel kollox għodda ta’ effikaċja proċedurali li tippermetti li l-applikazzjonijiet kollha mill-pajjiż terz partikolari jgħaddu minn proċedura mħaffa, ibbażata fuq il-preżunzjoni tas-sigurtà prevalenti fil-pajjiż tal-oriġini tal-applikanti. |
|
97. |
Għalkemm dan il-mod ta’ proċedura jista’ jkun iġġustifikat fir-rigward ta’ pajjiżi fejn ma jeżisti l-ebda dubju dwar is-sitwazzjoni ġenerali, kif essenzjalment tosserva l-qorti tar-rinviju, u bil-kundizzjoni li jeżistu garanziji xierqa ( 65 ), dan ikun għall-kuntrarju eskluż meta s-sitwazzjoni ġenerali prevalenti f’parti ta’ pajjiż terz partikolari twassal għall-opinjoni kuntrarja, anki jekk in-nuqqas ta’ sigurtà jkun limitat għal reġjun speċifiku. |
|
98. |
Fil-fatt, l-adozzjoni ta’ pożizzjoni kuntrarja tkun tfisser li l-metodu espedjenti ta’ eżami inkwistjoni xorta jista’ japplika għall-applikazzjonijiet kollha minn tali pajjiż minkejja l-fatt li parti mill-popolazzjoni tiegħu hija esposta, ovvjament, għar-riskji msemmija hawn fuq, li mbagħad iġib miegħu riskju ikbar ta’ ksur tad-dritt għall-ażil u, bl-istess mod, tal-prinċipju ta’ non-refoulement li t-tnejn huma, fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, issalvagwardjati bħala drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 18 u 19(2) tal-Karta ( 66 ). |
|
99. |
Huwa minnu li l-gvern Ċek spjega waqt is-seduta li l-eċċezzjoni territorjali inkwistjoni fil-proċeduri ewlenin ġiet introdotta preċiżament sabiex tindirizza dik il-kwistjoni u sabiex tipprovdi, għalhekk, protezzjoni msaħħa lill-applikanti mit-Transnistrija. |
|
100. |
Ninnota li għalkemm dan l-approċċ tabilħaqq jindirizza s-sitwazzjoni tal-popolazzjoni li tgħix fiż-żona affettwata, ma jistax jeskludi l-fatt li jirriżulta fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur għal parti (maġġuri) tal-popolazzjoni minkejja l-konklużjoni li l-pajjiż tal-oriġini tagħhom ma jistax jitqies bħala sigur fil-firxa territorjali sħiħa tiegħu (li mingħajrha l-eċċezzjoni territorjali ma kinitx titqies bħala meħtieġa fl-ewwel lok). |
|
101. |
Jiena nqis li dan ir-riżultat huwa problematiku minħabba li lil hinn mid-diffikultà li jista’ jkun hemm sabiex jiġi ddeterminat liema parti tat-territorju nazzjonali hija l-parti minn fejn jiġi applikant partikolari, miniex ċert jekk iċ-ċertezza tistax dejjem tinkiseb (u tinżamm) faċilment dwar fejn tinsab eżattament il-“fruntiera” interna bejn partijiet siguri u mhux siguri tal-pajjiż inkwistjoni, peress li, barra minn hekk, minħabba s-sitwazzjoni prekarja fir-reġjun partikolari, dik il-linja tista’ tkun, mid-definizzjoni, instabbli. Jien nosserva li l-UNHCR ripetutament esprima wkoll il-fehma li l-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur għandu jiġi applikat biss għal pajjiżi kkunsidrati b’mod sħiħ ( 67 ). |
|
102. |
Indipendentement mill-kunsiderazzjoni preċedenti, l-għażla li tikkonsisti fil-qsim ta’ pajjiż f’żewġ partijiet sabiex tinżamm is-sistema ta’ eżami spedjenti għal parti mill-applikanti mill-pajjiż terz partikolari tfisser, barra minn hekk, li l-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur huwa mifhum b’mod differenti minn dak li fih it-terminu “pajjiż” jinftiehem kemm fil-lingwaġġ ta’ kuljum kif ukoll, għal dak li huwa rilevanti hawnhekk, fil-kuntest speċifiku tal-ażil. Jien ser nispjega iktar ’il quddiem li fin-nuqqas ta’ ebda indikazzjoni kuntrarja, id-definizzjoni mogħtija mil-leġiżlatur tal-Unjoni tal-kunċett inkwistjoni tirreferi għal dik it-tifsira u għal dik it-tifsira biss. |
b) L-għażla li jiġi ddefinit il-kunċett inkwistjoni b’referenza għal pajjiż, u għal pajjiż biss
|
103. |
Kif diġà osservajt, id-Direttiva 2013/32 tifforma parti mis-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (iktar ’il quddiem is-“SEKA”) li l-komponenti differenti tagħha jesprimu d-dritt għall-ażil. Dawn il-komponenti tas-SEKA jintegraw kunsiderazzjonijiet relatati mar-riskji li l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jkunu esposti għalihom u li huma tipikament evalwati b’referenza għal sitwazzjonijiet prevalenti fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom, mhux b’referenza għal żoni territorjali ddefiniti b’mod differenti. Dan l-approċċ huwa rifless f’diversi kunċetti li s-SEKA hija bbażata fuqhom, l-ewwel nett mid-definizzjoni ta’ refuġjat ( 68 ) jew il-prinċipju ewlieni ta’ non-refoulement ( 69 ). |
|
104. |
Fil-fatt, ma hemm xejn sorprendenti minħabba li, fi ħdan l-ordinament ġuridiku internazzjonali, ir-responsabbiltà primarja tal-protezzjoni tal-popolazzjoni taqa’ fuq l-Istati. Peress li l-Istati huma, għalhekk, il-garanti primarji tas-sigurtà, huwa biss naturali li att leġiżlattiv li jistabbilixxi għodda proċedurali speċifika sabiex jiġi eżaminat jekk jeżistix dritt għall-protezzjoni internazzjonali (bħall-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur inkwistjoni hawnhekk) juża dik ir-referenza preċiża ta’ sikurezza. |
|
105. |
Bla ħsara għall-osservazzjoni tiegħi iktar ’il fuq dwar id-diffikultajiet li jistgħu jqumu mid-deċiżjoni dwar jekk it-trattament ta’ popolazzjoni ta’ pajjiż terz partikolari huwiex differenti fil-kuntest tal-ażil, iċ-ċentralità tal-kunċett ta’ pajjiż fil-qasam tal-ażil fil-fehma tiegħi tfisser li meta tittieħed id-deċiżjoni mil-leġiżlatur li jidderoga minn din ir-referenza prinċipali, dan jeħtieġ konferma espliċita u, barra minn hekk, spjegazzjoni dwar dak li timplika eżatt tali deċiżjoni. |
|
106. |
Dan jintwera sew mill-kunċett ta’ alternattiva ta’ protezzjoni interna msemmi iktar ’il fuq fil-punt 95 u f’dan il-kuntest, is-sinjifikat ta’ din l-osservazzjoni jintwera saħansitra aħjar fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rispettivi tad-Direttiva 2005/85, il-predeċessur tad-Direttiva 2013/32, kif essenzjalment jissuġġerixxi wkoll il-Gvern Ġermaniż. |
|
107. |
Infakkar li l-Anness II għal din id-direttiva ddefinixxa l-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur bl-istess mod kif jagħmel illum l-Anness I tad-Direttiva 2013/32. B’kuntrast ma’ din id-direttiva, madankollu, id-Direttiva 2005/85 pprovdiet, barra minn hekk, żewġ kategoriji differenti ta’ indikazzjonijiet parzjali. |
|
108. |
L-ewwel, l-Artikolu 30(1) tagħha għamilha ċara li l-Istati Membri setgħu jipproċedu għall-indikazzjoni ta’ parti minn pajjiż bħala sigur meta l-kundizzjonijiet applikabbli kienu ssodisfatti biss fir-rigward ta’ dik il-parti. Din l-għażla implikat l-użu tal-kundizzjonijiet ta’ indikazzjoni komuni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2005/85 (li għal darba oħra kienu l-istess bħal dawk applikabbli bħalissa taħt l-Anness I tad-Direttiva 2013/32) ( 70 ). It-tieni, l-Artikolu 30(3) kien fih klawżola ta’ standstill li kkonfermat il-possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu leġiżlazzjoni nazzjonali pre-eżistenti li tippermetti l-indikazzjoni ta’ parti minn pajjiż bħala sigur, jew l-indikazzjoni ta’ pajjiż jew parti minn pajjiż bħala sigur għal grupp ta’ persuni speċifikati ( 71 ). Dik l-għażla implikat l-użu tal-kundizzjonijiet ta’ indikazzjoni nazzjonali li jistgħu jkunu differenti minn dawk stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2005/85. |
|
109. |
Filwaqt li dan juri li fil-passat il-leġiżlatur tal-Unjoni fehem il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur lil hinn mit-tifsira abitwali li normalment wieħed jagħti lit-terminu “pajjiż”, juri wkoll li t-tbegħid minn tali tifsira evidenti u komuni jeħtieġ dikjarazzjoni espliċita u kjarifika simultanja dwar liema hija l-portata eżatta tiegħu: jekk il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur jistax jirreferi wkoll għal parti mit-territorju nazzjonali, jew għal parti mill-popolazzjoni li tgħix fit-territorju nazzjonali kollu, jew saħansitra għal parti mill-popolazzjoni li tgħix f’parti mit-territorju nazzjonali, li kollha kienu l-għażliet mogħtija taħt id-Direttiva 2005/85 kif għadu kif ġie deskritt. |
|
110. |
L-ebda element ta’ din is-sistema pjuttost kumplessa ma nżamm fid-Direttiva 2013/32. Filwaqt li ser nirreferi għall-implikazzjonijiet tat-tneħħija tagħha f’iktar dettall iktar ’il quddiem, ninnota li b’kuntrast mas-sitwazzjoni preċedenti, ma hemm xejn fit-test tad-Direttiva 2013/32 li jindika li l-leġiżlatur xtaq jitbiegħed mit-tifsira normali tat-terminu “pajjiż”, li fiha dan it-terminu jinftiehem ukoll b’mod komuni fil-kuntest speċifiku tal-ażil. Fid-dawl ta’ dan, jiena tal-fehma li l-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur ma jistax jinftiehem bħala li jirreferi għal xi ħaġa inqas jew iktar minn pajjiż, kemm jekk għal żona ġewwa pajjiż jew reġjun magħmul minn diversi pajjiżi. |
|
111. |
Hawn taħt, ser nispjega li din il-konklużjoni hija sostnuta b’mod ulterjuri mill-eżaminazzjoni tas-sistema legali speċifika li jagħti lok għaliha l-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur, meta mqabbel mal-kuntest ikbar tal-istandards proċedurali komuni stabbiliti fid-Direttiva 2013/32. |
2. Il-kuntest
|
112. |
Kif ġie spjegat fil-parti preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali mressqa minn applikanti minn pajjiżi ta’ oriġini sigur għandhom jiġu eżaminati fuq il-merti tagħhom. Madankollu, meta jitqiesu fir-rigward tal-iskema iktar wiesgħa tal-istandards proċedurali komuni stabbiliti fid-Direttiva 2013/32, ir-regoli li jirregolaw din l-eżaminazzjoni jvarjaw bi tliet modi importanti. |
|
113. |
Bħala tfakkira, l-ewwel, il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur jista’ jwassal għall-użu tal-proċedura mħaffa li, mid-definizzjoni, titwettaq fi żmien iqsar meta mqabbla ma’ dawk li japplikaw taħt ir-regola prinċipali, fi ħdan il-proċedura ordinarja. Għalkemm dan ċertament għandu l-vantaġġ ta’ determinazzjoni iktar rapida tas-sitwazzjoni ġuridika tal-applikanti, huwa jinvolvi wkoll l-inkonvenjent li dawn l-applikanti jkollhom inqas ħin sabiex jiddefendu lilhom infushom ( 72 ). |
|
114. |
It-tieni, meta l-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jirriżulta fiċ-ċaħda tagħha, l-applikanti “ordinarji” ikollhom id-dritt li jibqgħu fit-territorju nazzjonali sakemm jingħata r-riżultat tal-appell tagħhom, meta dan l-appell jiġi ppreżentat. Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux dan id-dritt lil applikanti minn pajjiżi ta’ oriġini sigur, u tali dritt jista’ jirriżulta biss mill-effetti sospensivi li jkunu qed jingħataw lill-appell ( 73 ). |
|
115. |
It-tielet, sabiex jevitaw iż-żewġ inkonvenjenzi deskritti iktar ’il fuq, l-applikanti mill-pajjiż ta’ oriġini sigur għandhom jipprevjenu l-użu tal-kunċett inkwistjoni fil-każ tagħhom fl-ewwel lok, billi jirribattu l-preżunzjoni ta’ nuqqas ta’ periklu tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u billi juru li dan il-pajjiż ma jistax jitqies bħala sigur fiċ-ċirkustanzi partikolari tagħhom ( 74 ). Min-naħa l-oħra, tali preżunzjoni ma taffettwax il-proċedura ta’ eżami li tikkonċerna lill-applikanti “ordinarji”. |
|
116. |
It-tliet elementi deskritti iktar ’il fuq għalhekk jikkostitwixxu devjazzjoni sinjifikattiva mir-regoli ordinarji li jirregolaw l-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u jpoġġu lill-applikanti minn tali pajjiżi f’pożizzjoni legali ta’ żvantaġġ, meta mqabbla mar-regoli ġenerali li japplikaw għall-applikanti ordinarji. Fil-fatt, meta applikant jiġi minn pajjiż ta’ oriġini sigur, mhux biss il-proċedura li tirregola l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu tkun iktar mħaffa, iżda dak l-applikant jiġi affettwat ukoll b’mod sinjifikattiv fil-mod kif jista’ jitlob id-dritt għall-ażil. Għalkemm naqbel mal-Kummissjoni li l-kunċett inkwistjoni ma jaffettwax l-obbligu li jiġu eżaminati l-bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tal-applikant, kif diġà osservajt, jibqa’ l-fatt li l-eżaminazzjoni individwali tinvolvi n-neċessità għall-applikant li jikkonfuta l-preżunzjoni ta’ sigurtà, kif jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2013/32. |
|
117. |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-kunċett li jwassal għall-applikazzjoni tad-derogi sinjifikattivi msemmija hawn fuq għandu jiġi interpretat b’mod strett u ma jistax jestendi lil hinn mis-sitwazzjonijiet li għalihom ġie mfassal mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Fil-fehma tiegħi, dan jipprekludi l-estensjoni tiegħu għal pajjiżi terzi fejn il-konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli ma tkunx ġiet stabbilita li teżisti fit-territorju kollu tagħhom. |
|
118. |
Din il-konstatazzjoni hija finalment sostnuta mill-intenzjoni leġiżlattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2013/32 attwali u li ser nindirizza issa. |
