27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – VZ vs CA

(Kawża C-53/22 (1), VZ (Offerenti definittivament eskluża))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 1(3) - Interess ġuridiku - Aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni - Nuqqas professjonali serju minħabba ftehim antikompetittiv - Operatur ieħor li huwa definittivament eskluż mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt ikkonċernat fl-assenza ta’ sodisfazzjon tar-rekwiżiti minimi meħtieġa)

(2023/C 112/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VZ

Konvenut: CA

fil-preżenza ta’: RT, BO, Regione Lombardia, Regione Liguria

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tippermettix lil operatur li jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, minħabba li ma kienx jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni previsti mis-sejħa għal offerti kkonċernata u li r-rikors tiegħu kontra l-inklużjoni ta’ din il-kundizzjoni, f’din is-sejħa għal offerti, ġie miċħud b’deċiżjoni li kisbet il-forza ta’ res judicata, li tikkontesta r-rifjut tal-awtorità kontraenti kkonċernata li tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ dan il-kuntratt pubbliku wara l-konferma, permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, tal-parteċipazzjoni kemm tal-offerent magħżul kif ukoll tal-offerenti l-oħra kollha fi ftehim li jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni fl-istess settur bħal dak ikkonċernat mill-proċedura għall-għoti tal-imsemmi kuntratt pubbliku.


(1)  ĠU C 148, 4.4.2022.