31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – BM, NP vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR

(Kawża C-132/22 (1), Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (Klassifikar speċjali))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 3(1) - Ostakolu - Ugwaljanza fit-trattament - Proċedura ta’ klassifikazzjoni għall-għoti ta’ karigi f’ċerti stabbilimenti pubbliċi nazzjonali - Kundizzjoni għall-ammissjoni marbuta mal-esperjenza professjonali preċedenti miksuba fi ħdan dawn l-istabbilimenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza professjonali miksuba fi Stati Membri oħra - Ġustifikazzjoni - Għan tal-ġlieda kontra l-prekarjetà)

(2023/C 271/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BM, NP

Konvenut: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li huma biss il-kandidati li jkunu kisbu ċerta esperjenza professjonali fl-istabbilimenti pubbliċi nazzjonali ta’ taħriġ superjuri artistiku, mużikali u koregrafiku li jistgħu jiġu ammessi għal proċedura ta’ inklużjoni fil-listi stabbiliti għar-reklutaġġ, permezz ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat u għal żmien determinat, ta’ persunal f’dawn l-istabbilimenti u li b’hekk tipprekludi t-teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-ammissjoni għal din il-proċedura, tal-esperjenza professjonali miksuba fi Stati Membri oħra.


(1)  ĠU C 207, 23.5.2022.