3. L-intenzjoni leġiżlattiva tad-Direttiva 2013/32
|
119. |
Kif diġà semmejt, meta ġiet adottata d-Direttiva 2013/32, id-definizzjoni tal-kunċett inkwistjoni baqgħet l-istess bħad-definizzjoni mogħtija fid-Direttiva 2005/85, iżda żewġ dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu żewġ kategoriji differenti ta’ indikazzjonijiet parzjali (diskussi fil-punti 107 sa 109 iktar ’il fuq) tneħħew. |
|
120. |
Meta pproponiet din il-bidla, il-Kummissjoni spjegat li din it-tneħħija kienet tfisser li “r-rekwiżiti materjali għall-indikazzjoni nazzjonali [bħala pajjiż ta’ oriġini sigur] għandhom għalhekk jiġu ssodisfatti fir-rigward tat-territorju kollu ta’ pajjiż.” ( 75 ) |
|
121. |
Fid-dawl ta’ din id-dikjarazzjoni, kuntrarjament għall-Gvern Olandiż, ma nara xejn ambigwu dwar dak li ppruvat tikseb il-Kummissjoni. |
|
122. |
Dan premess, ħafna diskussjonijiet matul is-seduta kkonċernaw in-nuqqas ta’ kwalunkwe spjegazzjoni ta’ din il-bidla fit-test adottat. Fil-fatt, il-Gvern Ċek u l-Gvern Olandiż sostnew li dan is-silenzju ma jistax jiġi interpretat bħala li jimplika li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jassoċja din it-tneħħija mal-istess konsegwenza bħal dik issuġġerita mill-Kummissjoni. Pjuttost, it-tneħħija tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni f’dawn iċ-ċirkustanzi fissret li l-kwistjoni tħalliet għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri. |
|
123. |
Miniex konvint minn din il-pożizzjoni. |
|
124. |
L-ewwel, u kuntrarjament għal dawk l-intervenjenti, ma naħsibx li n-nuqqas ta’ premessa li tispjega l-impatt ta’ din il-bidla preċiża huwa sorprendenti. Fil-fatt, din il-bidla ma kinitx tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ regola ġdida jew eċċezzjoni ġdida għal regola eżistenti iżda fit-tneħħija ta’ deroga ( 76 ). Kif spjegajt iktar ’il fuq, l-effett ta’ din id-deroga kien li jiġi estiż il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur għal parti minn pajjiż jew għal parti mill-popolazzjoni jew għal parti mill-popolazzjoni f’parti ta’ pajjiż. Meta din id-deroga tneħħiet, id-definizzjoni tal-kunċett inkwistjoni sempliċement ġiet lura għas-sens naturali tat-terminu li fih huwa wkoll mifhum komunement fil-qasam tal-ażil. Dan, fih innifsu, ma jeħtieġ l-ebda spjegazzjoni partikolari, u huwa forsi għaliex il-Kummissjoni ma pprovdietx waħda, inkluż fl-abbozz tal-premessi tal-proposta inizjali. |
|
125. |
It-tieni, naħseb li huwa rilevanti li jitqabblu l-punti ta’ “dħul” u ta’ “ħruġ” tal-proċess leġiżlattiv kollu. Dan il-paragun juri li l-bidla (tneħħija) leġiżlattiva ta’ hawn fuq ġiet adottata kif inizjalment proposta li jagħmilha raġonevoli li wieħed jassumi li din il-bidla ma wasslet għall-ebda tħassib, inkluża l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riżultat li għandu jinkiseb. |
|
126. |
It-tielet, ninnota li fid-dokumenti li akkumpanjaw il-proposta inizjali l-Kummissjoni rreferiet għall-għan “li jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-kunċett [ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur] tkun suġġetta għall-istess kundizzjonijiet fl-Istati Membri kollha koperti minn id-Direttiva” ( 77 ) u għan-neċessità “li titnaqqas l-ambigwità ta’ [dawk li kienu] l-istandards” ( 78 ). Jiena nħoss li huwa rilevanti li dan l-għan ġie espress fil-kuntest tat-tħejjija ta’ att li fih il-leġiżlatur tal-Unjoni kkonferma mill-ġdid ir-rieda tiegħu li jimxi lejn l-istabbiliment tal-proċedura komuni ta’ ażil permezz ta’ stadju ġdid ta’ armonizzazzjoni ( 79 ). |
|
127. |
Fir-rigward ta’ dan l-aħħar aspett, u għal dak li jikkonċerna l-kunċett inkwistjoni, huwa minnu li d-Direttiva 2013/32 abbandunat ukoll l-idea ta’ lista minima komuni ta’ pajjiżi ta’ oriġini sigur (li qatt ma kienet adottata taħt id-direttiva preċedenti) ( 80 ). Madankollu, hija neħħiet ukoll il-klawżola standstill li tippreżerva l-possibbiltà mogħtija preċedentement lill-Istati Membri li jissuġġettaw l-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur għal standards nazzjonali li kienu differenti mid-definizzjoni komuni stabbilita fl-Anness II tad-Direttiva 2005/85 ( 81 ). Dan kien ifisser li taħt is-sistema tad-Direttiva 2013/32, l-indikazzjonijiet nazzjonali kollha għandhom jikkonformaw mad-definizzjoni komuni tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-direttiva. |
|
128. |
Meta titqies f’dak id-dawl u fid-dawl tal-intenzjoni leġiżlattiva fit-tul imsemmija hawn fuq sabiex tersaq lejn proċedura komuni ta’ ażil, huwa raġonevoli li t-tneħħija tad-derogi msemmija hawn fuq tiġi interpretata bħala pass maħsub lejn uniformità ikbar tal-istandards proċedurali. Fil-fatt, u għalkemm is-sitwazzjoni legali attwali ma teliminax ir-riskju li l-applikanti mill-istess pajjiż terz ikunu suġġetti għal trattament differenti fi Stati Membri differenti ( 82 ), l-impossibbiltà li jsiru eċċezzjonijiet territorjali tnaqqas dan ir-riskju b’mod ċar. |
|
129. |
Barra minn hekk, l-adozzjoni tal-interpretazzjoni ssuġġerita mill-Gvern Ċek u l-Gvern Olandiż tkun tfisser li minkejja t-tneħħija tad-deroga espliċita u pjuttost elaborata għal regola prinċipali preeżistenti, l-istess regola prinċipali tibqa’ suġġetta għall-istess eċċezzjonijiet (u/jew possibbilment oħrajn) ( 83 ). |
|
130. |
Jiena nqis li dan ir-riżultat interpretattiv huwa sempliċement wisq enigmatiku sabiex jikkonvinċini. Fil-fatt, ma huwiex ċar għalija għalfejn il-leġiżlatur tal-Unjoni kien iħassar id-deroga inkwistjoni, kieku l-intenzjoni tiegħu kienet fil-fatt li jżommha. Kieku dak kien tassew ir-riżultat maħsub, tali intenzjoni - iktar milli l-intenzjoni deskritta hawn fuq - kienet tkun teħtieġ spjegazzjoni li tiċċara għaliex it-tneħħija ta’ sistema derogatorja tfisser li dik is-sistema fil-fatt tinżamm u taħt liema modalitajiet preċiżi. |
|
131. |
Finalment, din il-konklużjoni ma hijiex affettwata mill-Artikolu 36(2) tad-Direttiva 2013/32, imsemmi mir-Repubblika Ċeka, skont liema “[l]-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali regoli u modalitajiet ulterjuri għall-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu.” Kif jindikaw il-kliem u l-istruttura ta’ din id-dispożizzjoni, dik l-għażla tirreferi għal regoli u modalitajiet “ulterjuri” għal dawk iddikjarati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 36, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom pajjiż jista’ jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini sigur fir-rigward ta’ applikant partikolari ( 84 ). B’kuntrast ma’ dan, dan il-punt ma jirrigwardax id-definizzjoni tal-kunċett li, kif jirrikonoxxi l-Gvern Ċek, għandha tiġi osservata l-ewwel. Din id-definizzjoni (li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32), madankollu, ma fiha ebda lingwaġġ simili li jindika li l-Istat Membru jista’ jżid mal-kundizzjonijiet stabbiliti fiha. |
|
132. |
F’dan id-dawl, jiena tal-fehma li meta l-leġiżlatur tal-Unjoni ddeċieda li jneħħi s-sistema preċedenti, pjuttost kumplessa li tippermetti żewġ kategoriji distinti ta’ indikazzjonijiet parzjali mfassla b’mod differenti, filwaqt li tinżamm l-istess regola prinċipali li tiddefinixxi l-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur, din il-bidla tista’ tiġi interpretata biss fis-sens li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jarmonizza s-sistema legali applikabbli għall-indikazzjonijiet nazzjonali bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur billi jippermetti li tali indikazzjonijiet isiru fuq bażi territorjali sħiħa biss. |
|
133. |
Għalkemm din l-osservazzjoni tikkonferma l-elementi preċedenti tal-analiżi tiegħi, xorta fadalli neżamina jekk din il-konklużjoni ġenerali hijiex affettwata mis-suġġeriment magħmul mill-Kummissjoni li l-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur tista’ xorta tkun suġġetta għal eċċezzjoni territorjali, fejn pajjiż terz ma jkunx jista’ jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq parti mit-territorju tiegħu. |
4. Il-kunċett ta’ kontroll effettiv (u ta’ awtorità effettiva)
|
134. |
Kif diġà ġie osservat, ir-raġuni għaliex it-Transnistrija ġiet eskluża mill-indikazzjoni tal-Moldova bħala pajjiż ta’ oriġini sigur kienet minħabba li ġie meqjus li l-Moldova ma teżerċitax “kontroll effettiv” fuq dan ir-reġjun. |
|
135. |
Il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq dan il-fatt sabiex issostni li għalkemm id-Direttiva 2013/32 ma tippermettix, fil-fehma tagħha, eċċezzjonijiet territorjali (u indikazzjonijiet ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur li jkunu jeħtieġu li jsiru tali eċċezzjonijiet), l-inkapaċità tal-Moldova li teżerċita awtorità fit-Transnistrija tikkostitwixxi raġuni valida għal tali eċċezzjoni, liema xenarju sempliċement tħalla barra mil-leġiżlatur tal-Unjoni ( 85 ). |
|
136. |
L-ewwel nett, kuntrarjament għall-Kummissjoni, ma narax kif il-kwistjoni ta’ kontroll effettiv tista’ taffettwa r-riżultat tal-analiżi iktar ’il fuq. |
|
137. |
Fil-fatt, il-kunċett ta’ kontroll effettiv huwa kunċett ta’ dritt internazzjonali li l-għan tiegħu huwa, bħala prinċipju, li jiddetermina jekk ir-responsabbiltà internazzjonali għal att internazzjonalment illegali tistax tiġi attribwita lil Stat f’kuntest extraterritorjali (li mbagħad jista’ jwassal sabiex ir-responsabbiltà tal-Istat territorjali tkun limitata skont dan) ( 86 ). Is-sistema legali li tirriżulta tidher pjuttost kumplessa iżda din il-kumplessità ma hemmx għalfejn tiġi indirizzata hawnhekk ( 87 ). |
|
138. |
Dan għaliex il-kawża preżenti ma hijiex (u ma tistax tkun) dwar l-għoti ta’ responsabbiltà internazzjonali għal att illegali iżda ddwar jekk id-dritt tal-Unjoni jippermettix li indikazzjoni ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur ikun suġġett għal eċċezzjoni territorjali. |
|
139. |
Din il-kwistjoni għandha tiġi ddeterminata b’kunsiderazzjoni għar-regoli speċifiċi li l-leġiżlatur tal-Unjoni implimenta bl-adozzjoni tad-Direttiva 2013/32. Jien spjegajt iktar ’il fuq ir-raġunijiet li wasslu għall-konklużjoni li tali għażla ma teżistix taħt ir-regoli fis-seħħ attwalment. Fid-dawl ta’ dan, ir-raġuni eżatta li wasslet lil Stat Membru jikkonkludi li din is-sitwazzjoni prevalenti f’pajjiż terz tagħmel eċċezzjoni territorjali għall-indikazzjoni ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur neċessarja, hija irrilevanti. |
|
140. |
It-tieni nett, miniex konvint bl-argument dwar l-ommissjoni tal-leġiżlatur. Fil-fatt, l-argument dwar il-kontroll effettiv jidher li jirreferi għall-ġurisprudenza tal-KEDB fejn din tal-aħħar illimitat r-responsabbiltà tal-Moldova għall-ksur tal-KEBD fit-Transnistrija peress li dan il-pajjiż “ma jeżerċitax awtorità” fuq dan ir-reġjun, li fil-qosor, il-KEDB repetutament ikkunsidrat li kien taħt “kontroll effettiv” tar-Russja ( 88 ). |
|
141. |
Jiena ninnota li l-ewwel element ta’ din il-ġurisprudenza jmur lura għall‑2004, filwaqt li l-proposta li wasslet għall-adozzjoni tad-direttiva attwali ġiet ippubblikata fl‑2009, u d-direttiva nnifisha kienet ġiet adottata fl‑2013. Is-sitwazzjoni inkwistjoni kienet għalhekk ċertament mhux magħrufa. |
|
142. |
Barra minn hekk, din it-tip ta’ sitwazzjoni ċertament ma hijiex iżolata, kif essenzjalment osserva l-Gvern Ċek waqt is-seduta. Fil-fatt, b’mod simili għall-każ inkwistjoni, il-Gvern Olandiż spjega matul is-seduta li l-Pajjiżi l-Baxxi indikaw lill-Ġeorġja bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu bl-eċċezzjoni tal-Abkażja u l-Ossezja tan-Nofsinhar, abbażi tan-nuqqas ta’ eżerċizzju effettiv tal-awtorità mill-Istat territorjali fi ħdan dawk ir-reġjuni ( 89 ). |
|
143. |
Għalhekk, u għalkemm ma nistax neskludi li raġunijiet oħra setgħu wasslu fil-passat lill-Istati Membri sabiex jipproċedu għal eċċezzjoni territorjali speċifika ( 90 ), jidhirli li xi forma ta’ impossibbiltà prattika li tiġi eżerċitata awtorità fuq reġjun ser tikkostitwixxi waħda tipika, jekk mhux prevalenti. Konsegwentement, nikkunsidra li meta l-leġiżlatur tal-Unjoni neħħa l-bażi għall-indikazzjonijiet parzjali kif spjegat iktar ’il fuq, huwa diffiċli li wieħed jikkonċepixxi li seta’ injora l-fatt li xi wħud mill-Istati terzi jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet ta’ dan it-tip. |
|
144. |
Minn dan isegwi li l-fatt li pajjiż terz ma jistax jeżerċita l-awtorità tiegħu f’parti mit-territorju nazzjonali tiegħu ma jaffettwax il-konklużjoni li wasalt għaliha qabel, kif espost fil-punt 132 iktar ’il fuq, fis-sens li d-Direttiva 2013/32 tippermetti li l-indikazzjonijiet bħala pajjiż ta’ oriġini sigur isiru biss fuq bażi territorjali sħiħa, fejn il-kundizzjonijiet applikabbli jkunu sodisfatti fil-pajjiż terz rispettiv meqjus fil-firxa territorjali sħiħa tiegħu. |
