8.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – État belge, Promo 54 vs Promo 54, État belge
(Kawża C-239/22 (1), État belge u Promo 54)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 12(1) u (2) - Kunsinna ta’ bini jew ta’ parti minn bini u tal-art li fuqha jinsab il-bini, imwettqa qabel l-ewwel okkupazzjoni tal-bini - Assenza ta’ dispożizzjonijiet fid-dritt intern li jipprevedu r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju marbut mal-ewwel okkupazzjoni - Artikolu 135(1)(j) - Eżenzjonijiet - Kunsinna, wara trasformazzjoni, ta’ bini li kien is-suġġett tal-ewwel okkupazzjoni qabel it-trasformazzjoni - Duttrina amministrattiva nazzjonali li tikkunsidra l-bini li tkun saritlu trasformazzjoni kunsiderevoli daqslikieku huwa bini ġdid)
(2023/C 164/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: État belge, Promo 54
Konvenuti: Promo 54, État belge
Dispożittiv
L-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 12(1) u (2) tagħha,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
l-eżenzjoni prevista f’din l-ewwel dispożizzjoni fir-rigward tal-kunsinna ta’ bini jew ta’ parti minn bini u tal-art li fuqha jinsab il-bini, minbarra dawk li l-kunsinna tagħhom titwettaq qabel l-ewwel okkupazzjoni tagħhom, tapplika wkoll għall-kunsinna ta’ bini li kien is-suġġett tal-ewwel okkupazzjoni qabel it-trasformazzjoni tiegħu, anki jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx iddefinixxa, fid-dritt intern, ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-ewwel okkupazzjoni għat-trasformazzjonijiet ta’ proprjetajiet immobbli, kif kienet tippermettilu jagħmel it-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet.