12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia – l-Italja) – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Comune di Ginosa

(Kawża C-348/22, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (Commune de Ginosa)) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi fis-suq intern - Direttiva 2006/123/KE - Evalwazzjoni tal-validità - Bażi legali - Artikolu 47, Artikolu 55 u Artikolu 94 KE - Interpretazzjoni - Artikolu 12(1) u (2) ta’ din id-direttiva - Effett dirett - Natura inkundizzjonata u suffiċjentement preċiża tal-obbligu, għall-Istati Membri, li japplikaw proċedura ta’ selezzjoni imparzjali u trasparenti bejn il-kandidati potenzjali, kif ukoll il-projbizzjoni tat-tiġdid awtomatiku ta’ awtorizzazzjoni mogħtija għal attività partikolari - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-estensjoni awtomatika ta’ konċessjonijiet ta’ okkupazzjoni tal-proprjetà pubblika marittima)

(2023/C 205/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Konvenut: Comune di Ginosa

Fil-preċenza ta’: L’Angolino Soc. coop., Lido Orsa Minore di AB, La Capannina Srl, Sud Platinum Srl, Lido Zanzibar Srl, Poseidone Srl, Lg Srls, Lido Franco di GH & C. Snc, Lido Centrale Piccola Soc. Coop. arl, Bagno Cesena Srls, E.T. Edilizia e Turismo Srl, Bluserena SpA, Associazione Pro Loco “Luigi Strada”, M2g Raw Materials SpA, JF, D.M.D. Snc di CD & C. Snc, Ro.Mat., di MN & Co Snc, Perla dello Jonio Srl, Ditta Individuale EF, Associazione Dopolavoro Ferroviario Sez. Marina di Ginosa, Al Capricio Bis di RS, LB, Sib Sindacato Italiano Balneari, Federazione Imprese Demaniali

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(1) u (2) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma japplikax biss għall-konċessjonijiet ta’ okkupazzjoni ta’ proprjetà pubblika marittima li għandhom interess transkonfinali ċert.

2)

L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2006/123

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li l-iskarsezza tar-riżorsi naturali u tal-konċessjonijiet disponibbli tiġi evalwata b’implimentazzjoni konġunta ta’ approċċ astratt u ġenerali, fuq skala nazzjonali, u approċċ ta’ każ b’każ, ibbażat fuq analiżi tat-territorju kostali tal-komun ikkonċernat.

3)

L-eżami tal-ewwel domanda ma żvela l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tad-Direttiva 2006/123 fid-dawl tal-Artikolu 94 KE.

4)

L-Artikolu 12(1) u (2) tad-Direttiva 2006/123

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-obbligu, għall-Istati Membri, li japplikaw proċedura ta’ selezzjoni imparzjali u trasparenti bejn il-kandidati potenzjali, kif ukoll il-projbizzjoni ta’ tiġdid awtomatiku ta’ awtorizzazzjoni mogħtija għal attività partikolari huma stabbiliti b’mod inkundizzjonat u suffiċjentement preċiż sabiex ikunu jistgħu jitqiesu li għandhom effett dirett.

5)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-evalwazzjoni tal-effett dirett marbut mal-obbligu u mal-projbizzjoni previsti fl-Artikolu 12(1) u (2) tad-Direttiva 2006/123, kif ukoll l-obbligu li ma jiġux applikati dispożizzjonijiet nazzjonali kuntrarji jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali u tal-awtoritajiet amministrattivi, inklużi dawk komunali.


(1)  ĠU C 318, 22.8.2022.