E. Inkompatibbiltà tal-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur mad-Direttiva 2013/32 u l-istħarriġ ġudizzjarju ex officio
|
145. |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, jeħtieġx li tiġi eżaminata, ex officio, l-inkompatibbiltà tal-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mad-Direttiva 2013/32, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li teżisti tali inkompatibbiltà bis-saħħa tar-risposta għall-ewwel jew għat-tieni domanda. |
|
146. |
Minn dan isegwi li l-ħtieġa ta’ risposta għat-tielet domanda tiddependi fuq ir-risposti mogħtija għall-ewwel żewġ domandi preliminari. Fid-dawl tar-risposta li ssuġġerejt għat-tieni domanda, tali ħtieġa ġiet stabbilita ( 91 ). |
|
147. |
F’dan ir-rigward, nibda billi ninnota li l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, li tirreferi primarjament għalih it-tielet domanda, jikkostitwixxi garanzija speċifika li l-leġiżlatur tal-Unjoni pprovda fil-qasam tad-dritt għall-ażil sabiex jipproteġi d-dritt tal-applikant għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv. Dan jeħtieġ “rimedju effettiv [quddiem qorti li tipprovdi] eżami sħiħ u ex nunc ta’ kemm il-fatti kif ukoll il-punti tal-liġi, inkluż fejn applikabbli eżami tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE, ta’ mill-inqas fi proċeduri ta’ appell quddiem qorti jew tribunal ta’ prima istanza”. |
|
148. |
Peress li din id-dispożizzjoni tarmonizza l-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju li għandu jiġi pprovdut fil-qasam tad-dritt għall-ażil tal-Unjoni, jiena tal-fehma, bi qbil mal-qorti tar-rinviju, li r-risposta għat-tielet domanda għandha tiġi interpretata, l-ewwel u qabel kollox, fid-dawl ta’ dik l-espressjoni preċiża tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Madankollu, kieku ġie stabbilit li l-kwistjoni tal-obbligu ġudizzjarju li jsir stħarriġ ex officio tas-suġġett inkwistjoni hawnhekk kienet taqa’ barra mill-portata tal-istandard armonizzat, allura l-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività (li rreferew għalihom xi wħud mill-intervenjenti) isiru awtomatikament rilevanti ( 92 ). |
|
149. |
Ser nipproċedi f’dan ir-rigward u nibda billi nidentifika l-kwistjoni preċiża li l-qorti tar-rinviju tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja teżamina fid-dawl, b’mod partikolari, tal-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 (sezzjoni 1). Fuq il-bażi ta’ dawn il-kjarifiki, imbagħad ser nispjega li l-kunsiderazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni twassal għall-konklużjoni li t-tielet domanda preliminari għandha tingħata risposta fl-affermattiv (sezzjoni 2). Fuq bażi sussidjarja, imbagħad ser nindirizza dik id-domanda permezz tal-priżma tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività (sezzjoni 3). |
1. Il-kwistjoni preċiża mqajma
|
150. |
Nixtieq infakkar li l-applikazzjoni ta’ CV ġiet miċħuda fuq il-merti tagħha bħala manifestament infondata (fis-sens tal-Artikolu 32(2) tad-Direttiva 2013/32) u li din id-deċiżjoni ġiet adottata taħt proċedura mħaffa (fis-sens tal-Artikolu 31(8) tal-istess direttiva), fejn l-applikazzjoni taż-żewġ dispożizzjonijiet kienet konsegwenza tal-istatus tal-Moldova bħala pajjiż ta’ oriġini sigur li CV huwa ċittadin tiegħu. |
|
151. |
Il-Kummissjoni essenzjalment tqis li tali sitwazzjoni proċedurali tippreżupponi l-adozzjoni, l-ewwel, ta’ deċiżjoni ta’ applikazzjoni tal-proċedura mħaffa, imbagħad ta’ deċiżjoni fuq il-mertu li biha t-talba għal protezzjoni internazzjonali ġiet ikkunsidrata bħala infondata, u, finalment, deċiżjoni li biha l-istess applikazzjoni tqieset (barra minn hekk) bħala manifestament infondata (li skont il-Kummissjoni, ma jistax iseħħ sakemm u qabel ma l-applikazzjoni partikolari tiġi l-ewwel ikkunsidrata bħala infondata) ( 93 ). |
|
152. |
Billi bbażat ruħha fuq din id-distinzjoni, il-Kummissjoni tistruttura r-risposta tagħha għat-tielet domanda preliminari b’mod varjabbli skont liema mill-aspetti enfasizzati iktar ’il fuq jiġi kkunsidrat. Filwaqt li ser nindirizza d-dettalji ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet bħala parti mill-evalwazzjoni ta’ hawn taħt, jeħtieġ li nagħmel it-tliet kummenti li ġejjin. |
|
153. |
L-ewwel nett, ma hemm xejn fil-proċess li jindika li l-proċedura nazzjonali segwita fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ CV involviet iktar minn deċiżjoni formali waħda. Fil-fatt, u suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju, jidher li la kien hemm deċiżjoni formali li tat bidu għall-proċedura mħaffa, u lanqas deċiżjoni formali separata li permezz tagħha l-applikazzjoni ta’ CV kienet l-ewwel ikkunsidrata bħala infondata qabel ġiet ikkunsidrata manifestament infondata. |
|
154. |
It-tieni nett, u mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li dan l-approċċ jiġi diskuss f’iktar dettall għall-finijiet ta’ din il-kawża ( 94 ), ma jidhirx li ġie argumentat li l-karatterizzazzjoni diretta tal-applikazzjoni ta’ CV bħala manifestament infondata (mingħajr ebda deċiżjoni minn qabel li tiddikjara l-istess applikazzjoni bħala infondata) tipprekludi li d-deċiżjoni negattiva inkwistjoni tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, sa fejn dik id-deċiżjoni tiċħad l-applikazzjoni ta’ CV fuq il-mertu. Fil-fatt, jirriżulta minn din l-aħħar dispożizzjoni, moqrija flimkien mal-Artikolu 46(1) ta’ l-istess direttiva, li d-deċiżjonijiet li bihom applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tiġi miċħuda fuq il-mertu għandhom ikunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju taħt l-Artikolu 46(3) Direttiva 2013/32 ( 95 ). |
|
155. |
It-tielet nett, il-kwistjoni mqajma mill-qorti tar-rinviju ma tirrigwardax, madankollu, il-possibbiltà li CV jikkontesta l-merti tad-deċiżjoni ta’ ċaħda, iżda l-użu tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur li fuqu kienet ibbażata din id-deċiżjoni. Fil-fatt, għalkemm CV jikkontesta d-deċiżjoni ta’ ċaħda fuq il-merti, huwa ma kkontestax l-illegalità sottostanti (jekk ikkonfermata) tal-indikazzjoni tal-Moldova bħala pajjiż ta’ oriġini sigur. |
|
156. |
Kif diġà spjegajt fit-taqsima preċedenti, il-fatt li l-Moldova ġiet indikata bħala pajjiż ta’ oriġini sigur kellu l-konsegwenza li CV ġie suġġett għal skema ta’ eżami speċifika assoċjata ma’ dan il-kunċett, li tikkonsisti, inter alia, fil-fatt li l-evalwazzjoni tal-każ tiegħu kienet suġġetta għall-preżunzjoni li l-pajjiż tiegħu huwa sigur u fl-użu tal-proċedura mħaffa. |
|
157. |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tispjega li jekk mir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel jew it-tieni domandi preliminari jirriżulta li l-indikazzjoni tal-Moldova bħala pajjiż ta’ oriġini sigur kienet inkompatibbli mad-Direttiva 2013/32, id-dritt nazzjonali applikabbli ma għandux jippermetti lil dik il-qorti tqajjem tali kwistjoni ex officio. B’mod iktar speċifiku, hija tispjega li l-istħarriġ ġudizzjarju f’materji amministrattivi huwa limitat, bis-saħħa tal-Artikolu 75(2) tal-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva, għall-punti ta’ dritt imqajma mir-rikorrent. |
|
158. |
Hija żżid madankollu li, b’eċċezzjoni għal din ir-regola, teżisti prattika nazzjonali fi ħdan il-qrati amministrattivi Ċeki li biha l-imħallfin għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni, ex officio, difetti proċedurali li wasslu sabiex l-awtorità amministrattiva toħroġ deċiżjoni li kienet prekluża mill-qafas proċedurali ta’ każ partikolari. Il-qorti tar-rinviju tosserva li din is-soluzzjoni tista’ ipotetikament tapplika għas-sitwazzjoni inkwistjoni peress li, kif nifhem l-argument jien, is-sistema ta’ eżami speċifiku assoċjata mal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur ma kellhiex tiġi applikata, fejn il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha ma ġewx issodisfatti (minħabba l-inkompatibbiltà tal-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur mad-Direttiva 2013/32, jekk ikkonfermata). |
|
159. |
Fl-istess ħin, il-qorti tar-rinviju tispjega wkoll li l-ġurisprudenza nazzjonali ma kkonfermatx li din l-eċċezzjoni tista’ tiġi applikata għall-istħarriġ ġudizzjarju fi kwistjonijiet ta’ ażil u li l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 ma ġiex traspost fl-ordinament ġuridiku nazzjonali. Għalhekk hija tistaqsi, essenzjalment, jekk tistax tikseb is-setgħa li tqajjem l-indikazzjoni illegali ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur (jekk ikkonfermata) ex officio abbażi tal-Artikolu 46(3) (direttament applikabbli) tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta ( 96 ), u jekk dawn id-dispożizzjonijiet fil-fatt jeħtiġux li din il-qorti tipproċedi għal tali stħarriġ. Dan huwa għalhekk il-punt preċiż li għandu jiġi eżaminat hawn taħt. |
2. Il-proposta ewlenija
|
160. |
Jiena ninnota li l-kliem tal-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 (kif imfakkar fil-punt 147 iktar ’il fuq) ġie interpretat b’mod partikolari fis-sentenza Alheto, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat, essenzjalment, li filwaqt li l-espressjoni “ex nunc” teħtieġ li l-qorti nazzjonali tieħu inkunsiderazzjoni, fejn meħtieġ, elementi ġodda li jkunu rriżultaw wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-aġġettiv “sħiħ” jeħtieġ eżami kemm tal-punti li l-awtorità determinanti ħadet inkunsiderazzjoni kif ukoll ta’ dawk li setgħet tieħu inkunsiderazzjoni (iżda ma ħadithomx) ( 97 ). |
|
161. |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-eżaminazzjoni sħiħa u ex nunc ta’ kemm fatti u punti ta’ liġi, inkluż, fejn applikabbli, l-eżaminazzjoni tal-bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tal-applikant tirreferi għal eżaminazzjoni “eżawrjenti u aġġornata” u li dan l-istħarriġ ġudizzjarju ġie pprovdut mil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti deċiżjoni vinkolanti “dwar […] jekk dan l-applikant jissodisfax il-kundizzjonijiet […] sabiex jingħata protezzjoni internazzjonali, fejn dik il-qorti jkollha l-punti kollha meħtieġa ta’ fatt u ta’ liġi għal dak il-għan” ( 98 ). |
|
162. |
Fid-dawl ta’ dawn il-kjarifiki, u meta wieħed iqis il-kuntest li fih jopera l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/13 kif ukoll l-għanijiet segwiti minn din id-direttiva, jiena tal-fehma li l-obbligu li jitwettaq eżami sħiħ, jew kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja, “eżawrjenti” u aġġornat, jimplika fil-prinċipju obbligu min-naħa tal-qorti nazzjonali li tqajjem, ex officio, żball li jikkonsisti fl-eżami tal-applikazzjoni partikolari taħt l-iskema speċifika ta’ eżami assoċjata mal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur, fejn il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħha ma ġewx issodisfatti. |
|
163. |
Sabiex nispjega l-pożizzjoni tiegħi, infakkar l-ewwel nett, li d-dritt primarju tal-Unjoni jimponi fuq il-leġiżlatur tal-Unjoni l-obbligu li jirrispetta l-Konvenzjoni ta’ Genève ( 99 ) u jistabbilixxi wkoll id-dritt għall-ażil bħala dritt fundamentali ( 100 ). Dan ifisser li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ġiet adottata sabiex tfassal dak id-dritt, bħad-Direttiva 2013/32, għandha tiġi ddiżinjata u interpretata f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti tad-dritt primarju ( 101 ). Barra minn hekk, dawn l-istrumenti għandhom jiġu interpretati wkoll fid-dawl tan-natura tad-drittijiet li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jistgħu jitolbu taħt id-Direttiva 2011/95, li tistabbilixxi, fi ħdan l-Unjoni, sistema legali speċifika ta’ protezzjoni internazzjonali. |
|
164. |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà spjegat li meta ċittadin ta’ pajjiż terz jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jingħata protezzjoni internazzjonali kif stabbilit fid-Direttiva 2011/95, l-Istati Membri huma fil-prinċipju obbligati li jagħtu l-istatus rispettiv mitlub, peress li huma ma għandhom l-ebda diskrezzjoni f’dan ir-rigward ( 102 ). |
|
165. |
Dan ifisser li l-elementi tal-istħarriġ ġudizzjarju taħt l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 għandhom jiġu interpretati b’mod li jikkontribwixxi sabiex jiġi żgurat li tingħata protezzjoni internazzjonali lill-persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet applikabbli u, bl-istess mod, sabiex jipprekludu s-sitwazzjoni li fiha tali protezzjoni tiġi miċħuda minkejja li l-kundizzjonijiet applikabbli jkunu ssodisfatti. |
|
166. |
