31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov – is-Slovakkja) – Rozhlas a televízia Slovenska vs CI

(Kawża C-669/22 (1), Rozhlas a televízia Slovenska)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kamp ta’ applikazzjoni - Indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tar-rabta eżistenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli - Informazzjoni insuffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 271/15)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Prešov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rozhlas a televízia Slovenska

Konvenut: CI

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (il-Qorti Distrettwali ta’ Prešov, l-Islovakkja), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru 2022, hija manifestament inammissibbli.


(1)  Data tal-preżentata: 24.10.2022.