2.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/24 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rada Úradu pre verejné obstarávanie – is-Slovakkja) – HOREZZA a.s. vs Úrad pre verejné obstarávanie
(Kawża C-520/22 (1), Horezza)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti” - Awtorità ta’ appell ta’ korp nazzjonali li jirregola l-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Indipendenza - Kwalità ta’ terz fir-rigward tal-awtorità li ħadet id-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-azzjoni - Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)
(2023/C 155/28)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Rada Úradu pre verejné obstarávanie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: HOREZZA a.s.
Konvenut: Úrad pre verejné obstarávanie
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari li tressqet mir-Rada Úradu pre verejné obstarávanie (il-Bord tal-Awtorità li Tirregola l-Kuntratti Pubbliċi, is-Slovakkja), permezz ta’ deċiżjoni tat-3 ta’ Awwissu 2022, hija manifestament inammissibbli.
(1) Data tal-preżentata: 4.8.2022.