Għal dak li huwa rilevanti hawnhekk, jirriżulta, it-tieni nett, mill-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur, taħt id-Direttiva 2013/32, li l-eżami ta’ applikazzjoni suġġetta għal dan il-kunċett huwa bbażat fuq il-preżunzjoni li l-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant huwa sigur, li huwa l-applikant li għandu jirribattiha, fi ħdan proċedura li tista’, barra minn hekk, tkun mħaffa. |
|
167. |
Dan, fih innifsu, jibdel il-qafas ta’ eżami applikat u għalkemm dan il-qafas, kif tfakkar ġustament il-Kummissjoni, ma jeżentax mill-obbligu li jsir eżami individwali, kif fakkart repetutament, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ma tistax titqies bħala li ġiet eżaminata bil-mod adegwat u komplut li huwa ġeneralment meħtieġ mid-Direttiva 2013/32 ( 103 ), meta l-awtorità determinanti tkun applikat dik l-iskema minkejja li l-kundizzjonijiet applikabbli għall-użu tagħha ma jkunux ġew issodisfatti. |
|
168. |
It-tielet nett, miniex ċert eżattament kif jopera l-obbligu ta’ eżami “sħiħ u ex nunc” tal-fatti u tal-punti ta’ dritt inkluż, fejn applikabbli, l-eżami tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tal-applikant, kieku l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, li fih dan l-obbligu, ma jiġix interpretat fis-sens li jeħtieġ li l-qorti tar-rinviju tqajjem l-illegalità tal-proċedura applikata ex officio, u kieku kien illimitat, kif issuġġerit mill-Gvern Ċek, għall-kwistjoni dwar jekk l-applikant ikunx ikkonfuta l-preżunzjoni tas-sigurtà, mingħajr possibbiltà għall-imħallef li jirrevedi l-applikabbiltà tal-kunċett li jagħmel din il-preżunzjoni tapplika fl-ewwel lok ( 104 ). |
|
169. |
Fil-fatt, l-impossibbiltà li titqajjem, fin-nuqqas ta’ argument mill-applikant, l-illegalità tal-qafas proċedurali applikat ikun ifisser li l-qorti tar-rinviju għandha tibqa’ marbuta b’għażla proċedurali magħmula mill-awtorità determinanti li, in casu, affettwat mhux biss il-qafas ta’ żmien għall-eżami tal-proċedura, iżda wkoll l-portata tal-eżami (minħabba l-applikazzjoni tal-preżunzjoni li l-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant huwa sigur). |
|
170. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-impossibbiltà għall-qorti nazzjonali li tikkunsidra l-illegalità eventwali tal-iskema ta’ eżami li fil-fatt affettwat ħażin il-proċess kollu tal-eżami tal-ħtiġijiet internazzjonali tal-applikant tpoġġi limitazzjonijiet żejda fuq il-qorti nazzjonali li ma setgħetx tillibera ruħha mil-limiti li l-iskema ta’ eżami partikolari tista’ timplika, meta tiġi għall-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk l-applikant għandux jingħata protezzjoni internazzjonali. |
|
171. |
Id-determinazzjoni ta’ din id-domanda hija, kif diġà mfakkar, ir-ratio legis tar-regoli proċedurali stabbiliti fid-Direttiva 2013/32. Għaldaqstant, meta adotta d-definizzjoni l-ġdida tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju fl-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jiżgura li l-każijiet jiġu ttrattati b’mod sħiħ ( 105 ), li fil-fehma tiegħi jwassal għall-konklużjoni li l-istħarriġ ġudizzjarju previst minn din id-dispożizzjoni neċessarjament jinkludi li l-legalità tal-proċedura tkun ġiet applikata għall-eżami tal-applikazzjoni partikolari. |
|
172. |
Għandu jingħad ukoll li meta teżamina deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li tkun ġiet eżaminata taħt l-iskema speċifika inkwistjoni hawnhekk, il-qorti nazzjonali tista’ naturalment tasal għall-konklużjoni li l-elementi disponibbli fil-proċess ifissru li d-deċiżjoni negattiva għandha titreġġa’ lura u li tingħata protezzjoni internazzjonali. F’sitwazzjoni bħal din, jiena naqbel mal-Kummissjoni li l-kunsiderazzjoni tal-legalità tal-indikazzjoni tal-pajjiż terz partikolari bħala pajjiż ta’ oriġini sigur ser tkun element li l-kunsiderazzjoni tiegħu tkun irrilevanti ( 106 ). |
|
173. |
Għaldaqstant, u b’kuntrast mal-pożizzjoni iktar ġenerali tal-Kummissjoni, minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-kunsiderazzjoni tal-legalità tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini sigur inkwistjoni hawnhekk tibqa’ rilevanti meta l-qorti nazzjonali ma tkunx tista’ tasal għal konklużjoni li tkun, fuq il-merti tagħha, differenti minn dik milħuqa mill-awtorità determinanti. |
|
174. |
Fil-fatt, l-uniku mod li bih din il-qorti tista’ tiżgura li l-applikazzjoni tkun ġiet eżaminata b’mod adegwat u sħiħ (wara li tkun ġiet sottomessa għal skema ta’ eżami li ma kellhiex tapplika), huwa jew billi twettaq jew tlesti l-eżami stess, jew billi tirreferi l-fajl lura lill-awtorità determinanti ( 107 ). Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, il-qorti nazzjonali għandha tkun f’pożizzjoni li tinjora kwalunkwe trattament proċedurali tal-każ (li neċessarjament jimplika li tieħu pożizzjoni dwar il-legalità tiegħu) u, fejn xieraq, li tagħti deċiżjoni vinkolanti dwar il-qafas proċedurali korrett li taħtu għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid l-applikazzjoni mill-awtorità determinanti, irrispettivament minn jekk l-illegalità tal-qafas proċedurali applikat fl-ewwel istanza tkunx ġiet ikkontestata mill-applikant. |
|
175. |
Il-konklużjoni li wasalt għaliha iktar ’il fuq ma hijiex affettwata mill-fatt li fis-sentenza Fathi, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 bħala li ma jobbligax lill-qorti nazzjonali teżamina ex officio jekk il-kriterji u l-mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, kif ipprovdut taħt ir-Regolament Dublin III, ġewx applikati b’mod korrett ( 108 ). Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja fin-negattiv kienet ibbażata fuq dispożizzjonijiet speċifiċi taż-żewġ atti leġiżlattivi tal-Unjoni inkwistjoni li, fil-qosor, jeskludu proċeduri bejn Stati Membri li huma rregolati mir-Regolament Dublin III mill-portata tad-Direttiva 2013/32 ( 109 ). B’kuntrast ma’ dan, tali esklużjoni ma tapplikax fil-kuntest preżenti. |
|
176. |
Il-konklużjoni ta’ hawn fuq, b’mod simili, ma hijiex affettwata mill-fatt li t-tielet paragrafu tal-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32 ma jirreferix għal reviżjoni “ex officio” u f’dan huwa differenti mill-Artikolu 46(4) u (6), fejn dan it-terminu huwa użat, kif saħaq mill-Gvern Olandiż. |
|
177. |
Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 46(4) tad-Direttiva 2013/32 jippreċiża inter alia li “l-Istati Membri jistgħu […] jipprovdu reviżjoni ex officio tad-deċiżjonijiet” adottati fil-proċeduri mwettqa fil-fruntiera jew fiż-żoni ta’ tranżitu ( 110 ). Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 46(6) tad-Direttiva 2013/32 jindirizza l-konsegwenzi tal-possibbiltà li applikanti jiġu preklużi f’ċerti sitwazzjonijiet (bħal applikanti minn pajjiżi ta’ oriġini sigur) milli awtomatikament jitħallew jibqgħu fit-territorju nazzjonali sakemm isir l-appell tad-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħhom. Dik il-possibbiltà hija suġġetta għall-qrati nazzjonali li jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu dwar jekk l-applikant jistax jibqa’ fit-territorju nazzjonali “jew fuq talba tal-applikant jew billi [jiddeċiedu] ex officio” ( 111 ). |
|
178. |
Naħseb li ebda wieħed minn dawn l-aspetti ma huwa rilevanti għal din l-evalwazzjoni peress li, l-ebda wieħed minnhom ma jirrigwarda l-portata tal-reviżjoni tal-każ tal-applikant. |
|
179. |
Għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li juża termini differenti sabiex jiddeskrivi reviżjoni f’paragrafi differenti tal-istess dispożizzjoni (jiġifieri t-termini ta’ “ex officio” fl-Artikolu 46(4) u (6) tad-Direttiva 2013/32, minn naħa, u t-terminu “sħiħ” fit-tielet paragrafu tiegħu, min-naħa l-oħra) ċertament ma tistax tiġi injorata. |
|
180. |
F’dan ir-rigward, madankollu, l-opinjonijiet espressi iktar ’il fuq ma jammontawx għal suġġeriment li l-obbligu ta’ stħarriġ ġudizzjarju “sħiħ” tal-punti legali taħt l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 jimplika obbligu għall-qrati nazzjonali li jirrevedi dawk il-punti, mingħajr ebda restrizzjoni tal-portata materjali tagħhom, ex officio. Dan huwa l-każ a fortiori, peress li l-aġġettiv “sħiħ” ikopri, kif jirriżulta mis-sentenza Alheto, iċċitata iktar ’il fuq, inter alia punti legali li ma ġewx eżaminati mill-awtorità li ħadet id-deċiżjoni fil-prima istanza. Jekk dan ir-rekwiżit jiġi kkombinat mal-obbligu ta’ stħarriġ ex officio, dan ikun jimplika obbligu min-naħa tal-qrati nazzjonali sabiex jirrevedu, ex officio, kategorija possibbilment indeterminata ta’ kwistjonijiet legali ( 112 ). |
|
181. |
B’kuntrast ma’ dan, id-domanda dwar jekk l-applikazzjoni kinitx eżaminata taħt l-iskema ta’ eżami korretta hija, l-ewwel, neċessarjament parti mill-evalwazzjoni li saret mill-awtorità determinanti. It-tieni, spjegajt li l-għażla magħmula mill-awtorità determinanti li tapplika l-iskema ta’ eżami speċifika assoċjata mal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur taffettwa l-parametri ta’ dan l-eżami u hija, għalhekk, marbuta mill-qrib mal-portata tal-elementi miġbura u, għalhekk, possibbilment disponibbli għal stħarriġ ġudizzjarju. |
|
182. |
F’dan id-dawl, jiena tal-fehma li l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeħtieġ li qorti nazzjonali li tisma’ rikors kontra deċiżjoni li fiha talba għal protezzjoni internazzjonali ġiet miċħuda bħala manifestament infondata fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 32(2) tad-Direttiva 2013/32, fil-kuntest tal-iskema speċifika ta’ eżami assoċjata mal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur, għandha tqajjem, ex officio, l-inkompatibbiltà tal-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/32, meta l-applikant ma jkunx qajjimha hu, u fejn din il-qorti ma tkunx tista’ tasal għal konklużjoni li, fuq il-mertu, tkun differenti minn dik li tkun waslet għaliha l-awtorità ta’ determinazzjoni. |
3. L-argument sussidjarju
|
183. |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx mal-analiżi li semmejt iktar ’il fuq u tikkunsidra, minflok, li l-kunċett ta’ eżami “sħiħ u ex nunc” stabbilit fl-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 ma jimplikax obbligu fuq il-parti tal-qorti nazzjonali li tqajjem ex officio żball fl-iskema ta’ eżami applikata, isegwi li tali kwistjoni għandha, bħala prinċipju, tiġi ddeterminata mill-Istati Membri, suġġett għall-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività ( 113 ). |
|
184. |
L-ewwel, il-prinċipju ta’ ekwivalenza jeħtieġ trattament ugwali ta’ talbiet ibbażati fuq ksur tad-dritt nazzjonali u ta’ azzjonijiet simili bbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni ( 114 ). |
|
185. |
Kif diġà semmejt, il-qorti tar-rinviju indikat li teżisti prattika nazzjonali fil-qrati amministrattivi Ċeki li biha, fl-oqsma rregolati, kif qiegħed nifhem jien, mid-dritt nazzjonali, il-qrati nazzjonali għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni d-difetti proċedurali ex officio, fejn dan id-difett kien wassal sabiex l-awtorità amministrattiva tieħu deċiżjoni li ġiet eskluża mill-kuntest proċedurali tal-każ. Fl-istess ħin, il-qorti tar-rinviju indikat il-fatt li din il-prattika ma ġietx estiża għall-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjoni meħuda dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kif irregolat mir-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni. |
|
186. |
F’dan ir-rigward, nirreferi għal-liġi stabbilita, li tipprovdi li l-applikabbiltà tal-prinċipju ta’ ekwivalenza hija ddeterminata fuq il-bażi ta’ jekk it-talbiet inkwistjoni, li huma bbażati rispettivament fuq id-dritt intern u d-dritt tal-Unjoni, humiex fil-fatt paragunabbli. Din il-kwistjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl “tal-perspettiva tas-suġġett tagħhom, tal-kawża tagħhom u tal-elementi essenzjali tagħhom” ( 115 ) u wkoll b’kunsiderazzjoni tar-“rwol tar-regoli kkonċernati fil-proċedura fl-intier tagħha, tal-iżvolġiment tal-imsemmija proċedura u tal-partikolaritajiet ta’ dawn ir-regoli, quddiem il-varji istanzi nazzjonali” ( 116 ). Mill-ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li dan l-eżami għandu jsir mill-qorti nazzjonali, li għandha għarfien dirett tal-modalitajiet proċedurali applikabbli ( 117 ). |
|
187. |
F’dan id-dawl, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk it-talbiet ibbażati fuq regoli tad-dritt intern u li fir-rigward tagħhom il-qrati nazzjonali huma obbligati li jeżaminaw il-legalità tal-proċedura ex officio humiex paragunabbli ma’ dawk inkwistjoni hawnhekk. Jekk iva, il-prinċipju ta’ ekwivalenza jeħtieġ li din il-qorti tapplika tali prattika nazzjonali wkoll għar-rikors pendenti fil-kawża prinċipali. |
|
188. |
