10.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Brussels Airlines SA/NV
(Kawża C-465/22) (1)
(Trasport bl-ajru - Kumpens tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira - Titjira b’konnessjoni - Dewmien sostnut fil-kuntest tal-ewwel titjira - Assenza ta’ rabta kuntrattwali bejn il-passiġġier u t-trasportatur bl-ajru Komunitarju li wettaq it-tieni titjira - Kawża għad-danni kontra t-trasportatur bl-ajru li wettaq it-tieni titjira)
(2022/C 389/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: flightright GmbH
Konvenut: Brussels Airlines SA/NV
Dispożittiv
Il-Kawża C-465/22 hija mħassra mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.
(1) Data tal-preżentata: 12.7.2022.