31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Thermalhotel Fontana Hotelbetriebsgesellschaft mbH

(Kawża C-411/22 (1), Thermalhotel Fontana)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 3(1)(a) - Kunċett ta’ “benefiċċji tal-mard” - Kamp ta’ applikazzjoni - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (KE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(2) - Vantaġġi soċjali - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjonijiet - COVID-19 - Iżolament ta’ impjegati ordnat mill-awtorità nazzjonali tas-saħħa - Kumpens tal-imsemmija impjegati mill-persuna li timpjega - Rimbors tal-persuna li timpjega mill-awtorità kompetenti - Esklużjoni tal-ħaddiema fruntalieri iżolati bis-saħħa ta’ miżura meħuda mill-awtorità tal-Istat ta’ residenza tagħhom)

(2023/C 271/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thermalhotel Fontana Hotelbetriebsgesellschaft mbH

fil-preżenza ta‘: Bezirkshauptmannschaft Südoststeiermark

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kumpens, iffinanzjat mill-Istat, li jingħata lill-ħaddiema impjegati għad-danni patrimonjali kkawżati mill-ostakolu għall-attività professjonali tagħhom matul l-iżolament tagħhom bħala persuni morda jew issuspettati li huma morda bil-COVID-19 jew li huma kkontaminati minnha, ma jikkostitwixxix “benefiċċju tal-mard”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, u għalhekk ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-għoti ta’ kumpens għal lucrum cessans imġarrab mill-ħaddiema minħabba iżolament ordnat wara riżultat pożittiv għat-test ta’ screening tal-COVID-19 huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-impożizzjoni tal-miżura ta’ iżolament tiġi ordnata minn awtorità ta’ dan l-Istat Membru skont din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 359, 19.9.2022.