It-tieni, għall-finijiet tal-evalwazzjoni fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 75(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva, li jillimita lill-qrati nazzjonali li jirrevedu d-deċiżjonijiet amministrattivi għal kunsiderazzjoni tal-argumenti mqajma mill-partijiet, jagħmilhiex impossibbli jew eċċessivament diffiċli għall-applikanti li jeżerċitaw id-drittijiet li joħorġu mir-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. |
|
189. |
Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta jiġi evalwat jekk dispożizzjoni nazzjonali tirrendix l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli, għandhom jiġu kkunsidrati r-rwol ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura fl-intier tagħha, l-iżvolġiment tagħha u l-karatteristiċi partikolari tagħha, quddiem id-diversi istanzi nazzjonali kif ukoll, fejn rilevanti, il-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura ( 118 ). |
|
190. |
Fil-kuntest tal-obbligi ex officio tal-qrati nazzjonali, ninnota li, kif sostnut essenzjalment mill-Gvern Olandiż, mill-ġurisprudenza ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-prinċipju ta’ effettività ma jimponix obbligu fuq il-qrati nazzjonali sabiex iqajmu motiv ex officio ibbażat fuq id-dritt tal-Unjoni, irrispettivament mill-importanza ta’ dik id-dispożizzjoni għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni meta l-partijiet jingħataw opportunità ġenwina li jqajmu tali motiv quddiem qorti nazzjonali ( 119 ). |
|
191. |
Dan premess, minn naħa, huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja progressivament iddefiniet ex officio obbligi estensivi tal-qrati nazzjonali fil-qasam tad-dritt tal-konsumatur, sabiex tiżgura, fil-qosor, li klawżoli kuntrattwali inġusti ma jorbtux lill-konsumaturi ( 120 ). |
|
192. |
Madankollu, fil-kuntest tad-dritt kriminali, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li l-istess approċċ ma kienx meħtieġ fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi li persuni suspettati jew akkużati jistgħu jikkontestaw in-nuqqas tal-awtoritajiet kompetenti li jipprovdu informazzjoni dwar id-drittijiet li huma intitolati għalihom. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-qorti li tisma’ kawża kriminali milli tqajjem ksur tal-obbligu li l-persuni suspettati jew akkużati jiġu infurmati fil-pront dwar id-dritt tagħhom li jibqgħu siekta ex officio, fejn, fil-qosor, dawk il-persuni kellhom opportunità prattika u effettiva li jkollhom aċċess għal avukat u għall-fajl tagħhom u fejn setgħu jinvokaw il-ksur rilevanti f’perijodu ta’ żmien raġonevoli ( 121 ). |
|
193. |
Min-naħa l-oħra, huwa minnu wkoll li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-awtorità ġudizzjarja kompetenti għandha teżamina, ex officio, il-legalità tad-detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż fir-rigward tar-raġunijiet li ma ġewx invokati mill-persuna kkonċernata. |
|
194. |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma waslitx għal din il-konklużjoni b’referenza għall-prinċipju ta’ effettività, iżda għamlet dan fid-dawl tar-regoli speċifiċi u preċiżi li l-leġiżlatur tal-Unjoni pprovda fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, ( 122 ) bħall-analiżi li għamilt hawn fuq fid-dawl tal-kliem preċiż tal-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32. |
|
195. |
Għalhekk, kieku l-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex issegwi s-suġġeriment ewlieni tiegħi, jiena tal-fehma li r-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività għandha tkun ibbażata fuq il-ġurisprudenza ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif imfakkar fil-punt 190 iktar ’il fuq. |
|
196. |
F’din il-perspettiva, ma hemm xejn fil-fajl li jissuġġerixxi li CV ma kellux opportunità li jqajjem l-inkompatibbiltà tal-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32 fil-kuntest tal-appell tiegħu pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju. |
|
197. |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva l-fatt li l-proċedura mħaffa tagħmilha partikolarment diffiċli għar-rikorrenti li jqajmu l-argumenti tagħhom. |
|
198. |
Madankollu, dan fih innifsu ma jindikax li huwa impossibbli jew eċċessivament diffiċli għal applikanti, bħal CV, li jikkontestaw l-applikabbiltà tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur. |
|
199. |
Huwa minnu, kif isostni l-Gvern Ġermaniż, li fi ħdan il-proċedura tal-prima istanza, ir-rwoli rispettivi tar-rikorrenti, minn naħa waħda, u tal-awtoritajiet determinanti, min-naħa l-oħra, huma differenti. |
|
200. |
B’mod iktar speċifiku, mill-kunsiderazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/95 jirriżulta li filwaqt li l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali jistgħu jkunu obbligati jipprovdu l-elementi fattwali neċessarji għall-eżami ( 123 ), ma jistgħux ikunu meħtieġa jqajmu kwistjonijiet relatati mal-qafas legali li taħtu tkun qiegħda tiġi vvalutata l-applikazzjoni tagħhom. Dan il-kompitu jaqa’ fuq l-awtorità determinanti kif inhu, b’mod ġenerali, rikonoxxut mill-istess dispożizzjoni, li tgħid li “f’kooperazzjoni mal-applikant huwa d-dmir tal-Istat Membru li jeżamina l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni” ( 124 ). |
|
201. |
Dan premess, tali tqassim tal-kompiti bejn l-applikanti li jressqu elementi fattwali u l-awtoritajiet nazzjonali li jikklassifikawhom ġuridikament ma jidhirlix li jippreżenta, fih innifsu, diffikultà strutturali eċċessiva li jkollha, fiċ-ċirkustanzi kollha, tiġi kkumpensata mill-obbligu mill-qrati nazzjonali li jqajmu ex officio kwistjonijiet legali li kienu possibbilment ġew evalwati skorrettament. Barra minn hekk, il-Kapitolu II tad-Direttiva 2013/32 jistabbilixxi l-garanziji ġenerali li għandhom jiġu żgurati lill-applikanti, kif ukoll fil-proċedura mħaffa, bħall-obbligu li jiġu infurmati dwar il-proċedura segwita ( 125 ), dwar kif jikkontestaw deċiżjoni negattiva ( 126 ), jew obbligu li tingħata, fuq talba, assistenza legali mingħajr ħlas fi proċeduri ta’ appell ( 127 ). |
|
202. |
Għalkemm l-obbligi tal-Istati Membri li jiżguraw dawn il-garanziji jistgħu jkunu suġġetti għal ċerti limiti u għandhom jiġu pprovduti, għal uħud minnhom, fuq talba (li jippreżupponi għarfien dwar l-eżistenza tagħhom), mill-fajl ma jirriżultax li CV kien miċħud il-benefiċċju tagħhom. Xejn ma jissuġġerixxi lanqas li l-possibbiltà li jiġi ppreżentat l-appell kienet suġġetta għal skadenzi tant qosra li għamluha eċċessivament diffiċli jew impossibbli għall-applikant li jqajjem l-illegalità tal-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur inkwistjoni. |
|
203. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma naħsibx li l-prinċipju ta’ effettività jimponi l-obbligu li l-qorti tar-rinviju tqajjem, ex officio, l-inkompatibbiltà tal-indikazzjoni ta’ pajjiż bħala pajjiż ta’ oriġini sigur mad-Direttiva 2013/32. |
V. Konklużjoni
|
204. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno, ir-Repubblika Ċeka), kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ingliż.
( 2 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2013/32”).
( 3 ) Ara l-informazzjoni disponibbli fuq https://whoiswho.euaa.europa.eu/Pages/safe-country-concept.aspx.
( 4 ) Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata fl‑4 ta’ Novembru 1950 (ETS Nru 005) u li daħlet fis-seħħ fit‑3 ta’ Settembru 1953, kif emendata bil-Protokolli Nri 11, 14 u 15 u ssupplimentata bil-Protokolli Nri 1, 4, 6, 7, 12, 13 u 16.
( 5 ) Il-Protokoll Nru 24, anness mat-TFUE, dwar l-asil għal ċittadini ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU 2010, C 83, p. 305) (iktar ’il quddiem “il-Protokoll Nru 24”).
( 6 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2011/95”).
( 7 ) Suġġett għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, ninnota li din l-eċċezzjoni territorjali tidher li tneħħiet b’effett mill‑1 ta’ Ottubru 2023 mill-Vyhláška č. 289/2023 Sb, kterou se mění vyhláška č. 328/2015 Sb., (id-Digriet Nru 289/2023, li jemenda d-Digriet Nru 328/2015; iktar ’il quddiem “id-Digriet Nru 289/2023”). Ara l-informazzjoni disponibbli fuq https://whoiswho.euaa.europa.eu/Pages/safe-country-concept.aspx.
( 8 ) Barra minn hekk, skont l-Artikolu 85b(1) tal-Liġi dwar l-Ażil, il-Ministeru għandu joħroġ ordni ta’ tluq ex officio, bi skadenza massima ta’ xahar, lil ċittadin barrani, wara deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala manifestament infondata, sakemm deċiżjoni bħal din ma tiġix invalidata mill-qorti, jew wara riżoluzzjoni ta’ qorti reġjonali sabiex ma jingħatax effett sospensiv.
( 9 ) Id-deċiżjoni tar-rinviju tirreferi għal żewġ dokumenti bit-titolu “Évaluation de la Moldavie comme pays d’origine sûr, situation en juillet 2021”, tat‑28 ta’ Lulju 2021 u “Informations du Bureau fédéral de la Migration et des Réfugiés de juin 2021”.
( 10 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 iktar ’il fuq.
( 11 ) Note verbale No FRA-CoE/352.6/410110, tar-Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika tal-Moldova, tal‑11 ta’ April 2024, irreġistrata mis-Segretarjat Ġenerali fil‑11 ta’ April 2024, aċċessibbli fuq rm.coe.int/0900001680af4f7e.
( 12 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 iktar ’il fuq.
( 13 ) Skont ġurisprudenza stabbilita, “ir-referenzi lill-Qorti għal deċiżjoni preliminari jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi fuq domanda preliminari minn qorti nazzjonali biss fejn ikun pjuttost ovvju li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda relazzjoni mal-fatti reali tal-kawża prinċipali jew mal-għan tagħha, fejn problema hija ipotetika, jew fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex quddiemha l-materjal fattwali jew legali meħtieġ biex tagħti risposta utli għad-domandi li jkunu saru lilha”. Ara, pereżempju, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2024, Roheline Kogukond et (C‑234/22, EU:C:2024:211, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 14 ) Ara, rispettivament, l-Artikoli 36 u 37 (u l-Anness I) tad-Direttiva 2013/32 (pajjiż ta’ oriġini sigur), u l-Artikolu 38 (pajjiż terz sigur) u l-Artikolu 39 (pajjiż terz Ewropew sigur) tad-Direttiva 2013/32. Għal spjegazzjoni ta’ dawn il-kunċetti differenti, ara l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (“EUAA”), “Applying the Concept of Safe Countries in the Asylum Procedure” (Applikazzjoni tal-Kunċett ta’ Pajjiżi Siguri fil-Proċedura għall-Ażil), Diċembru 2022. Ara wkoll Goldner Lang, I. u Nagy, B., “External border control techniques in the EU as a challenge to the principle of non-refoulement”, European Constitutional Law Review, Vol. 17, Ħarġa 3, 2021, p. 442 sa 470.
( 15 ) Kif irrappurtat f’Martenson, H. u McCarthy, J., “In General, no serious risk of persecution: Safe country of origin practices in nine European States”, Journal of Refugee Studies, Vol. 11, Nru 3, (1998), p. 304 sa 325, f’p. 306. Ara wkoll van Selm J., Access to Procedures “Safe Third Countries”, “Safe Countries of Origin” and “Time Limits”, 2001, aċċessibbli fuq https://www.unhcr.org/media/access-procedures-safe-third-countries-safe-countries-origin-and-time-limits.
( 16 ) Dwar dawn iż-żewġ aspetti, ara pereżempju, Goodwin-Gill, G.S., “Safe country? Says who?”, International Journal of Refugee Law, Vol. 4, Ħarġa 2, April 1992, pp. 248 sa 250; Costello, C., “Safe country? Says who?”, International Journal of Refugee Law, Vol 28, Ħarġa 4, 2016, pp. 601 sa 622. Ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tat‑28 ta’ Lulju 2011, Samba Diouf (C‑69/10, EU:C:2011:524, iktar ’il quddiem is-“sentenza Samba Diouf”, punt 65).
( 17 ) Ara l-ewwel paragrafu tal-Anness I tad-Direttiva 2013/32.
( 18 ) Ara, għal mappa interattiva li tinkludi l-lista ta’ pajjiżi ta’ oriġini sigur, https://whoiswho.euaa.europa.eu/Pages/safe-country-concept.aspx.
( 19 ) Direttiva tal-Kunsill tal‑1 ta’ Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU 2005 L 326, p. 13). Din id-direttiva tħassret bid-Direttiva 2013/32.
( 20 ) Sentenza tas‑6 ta’ Mejju 2008, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C‑133/06, EU:C:2008:257). L-istess idea sussegwentement ġiet introdotta mill-ġdid fi proposti leġiżlattivi. Ara l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini siguri għall-finijiet tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, u li jemenda d-Direttiva 2013/32/UE COM(2015) 452 u l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE, COM/2016/0467 final, pp. 18 u 19. Għall-aħħar element tal-proċess leġiżlattiv, kif disponibbli waqt it-tfassil ta’ dawn il-konklużjonijiet, ara l-Artikolu 61(2) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE, dokument PE 16 2024 REV 1 tal-15 ta’ Mejju 2024.
