8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Bolloré logistics SA vs Direction interrégionale des douanes et droits indirects de Caen, Recette régionale des douanes et droits indirects de Caen, Bolloré Ports de Cherbourg SAS

(Kawża C-358/22 (1), Bolloré logistics)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni Doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 195 - Artikolu 217(1) - Artikolu 221(1) - Tariffa doganali komuni - Obbligi tal-garanti tad-debitur ta’ dejn doganali - Modalitajiet ta’ komunikazzjoni tad-dejn doganali - Dazji li jikkorrispondu għal dan id-dejn ma ġewx ikkomunikati regolarment lid-debitur tad-dejn - Eżiġibbiltà tad-dejn doganali mingħand il-garanti in solidum)

(2023/C 164/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bolloré logistics SA

Konvenut: Direction interrégionale des douanes et droits indirects de Caen, Recette régionale des douanes et droits indirects de Caen, Bolloré Ports de Cherbourg SAS

Dispożittiv

L-Artikolu 195, l-Artikolu 217(1) u l-Artikolu 221(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jeżiġu l-ħlas ta’ dejn doganali mingħand il-garanti msemmi fl-Artikolu 195 sakemm l-ammont tad-dazji ma jkunx ġie kkomunikat lid-debitur b’mod regolari.


(1)  ĠU C 340, 5.9.2022.