6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Câmpina – ir-Rumanija) – proċeduri kriminali kontra SNI

(Kawża C-506/22 (1), SNI)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit li jiġu indikati r-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit li tiġi indikata r-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li tagħhom qiegħdha tintalab l-interpretazzjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 83/08)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Câmpina

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

SNI

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Câmpina (Il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Câmpina, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-1 ta’ Lulju 2022, hija manifestament inammissibbli.


(1)  Data tat-tressiq: 26.07.2022