( 21 ) Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, kif emendata bil-Protocol ta’ New York tal‑31 ta’ Jannar 1967 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Genève).
( 22 ) It-test tad-direttiva jirreferi għall-EASO (l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil) iżda dan tal-aħħar sar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA).). Ara r-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (ĠU 2021, L 468, p. 1).
( 23 ) Artikolu 37(3) tad-Direttiva 2013/32.
( 24 ) Sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2018, A (C‑404/17, EU:C:2018:588, iktar ’il quddiem “is-sentenza A”, punt 25). Ara wkoll l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2013/32.
( 25 ) Artikolu 31(9) tad-Direttiva 2013/32.
( 26 ) Enfasi miżjuda. Ara d-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 31(8)(b) u tal-Artikolu 32(2) tad-Direttiva 2013/32, u s-sentenza A, punt 26. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Ministeru uża din il-kwalifika fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ CV.
( 27 ) Kif irrilevat ukoll fis-sentenza A, punt 27, li tirreferi għall-Artikolu 46(5) u (6) tad-Direttiva 2013/32. Infakkar li fuq talba ta’ CV, il-qorti tar-rinviju ssospendiet l-effetti tad-deċiżjoni ta’ ċaħda sakemm jintemm l-appell tiegħu. Ara l-punt 29 ta’ hawn fuq.
( 28 ) Għall-finijiet ta’ din il-kawża, ma nqisx li huwa neċessarju li tiġi diskussa l-fehma tal-Kummissjoni li l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar l-Ażil, li hemm riferiment għalih fil-punt 18 ta’ dawn il-konklużjonijiet, hija inkompatibbli mad-Direttiva 2013/32 peress li hemm dispensa fir-rigward tal-eżaminazzjoni individwali tal-bżonnijiet tal-protezzjoni internazzjonali għal dak li jikkonċerna applikanti minn pajjiżi ta’ oriġini siguri. Kieku dan kien il-każ, naqbel mal-Kummissjoni. Dan premess, ma jsegwix mid-digriet tar-rinviju li l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ CV ma involvietx eżaminazzjoni tal-bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tiegħu.
( 29 ) QEDB, 21 ta’ Settembru 2021, Dareskizb vs L-Armenja, CE:ECHR:2021:0921JUD006173708, “QEDB f’Dareskizb”, § 59 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 30 ) Ibid.
( 31 ) Kif jirriżulta direttament mill-Artikolu 15(1) KEDB.
( 32 ) Ara l-Artikoli 1 u 3 tal-Protokoll Nru 6 tal-KEDB, l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 13 tal-KEDB u l-Artikoli 4(1) u (3) tal-Protokoll Nru 7 tal-KEDB.
( 33 ) Ara, pereżempju, QEDB, 26 ta’ Settembru 2023, Yüksel Yalçınkaya vs It-Turkija, CE:ECHR:2023:0926JUD001566920, iktar ’il quddiem il-“QEDB fil-kawża Yüksel Yalçınkaya”, § 348 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 34 ) Ara QEDB fil-kawża Dareskizb, § 62.
( 35 ) F’dan ir-rigward, il-QEDB tidher li aċċettat li s-sitwazzjoni eċċezzjonali invokata minn Parti Kontraenti sabiex tagħti bidu għall-Artikolu 15 KEDB ma tistax tiġi ddefinita bħala temporanja. Ara QEDB, id‑19 ta’ Frar 2009, A. et vs Ir-Renju Unit, CE:ECHR:2009:0219JUD000345505, “QEDB f’A. et vs Ir-Renju Unit”, § 178, fejn il-QEDB tinnota madankollu li “l-kwistjoni tal-proporzjonalità tar-rispons tista’ tkun marbuta mat-tul tal-emerġenza”.
( 36 ) Il-QEDB fil-kawża Yüksel Yalçınkaya, §§ 349 u 350 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 37 ) Ara l-QEDB fil-kawża A. et vs Ir-Renju Unit, § 184 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 38 ) Ara l-QEDB fil-kawża A. et vs Ir-Renju Unit, § 161 u l-ġurisprudenza ċċitata..
( 39 ) Kif ikkonfermat ukoll fil-QEDB, “Gwida dwar l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem – Deroga fi żminijiet ta’ emerġenza”, Frar 2022, p. 5, punt 4.
( 40 ) Ara paġna speċjali ddedikata mill-Kunsill tal-Ewropa għal-lista ta’ derogi notifikati: https://www.coe.int/en/web/conventions/derogations-covid-19.
( 41 ) Ara l-Kumitat ta’ Tmexxija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (CDDH), Grupp ta’ Abbozzar dwar id-Drittijiet tal-Bniedem f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi (CDDH-SCR), “Abbozz ta’ Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri dwar il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi”, CDDH-SCR(2024)02, 10 ta’ Jannar 2024, punt 46.
( 42 ) L-avviż sottomess fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID‑19 ma huwiex rilevanti hawnhekk u jidher li ġie rtirat. Ara “Irtirar tad-deroga li tinsab fil-Note Verbale Nru FRA-CoE/352/175 mir-Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika tal-Moldova, tad‑29 ta’ April 2021, irreġistrata fis-Segretarjat Ġenerali fid‑29 ta’ April 2021”, disponibbli fuq rm.coe.int/1680a24f55.
( 43 ) Ara l-ewwel paragrafu tal-Anness I tad-Direttiva 2013/32.
( 44 ) Kumitat ta’ Tmexxija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (CDDH), Grupp ta’ Abbozzar dwar id-Drittijiet tal-Bniedem f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi (CDDH-SCR), “Abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri dwar il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi”, CDDH-SCR(2024)02, l‑10 ta’ Jannar 2024, premessa 8.
( 45 ) Ara l-punt 61 iktar ’il fuq.
( 46 ) Waqt is-seduta, il-Gvern Ċek irrefera għall-eżempju tal-pandemija tal-COVID‑19 li matulha tliet Stati Membri ddeċidew li jinvokaw l-Artikolu 15 KEDB, kif osservat fil-punt 63 iktar ’il fuq, filwaqt li l-Istati Membri l-oħra ma għamlux dan, għalkemm, kif nifhem l-argument, is-sitwazzjoni sottostanti miġjuba minn dik il-pandemija ma kinitx fundamentalment differenti bejn dawk l-Istati Membri.
( 47 ) Nifhem li l-avviż jikkorrispondi għan Note verbale No FRA-CoE/352/81 mir-Rappreżentanza Permanenti tal-Moldova għall-Kunsill tal-Ewropa, tal‑25 ta’ Frar 2022, irreġistrata fis-Segretarjat Ġeneral fil‑25 ta’ Frar 2022, disponibbli fuq https://rm.coe.int/0900001680a5b630. Għalkemm l-istatus ta’ din id-deroga ma huwiex kompletament ċar għaliha abbażi tas-sorsi disponibbli pubblikament, nifhem li, suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju, li l-istat ta’ emerġenza li bbażat ruħha fuqu ġie abrogat sussegwentement kif jidher mit-tieni paragrafu tan-Note verbale Nru FRA‑CoE/352/96 mir-Rappreżentanza Permanenti tal-Moldova lill-Kunsill tal-Ewropa, tat‑3 ta’ Marzu 2022, irreġistrata fis-Segretarjat Ġenerali fit‑3 ta’ Marzu 2022, disponibbli fuq https://rm.coe.int/0900001680a5a421, li tirreferi għaliha l-qorti tar-rinviju wkoll.
( 48 ) Ara Note verbale Nru FRA-CoE/352/96 li hemm riferiment għaliha fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti. Suġġett għal verfika mill-qorti tar-rinviju, id-deroga li hemm fl-avviż tat- tat‑3 ta’ Marzu 2022 tidher li ġiet ipproprogata suċċessivament sal‑31 ta’ Diċembru 2023 u tidher li ġiet irtirata fil‑11 ta’ April 2024, permezz ta’ avviż li hemm riferiment għalih fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11 iktar ’il fuq, kif osservat fil-punt 33. Għal-lista sħiħa tal-avviżi ara https://www.coe.int/en/web/conventions/cets-number-/-abridged-title-known?module=declarations-by-treaty&numSte=005&codeNature=0.
( 49 ) Għal-lista sħiħa tal-miżuri ara Note verbale No FRA-CoE/352/96, li hemm riferiment għaliha fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 47 iktar ’il fuq.
( 50 ) Ara Note verbale No FRA-CoE/352/96, li hemm riferiment għaliha fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 47 iktar ’il fuq.
( 51 ) Ara, pereżempju, Note verbale No FRA-CoE/352.2/410 mir-Rappreżentanza Permanenti tal-Moldova għall-Kunsill tal-Ewropa, tad‑29 ta’ Novembru 2023, disponibbli fuq https://rm.coe.int/0900001680ad80c6; u l-avviżi preċedenti oħra disponibbli fuq sit internet li hemm riferiment għaliha fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 48 iktar ’il fuq.
( 52 ) Note verbale No FRA-CoE/352/124 mir-Rappreżentanza Permanenti tal-Moldova għall-Kunsill tal-Ewropa, tat‑2 ta’ April 2021.
( 53 ) Ara l-punt 47 hawn fuq. Il-premessa 48 tad-Direttiva 2013/32 żżid li “[m]eta l-Istati Membri jsiru konxji minn bidla sinifikanti fil-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiż nominat minnhom bħala bla periklu, għandhom jiżguraw li jsir rieżami ta’ dik is-sitwazzjoni kemm jista’ jkun malajr u, fejn meħtieġ, rieżami tan-nomina tal-pajjiż bħala bla periklu”.
( 54 ) L-eċċezzjonijiet l-oħra huma marbuta mal-bidu jew it-tlestija tal-proċess li huwa msemmi rispettivament fl-Artikolu 7(1) u (2) TUE u li jikkonċerna “ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 [TUE]”, kif previst fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu uniku tal-Protokoll Nru 24. Ir-raba’ eċċezzjoni tapplika, sempliċement, meta Stat Membru jiddeċiedi li jeżamina applikazzjoni partikolari, suġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi, kif previst fil-punt (d) tal-Artikolu uniku tal-Protokoll Nru 24.
( 55 ) Ara l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2013/32.
( 56 ) It-Trattat ta’ Amsterdam annessa l-Protokoll dwar l-ażil għal ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mat-Trattat tal-KE (ĠU 1997 C 340, p. 103).
( 57 ) Ara b’mod ġenerali, l-Opinjoni 2/13 (“Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-KEDB”) tat‑18 ta’ Diċembru 2014 (EU:C:2014:2454, punt 191 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 58 ) Ir-raba’ premessa tal-Protokoll Nru 24 tfakkar li “skont l-Artikolu 49 [TUE] kull Stat Ewropew, meta japplika sabiex isir Membru tal-Unjoni, għandu jirrispetta l-valuri kif stabbiliti fl-Artikolu 2 [TUE]”. Ara wkoll it-tielet premessa tal-protokoll inizjali.
( 59 ) Ara s-sitt premessa tal-Protokoll Nru 24 u l-ħames premessa tal-protokoll inizjali.
( 60 ) It-tmien premessa ta’ kull protokoll. L-eżistenza tal-protokoll inizjali ġiet spjegata mill-każ ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li ġiet ippreżentata fil-Belġju, minn ċittadin Spanjol, akkużat li pparteċipa f’attivitajiet terroristiċi fejn il-qorti Belġjana qablet li ma tqisx lil Spanja bħala bla periklu. Martenson, H. u McCarthy, J., “In general, no serious risk of persecution: Safe country of origin practices in nine European States”, Journal of Refugee Studies, Vol. 11, Nru 3, 1998, p. 311. Ara wkoll van Selm J., Access to Procedures “Safe Third Countries”, “Safe Countries of Origin” and “Time Limits”, 2001, punt 93, aċċessibbli fuq https://www.unhcr.org/media/access-procedures-safe-third-countries-safe-countries-origin-and-time-limits. Ninnota li l-Belġju għamel dikjarazzjoni (Dikjarazzjoni Nru 5 dwar il-protokoll dwar l-ażil għal ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, (ĠU 1997 C 340, p. 144) mehmuża mat-Trattat ta’ Amsterdam) li ser iwettaq eżami individwali ta’ kwalunkwe talba għall-ażil magħmula minn ċittadin ta’ Stat Membru ieħor skont l-obbligi tiegħu taħt il-Konvenzjoni ta’ Genève.
( 61 ) Għall-finijiet ta’ din il-kawża, ma naħsibx li huwa meħtieġ li tiġi eżaminata l-kwistjoni ta’ jekk l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB minn Stat Membru twassalx biss għal possibbiltà li jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet ta’ ċittadini ta’ dan l-Istat, kif sostna l-Gvern Ċek, jew jekk dan jinvolvix obbligu li jsir dan, kif ikkunsidrat mill-qorti tar-rinviju. F’dan ir-rigward, peress li l-Protokoll Nru 24 jikkostitwixxi eċċezzjoni għall-obbligu ġenerali li jiġu eżaminati applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jiena nappoġġja l-interpretazzjoni adottata mill-qorti tar-rinviju.
( 62 ) Ara l-ispjegazzjoni fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 u fil-punt 34 iktar ’il fuq.
( 63 ) Kultant imsejħa alternattiva ta’ protezzjoni interna jew alternattiva ta’ titjira interna. L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/95 jipprovdi li “bħala parti mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li applikant mhuwiex fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali jekk f’parti mill-pajjiż tal-oriġini, hu jew hi: (a) ma hemmx biża’ ġustifikat li jiġi persegwitat, jew mhuwiex fir-riskju reali li jsofri dannu serju; jew (b) għandu aċċess għal protezzjoni mill-persekuzzjoni jew dannu serju kif definit fl-Artikolu 7; u hu jew hi jista’ jivvjaġġa mingħajr periklu u legalment għal u jidħol f’dik il-parti tal-pajjiż u huwa mistenni b’mod raġonevoli jissetilja hemmhekk.” Enfasi miżjuda.
( 64 ) L-UNHCR bl-istess mod wissa kontra l-ekwazzjoni taż-żewġ kunċetti flimkien, peress li “d-domandi kumplessi li jinqalgħu fl-applikazzjoni tal-alternattiva ta’ protezzjoni interna jeħtieġu eżami bir-reqqa tal-każ individwali” li, għal dik il-kwistjoni u skont l-UNCHR, ma huwiex xieraq li jiġi ttrattat taħt il-proċedura mħaffa. UNHCR, “Improving Asylum Procedures: Comparative Analysis and Recommendations for Law and Practice, Key Findings and Recommendations” (Titjib tal-Proċeduri għall-Ażil: Analiżi Komparattiva u Rakkomandazzjonijiet għal-Liġi u l-Prattika, Sejbiet Ewlenin u Rakkomandazzjonijiet), Marzu 2010, p. 67, https://www.refworld.org/reference/research/unhcr/2010/en/92062. Ara wkoll UNHCR, “Guidelines on International Protection No. 4: ‘Internal Flight or Relocation Alternative’ Within the Context of Article 1A(2) of the 1951 Convention and/or 1967 Protocol Relating to the Status of Refugees” (Linji Gwida dwar il-Protezzjoni Internazzjonali Nru 4: “Alternattiva ta’ Titjira Interna jew Rilokazzjoni” fil-Kuntest tal-Artikolu 1A(2) tal-Konvenzjoni tal‑1951 u/jew Protokoll tal‑1967 Relatat mal-Istatus tar-Refuġjati), it-23 ta’ Lulju 2003, HCR/GIP/03/04, p. 8, punt 36; jew “UNHCR Observations on the Law Proposal amending the Obligation to Leave and Prohibition on Entry Act, the Law Enforcement Act and the Act on Granting International Protection to Alien” (Osservazzjonijiet tal-UNHCR dwar il-Proposta ta’ Liġi li temenda l-Att dwar l-Obbligu ta’ Tluq u l-Projbizzjoni tad-Dħul, l-Att dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Att dwar l-Għoti ta’ Protezzjoni Internazzjonali lill-Barranin), it‑12 ta’ Novembru 2018, http://www.refworld.org/docid/5c66ceb77.html, punt 22.
( 65 ) Ara, pereżempju, UNHCR, “Observations by the UNHCR Representation for Northern Europe on the proposal to introduce in Sweden a list of safe countries of origin”, 31 ta’ Marzu 2020, www.refworld.org/docid/5e8345014.html, p. 3, punt 8; UNHCR, Comments on the European Commission’s Proposal for an Asylum Procedures Regulation – COM(2016) 467, April 2019, www.refworld.org/docid/5cb597a27.html, p. 43; UNHCR, Improving Asylum Procedures: … dokument iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 64 iktar ’il fuq, p. 65; UNHCR’s Summary Observations on the Amended Proposal by the European Commission for a Council Directive on Minimum Standards on Procedures in Member States for Granting and Withdrawing Refugee Status (COM(2000) 326 final/2, 18 ta’ Ġunju 2002), https://www.refworld.org/legal/intlegcomments/unhcr/2003/en/31802, p. 8
( 66 ) Ara, għal dan il-għan, is-sentenzi tat‑22 ta’ Novembru 2022, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Tneħħija – Kannabis terapewtika) (C‑69/21, EU:C:2022:913, punt 55), u tal‑14 ta’ Mejju 2019, M et (Revoka tal-istatus ta’ refuġjat) (C‑391/16, C‑77/17 u C‑78/17, EU:C:2019:403, punt 82).
( 67 ) Ara, pereżempju, UNHCR, “Observations by the UNHCR Representation for Northern Europe on the proposal to introduce in Sweden a list of safe countries of origin”, 31 ta’ Marzu 2020, www.refworld.org/docid/5e8345014.html, p. 4 punt 11; UNHCR, “Observations on the Law Proposal amending the Obligation to Leave […] dokument iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 64 iktar ’il fuq, p. 21;”, UNHCR, Improving Asylum Procedures: …, dokument iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 64 iktar ’il fuq, p. 67; Summary of UNHCR’s Provisional Observations on the Proposal for a Council Directive on Minimum Standards on Procedures in Member States for Granting and Withdrawing Refugee Status (Dokument tal-Kunsill 14203/04, Asile 64, of 9 November 2004), p. 4 in fine.
( 68 ) Skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2011/95 “‘refuġjat’ ifisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ ġustifikat li jiġi persegwitat għar-raġunijiet ta’ razziżmu, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija ta’ grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta’ nazzjonalità u ma jistax, jew minħabba dan il-biża’, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta’ qabel għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba f’dan il-biża’, ma tixtieqx tirritorna lejha […]” Enfasi miżjuda.
( 69 ) Ara l-Artikolu 19(2) tal-Karta, skont liema “ħadd ma jista’ jitneħħa, jitkeċċa jew jkun estradit lejn Stat fejn hemm riskju serju li jkun soġġett għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal pieni jew trattamenti oħra inumani jew degradanti”. Enfasi miżjuda.
( 70 ) L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2005/85 kien jipprovdi li “[…] l-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jintroduċu leġislazzjoni li tippermetti […] l-indikazzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi terzi […], bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għall-iskop ta’ l-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-ażil. Dan jista’ jinkludi l-indikazzjoni ta’ parti minn pajjiż bħala bla periklu fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II ikunu sodisfatti fir-rigward ta’ dik il-parti.”
( 71 ) L-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2005/85 kien jipprovdi li “L-Istati Membri jistgħu jżommu wkoll fis-seħħ leġislazzjoni li tkun fis-seħħ fl‑1 ta’ Diċembru 2005 li tippermetti l-indikazzjoni nazzjonali ta’ parti minn pajjiż bħala bla periklu, jew ta’ pajjiż jew parti minnu bħala bla periklu għal grupp speċifiku ta’ persuni f’dak il-pajjiż, fejn il-kondizzjonijiet […] ikunu sodisfatti fir-rigward ta’ dik il-parti jew dak il-grupp.”
( 72 ) Ara l-Artikolu 31(8)(b) tad-Direttiva 2013/32. Din id-direttiva ma tagħti ebda valur partikolari lit-tul tal-proċedura mħaffa u tħalli d-definizzjoni tagħha f’idejn l-Istati Membri, suġġett għall-kundizzjoni li tkun “raġonevoli”, kif diġà osservat fil-qosor fil-punt 50 iktar ’il fuq u kif jirriżulta mill-Artikolu 31(9) tad-Direttiva 2013/32. Min-naħa l-oħra, it-tul tal-proċedura standard huwa stabbilit fl-Artikolu 31(3) u (5) tal-istess direttiva bħala sitt xhur mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, li jista’ jiġi estiż sa “limitu ta’ żmien massimu ta’ 21 xahar minn meta ssir l-applikazzjoni”.
( 73 ) Ara l-qari flimkien tal-Artikoli 46(5) u 46(6) tad-Direttiva 2013/32. Dwar dawk id-dispożizzjonijiet ara s-sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2020, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali),C‑808/18, EU:C:2020:1029, punt 303, ara wkoll il-punt 271). Ara wkoll id-Digriet tal‑5 ta’ Lulju 2018, C et (C‑269/18 PPU, EU:C:2018:544, punt 53).
( 74 ) Ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2013/32.
( 75 ) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) Anness, COM(2009) 554 final, p. 15. Enfasi miżjuda.
( 76 ) B’mod simili għal dak li huwa propost fl-abbozz tal-premessa 80 u tal-Artikolu 61(2) fid-dokument PE 16 2024 REV 1 tal‑15 ta’ Mejju 2024, li hemm riferiment għalih fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20 iktar ’il fuq, fejn hemm rikonoxximent li pajjiż jiġi indikat bħala pajjiż ta’ oriġini sigur “b’eċċezzjonijiet għall-partijiet speċifiċi tat-territorju tiegħu jew għall-kategoriji ta’ persuni identifikabbli b’mod ċar”. Kif diġà ġie indikat, fil-waqt tal-finalizzazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, dan id-dokument jikkostitwixxi l-element l-iktar reċenti fil-proċess leġiżlattiv pendenti li jikkonċerna proposta għal regolament li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE (COM/2016/0467 final).
( 77 ) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) Anness, COM(2009) 554 final, p. 9.
( 78 ) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Valutazzjoni tal-Impatt SEC(2009) 1376, p. 34. Ara wkoll l-Annessi għad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Valutazzjoni tal-Impatt, SEC(2009) 1376 (parti II), pp. 65 sa 67.
( 79 ) Il-premessa 4 tad-Direttiva 2005/85 ikklassifikat “l-istandards minimi stabbiliti [f’dik id-direttiva bħala] miżura inizjali dwar proċeduri tal-ażil”, filwaqt li l-premessa 12 tad-Direttiva 2013/32 iddikjarat li “l-għan ewlieni [tad-direttiva msemmija l-aħħar] hu li jiġu żviluppati aktar l-istandards għall-proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali bl-għan li tiġi stabbilita proċedura komuni tal-asil fl-Unjoni.”
( 80 ) Għar-rikonoxximent tad-diffikultajiet politiċi, ara l-Annessi għad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, li hemm riferiment għalih fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 78 iktar ’il fuq, p. 18
( 81 ) Ara l-Artikolu 30(2) u (3) tad-Direttiva 2005/85.
( 82 ) Minħabba d-disparitajiet fir-rigward tal-eżistenza u l-kontenut tal-listi ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu.
( 83 ) Mill-ispjegazzjoni fil-punt 108 iktar ’il fuq jirriżulta li r-reġim preċedenti fil-fatt iddifferenzja bejn żewġ għażliet ewlenin: filwaqt li l-possibbiltà li wieħed jipproċedi għal indikazzjonijiet parzjali fuq bażi territorjali ġiet ikkonfermata fil-kuntest tal-indikazzjonijiet nazzjonali li għandhom ikunu bbażati fuq il-kundizzjonijiet ta’ indikazzjoni komuni (l-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2005/85), l-indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għal parti mill-popolazzjoni kienet possibbli biss meta tali għażla kienet teżisti taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali preeżistenti, kif jirriżulta mill-klawżola ta’ standstill imsemmija hawn fuq. fl-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2005/85.
( 84 ) Huwa hekk biss meta l-applikant ikun ċittadin ta’, jew abitwalment residenti f’pajjiż bħal dan u fejn, fl-istess ħin, ma jkun esprima l-ebda raġuni serja sabiex il-pajjiż jitqies li ma jkunx pajjiż ta’ oriġini bla periklu fiċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu.
( 85 ) Infakkar li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni diskussa f’din is-subtaqsima tikkonverġi mal-pożizzjoni prinċipali tal-Gvern Ċek u tal-Gvern Olandiż li jargumentaw favur l-ammissibbiltà ta’ eċċezzjonijiet territorjali b’mod iktar ġenerali.
( 86 ) Il-QEDB irreferiet għal “kontroll ġenerali effettiv” fil-kawża tat‑18 ta’ Diċembru 1996, Loizidou vs It-Turkija, ECLI:CE:ECHR:1996:1218JUD001531889, § 56.
( 87 ) Ara, b’mod speċjali, l-Artikolu 8 tad-“Draft articles on Responsibility of States for Internationally Wrongful Acts, with commentaries” (Abbozz ta’ artikoli dwar ir-Responsabbiltà tal-Istati għal Atti Internazzjonalment Illegali, bil-kummentarji), Yearbook of the International Law Commission, 2001, Vol. II, It-Tieni Parti, speċjalment p. 47 u l-punt 4. Talmon, S., ‘The Responsibility of Outside Powers for Acts of Secessionist Entities’, International and Comparative Law Quarterly, Vol. 58 (2009) Nru 3, pp. 493 sa 517, b’mod partikolari f’493.
( 88 ) Ara b’mod partikolari, QEDB tat‑8 ta’ Lulju 2004, Ilaşcu et vs Il-Moldova u Ir-Russja, CE:ECHR:2004:0708JUD004878799, §§ 335, 392 u 394; ECtHR tad‑19 ta’ Ottubru 2012, Catan vs Il-Moldova u Ir-Russja, CE:ECHR:2012:1019JUD004337004, §§ 109-110; ECtHR tat‑23 ta’ Frar 2016, Mozer v. Moldova and Russia, CE:ECHR:2016:0223JUD001113810, § 99; ECtHR tas‑17 ta’ Lulju 2018, Sandu et v. Il-Moldova u Ir-Russja, CE:ECHR:2018:0717JUD002103405, §§ 34 sa 39.
( 89 ) Mill-ispjegazzjoni mogħtija mill-Gvern Ċek waqt is-seduta jirriżulta li l-lista Ċeka ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu kienet tinkludi l-istess eċċezzjonijiet territorjali li, suġġett għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, tneħħew, flimkien ma’ dak inkwistjoni f’din il-kawża, b’effett mill‑1 ta’ Ottubru 2023. Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 hawn fuq.
( 90 ) Jiena ninnota li l-Ungerija indikat lill-Istati Uniti tal-Amerika bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu bl-eċċezzjoni tal-Istati li jinfurzaw il-piena tal-mewt. Ara l-informazzjoni pprovduta mill-EUAA fuq https://whoiswho.euaa.europa.eu/Pages/safe-country-concept.aspx.
( 91 ) L-istess konklużjoni tirriżulta b’mod iktar wiesa’ mir-rwol tiegħi li nassisti bis-sħiħ lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk din tal-aħħar tiddeċiedi li ma ssegwix is-suġġeriment tiegħi fir-rigward tat-tieni domanda preliminari billi tikkunsidra, kuntrarjament għal dak li nissuġġerixxi fir-rigward tal-ewwel domanda preliminari, li l-invokazzjoni tal-Artikolu 15 KEDB minn pajjiż terz tipprekludi awtomatikament l-indikazzjoni tiegħu bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu.
( 92 ) Pereżempju, ara s-sentenza tas‑26 ta’ Settembru 2018, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Effett sospensiv tal-appell),C‑180/17, EU:C:2018:775, speċjalment il-punti 33 u 34). Ara b’mod iktar ġenerali, Prechal, S., “Between effectiveness, procedural autonomy and judicial protection”, Izzivi prava v življenjski resničnosti: liber amicorum Marko Ilešič - Challenges of law in life reality, Ljubljana: Univerza v Ljubljani, Pravna fakulteta, 2017, p. 601 u pp. 391 sa 404, f’pp. 395.
( 93 ) Infakkar li, fi ħdan l-iskema tad-Direttiva 2013/32, il-konsegwenza tal-fatt li applikazzjoni bla bażi titqies li hija wkoll manifestament bla bażi, hija li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jippermettux awtomatikament lill-applikant jibqa’ fit-territorju nazzjonali sakemm jintemm l-appell kontra deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali (kif jirriżulta mill-qari flimkien tal-Artikolu 46(5) u 46(6) tad-Direttiva 2013/32).
( 94 ) Il-Gvern Olandiż osserva waqt is-seduta li d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni minn applikant ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur bħala manifestamenta infondata ma jippreżupponix deċiżjoni preċedenti li tqis l-istess applikazzjoni bħala infondata peress li ż-żewġ aspetti huma evalwati simultanjament.
( 95 ) Mill-Artikolu 46(1)(a) tad-Direttiva 2013/32 jirriżulta li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti, kif iddefinit fl-Artikolu 46(3) tal-istess direttiva għandu jeżisti, inter alia, kontra deċiżjonijiet li jikkunsidraw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala bla bażi fir-rigward tal-istatus ta’ refuġjat u/jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja.
( 96 ) Infakkar li jirriżulta, essenzjalment, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 huwa, bħall-Artikolu 47 tal-Karta, suffiċjenti fih innifsu u ma għandux jiġi ppreċiżat mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali sabiex jagħti lill-individwi dritt invokabbli bħala tali. Sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Torubarov (C‑556/17, EU:C:2019:626, iktar ’il quddiem “is-sentenza Torubarov”, punt 56).
( 97 ) U dawk li, għal darba oħra, qamu wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni negattiva inkwistjoni. Sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2018, Alheto (C‑585/16, EU:C:2018:584, iktar ’il quddiem is-“sentenza Alheto”, punti 111 sa 113. Jiena ninnota li l-verżjoni Ingliża ta’ din is-sentenza ma tużax l-espressjoni “elements” iżda dawk ta’ “new evidence” (“punti ġodda”) (punti 111 u 112) u “evidence” (“punti”) (punt 113), filwaqt li l-verżjoni Franċiża tirreferi għal “nouveaux éléments” (punti 111 u 112) u “éléments” (punt 113). Fid-dawl tal-kwistjoni li tħalliet barra mill-awtorità amministrattiva f’dik il-kawża, li kienet ta’ natura ġuridika, nikkunsidra li l-parti rispettiva tar-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tinftiehem bħala li tirreferi għal kwalunkwe element fattwali jew ġuridiku, peress li dan jidher ċar fil-punt 118 ta’ din is-sentenza, meqjusa kemm fil-verżjoni bl-Ingliż kif ukoll fil-verżjoni Franċiża. Ara wkoll is-sentenza tat‑3 ta’ Marzu 2022, Secretary of State for the Home Department (Status ta’ refuġjat ta’ persuna mingħajr Stat ta’ oriġini Palestinjana) (C‑349/20, EU:C:2022:151, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 98 ) Sentenzi fil-kawża Torubarov, punt 65 u tat‑8 ta’ Frar 2024, Bundesrepublik Deutschland (Ammissibbiltà ta’ applikazzjoni sussegwenti) (C‑216/22, EU:C:2024:122, iktar ’il quddiem “sentenza Bundesrepublik Deutschland (Ammissibbiltà ta’ applikazzjoni sussegwenti)”, punt 62).
( 99 ) Ara, għal dan il-għan, (fil-kuntest tad-Direttiva 2011/95), is-sentenza M et (Revoka tal-istatus ta’ refuġjat)”, punt 74 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 100 ) Ara, għal dan il-għan, is-sentenza tad‑29 ta’ Frar 2024, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Fiduċja reċiproka fil-każ ta’ trasferiment) (C‑392/22, EU:C:2024:195, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 101 ) Ara, għal dan il-għan, is-sentenza M et (Revoka tal-istatus ta’ refuġjat), punt 83.
( 102 ) Is-sentenza Torubarov, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 103 ) Ara l-premessa 18 tagħha u l-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 2013/32.
( 104 ) Mingħajr ma hemm bżonn li jiġi diskuss fid-dettall l-argument idderivat mill-kumplessità tal-evalwazzjoni, u li tiġi distinta, possibbilment, mill-illegalità tal-indikazzjoni bħal dik diskussa fit-taqsima preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiena nifhem li l-qrati nazzjonali waqfu jqisu lill-Ukraina bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu, wara Frar 2022, u talbu eżami mill-ġdid tal-applikazzjonijiet rispettivi taħt ir-reġim ordinarju minkejja l-fatt li l-Ukraina kienet għadha ma tneħħietx mil-lista ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu. Suġġett għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, ara s-sentenza tal-Qorti Amministrattiva Suprema tar-Repubblika Ċeka tal‑10 ta’ Marzu 2022, 10 Azs 537/2021 ‑ 31, speċjalment il-punt 17. Suġġett ukoll għall-verifika mill-qorti nazzjonali, it-tneħħija tal-Ukraina mill-lista ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu li seħħet b’mod effettiv fl‑1 ta’ Ottubru 2023, b’eżekuzzjoni tal-istess digriet, imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 iktar ’il fuq, bħala dak li permezz tiegħu tneħħiet l-eċċezzjoni territorjali inkwistjoni. Ara wkoll https://whoiswho.euaa.europa.eu/Pages/safe-country-concept.aspx.
( 105 ) Ara f’dan is-sens id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi dwar proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali - Valutazzjoni tal-Impatt, SEC(2009) 1376, punt 4.2.7. Fid-dawl tal-iżviluppi ppreżentati f’din it-taqsima, jiena nqis li huwa superfluwu li jiġi indirizzat l-argument tal-Kummissjoni li l-istħarriġ ġudizzjarju taħt l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 ma japplikax għad-deċiżjoni li applikazzjoni tiġi suġġetta għal proċedura mħaffa. Jiena naħseb li dan is-suġġeriment huwa, l-ewwel kuntradett mis-sentenza Samba Diouf, inkluż meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet. ta’ dak il-każ. It-tieni, il-konsegwenzi legali tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu jmorru lil hinn mill-użu tal-proċedura mħaffa. It-tielet, din il-kawża ġiet ikkunsidrata fil-kuntest tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2005/85, il-predeċessur legali tal-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32. Id-definizzjoni tal-karatteristiċi tar-rimedju ġudizzjarju pprovduta f’din l-aħħar dispożizzjoni teżenta mill-ħtieġa li l-kwistjoni tiġi eżaminata f’iktar dettall, peress li teħtieġ li jkun hemm eżami sħiħ, inter alia, ta’ “punti tal-liġi” mingħajr ma dawn il-punti jiġu llimitati għal valutazzjoni sostantiva. Ara, għal dan il-għan, is-sentenza Alheto, punt 115, sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020, Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Tompa) (C‑564/18, EU:C:2020:218, punt 67).
( 106 ) L-istess japplika fil-fehma tiegħi meta l-qorti nazzjonali tasal għall-fehma li l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli. Ara s-sentenza Alheto, punti 119 sa 127. Ara wkoll is-sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020, Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Tompa) (C‑564/18, EU:C:2020:218, punt 69). Din l-osservazzjoni tkun teħtieġ, fil-fehma tiegħi, differenzazzjoni ulterjuri skont l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà applikabbli, kif ipprovdut fl-Artikolu 33(2) tad-Direttiva 2013/32, iżda din il-kwistjoni ma hijiex neċessarja li tiġi żviluppata għall-finijiet ta’ din il-kawża.
( 107 ) Infakkar li jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 (“fejn applikabbli”) kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li filwaqt li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jipprovdu setgħa għall-qrati nazzjonali sabiex jipproċedu għall-eżami tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali, dawn il-qrati ma humiex neċessarjament obbligati jagħmlu din l-evalwazzjoni, peress li, skont l-informazzjoni disponibbli fil-fajl, jistgħu jqisu li l-awtorità determinanti hija mgħammra aħjar għal dan il-għan. Ara s-sentenza Bundesrepublik Deutschland (Ammissibbiltà ta’ applikazzjoni sussegwenti), punt 67. Għal referenza għal “mezzi speċifiċi u persunal speċjalizzat fil-qasam” tal-awtoritajiet determinanti, ara s-sentenzi fil-kawża Torubarov, punt 64 jew tas‑16 ta’ Lulju 2020, fil-kawża Addis (C‑517/17, EU:C:2020:579, punt 61).
( 108 ) Sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2018, Fathi (C‑56/17, EU:C:2018:803, punt 72).
( 109 ) Ibidem, punti 69 sa 71. Mill-punt 57 tal-istess sentenza jirriżulta li l-qrati nazzjonali li kienu qiegħdin jisimgħu l-appell tad-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għall-ażil kienu obbligati, taħt id-dritt nazzjonali, jeżaminaw jekk il-proċedura korretta kinitx ġiet osservata mill-awtorità nazzjonali fl-ewwel istanza, li jidher li hija r-raġuni għalfejn il-qorti tar-rinviju staqsiet jekk tali obbligu kienx japplika għall-applikazzjoni korretta tar-regoli tar-Regolament Dublin III.
( 110 ) Skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2013/32.
( 111 ) Ara, f’dan ir-rigward, ir-referenzi għall-ġurisprudenza fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 73 iktar ’il fuq.
( 112 ) Ninnota li fil-kawża li wasslet għas-sentenza Alheto, il-punt legali speċifiku li ma tqajjimx mill-awtorità determinanti kien l-applikabbiltà tar-reġim tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95. Kien fir-rigward ta’ dan il-punt legali li l-Qorti tal-Ġustizzja tat risposta għat-tielet domanda magħmula f’din il-kawża li kienet tikkonċerna l-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju taħt l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, inkwistjoni hawnhekk. Jiena nosserva li t-tieni domanda magħmula f’dik il-kawża kienet dwar il-possibbiltà li tiġi applikata t-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95, meta l-applikant ma kienx irrefera għaliha. Fl-istess ħin, xejn ma jindika li l-qorti tar-rinviju f’dik il-kawża ffaċċjat ostaklu simili bħall-qorti tar-rinviju f’din il-kawża. Ara s-sentenza Alheto, b’mod partikolari l-punti 97 u 117.
( 113 ) Ara, pereżempju, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Bundesrepublik Deutschland (Ammissibbiltà ta’ talba sussegwenti) (C 216/22, EU:C:2023:646, punt 94). Simili għal dak li osservajt qabel, il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin huma rilevanti biss jekk il-qorti tar-rinviju ma tkunx f’pożizzjoni li tasal għal konklużjoni li, fuq il-mertu, tkun differenti minn dik li tasal għaliha l-awtorità ta’ determinazzjoni.
( 114 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2020, Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (Ċaħda ta’ applikazzjoni sussegwenti – Terminu għall-preżentata ta’ rikors) (C‑651/19, EU:C:2020:681, punt 36).
( 115 ) Ibid, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 116 ) Ibid, punt 39.
( 117 ) Ibid, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 118 ) Ara, pereżempju, is-sentenza Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (Ċaħda ta’ applikazzjoni sussegwenti – Terminu għall-preżentata ta’ rikors) (C‑651/19, EU:C:2020:681, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 119 ) Sentenzi tas‑7 ta’ Ġunju 2007, van der Weerd et (C‑222/05 sa C‑225/05, EU:C:2007:318, punt 41), tal‑11 ta’ Lulju 1991, Verholen et (C‑87/90 sa C‑89/90, EU:C:1991:314, punti 11 sa 16) jew tal‑14 ta’ Diċembru 1995, van Schijndel u van Veen (C‑430/93 u C‑431/93, EU:C:1995:441, b’mod partikolari l-punti 17 u 22), tal‑14 ta’ Diċembru 1995, Peterbroeck (C‑312/93, EU:C:1995:437, punti 15 sa 21).
( 120 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Profi Credit Polska (Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura magħluqa permezz ta’ deċiżjoni definittiva) (C‑582/21, EU:C:2023:674, punti 151 sa 154).
( 121 ) Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2023, K.B. u F.S. (Konstatazzjoni ex officio ta’ ksur fi proċeduri kriminali) (C‑660/21, EU:C:2023:498, punti 52 u 53). B’mod iktar speċifiku, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’din is-sentenza li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-qorti li tisma’ kawżi kriminali milli tqajjem, ex officio, ksur tal-obbligu li l-persuni suspettati jew akkużati jiġu infurmati minnufih dwar id-dritt tagħhom li jibqgħu siekta, fejn, fil-qosor, dawk il-persuni kellhom opportunità prattika u effettiva li jkollhom aċċess għal avukat u għall-fajl tagħhom u fejn setgħu jinvokaw il-ksur rilevanti f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
( 122 ) Sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2022, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid u X (Ex officio stħarriġ ġudizzjarju ta’ detenzjoni) (C‑704/20 u C‑39/21, EU:C:2022:858, punti 85 sa 88 u 91 sa 94). Barra minn hekk, il-kawża pendenti C‑156/23, Ararat, tqajjem il-kwistjoni, fil-qosor, tal-obbligu min-naħa tal-awtorità ġudizzjarja li tistabbilixxi ex officio l-osservanza tal-prinċipju ta’ non-refoulement fil-kuntest ta’ proċeduri li jaqgħu taħt il-portata tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008 L 348, p. 98).
( 123 ) Ara, dwar id-dmir tagħhom li jikkooperaw, is-sentenza Alheto, punt 116 u s-sentenza tad‑29 ta’ Ġunju 2023., International Protection Appeals Tribunal et (Attentat ġewwa l-Pakistan), C‑756/21, EU:C:2023:523, punt 46 et seq., fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad‑29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96), il-predeċessur legali tad-Direttiva 2011/95.
( 124 ) Ara f’dan is-sens ukoll is-sentenza Bundesrepublik Deutschland (Ammissibbiltà ta’ applikazzjoni sussegwenti), punt 47 in fine.
( 125 ) Artikolu 19 tad-Direttiva 2013/32.
( 126 ) Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2013/32.
( 127 ) Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/32.