|
11.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 321/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Malaga – Spanja) – CAJASUR Banco S.A. vs JO, IM
(Kawża C-35/22 (1), CAJASUR Banco)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 6(1) - Kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt ta’ self iggarantit b’ipoteka ddikjarati nulli mill-qrati nazzjonali - Rimedju ġudizzjarju - Konċessjoni qabel kull kontestazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li twassal sabiex konsumatur ikun meħtieġ iwettaq pass prekontenzjuż fil-konfront tal-bejjiegħ jew fornitur ikkonċernat sabiex ma jiġix ikkundannat għall-ispejjeż tal-proċedura ġudizzjarja - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)
(2023/C 321/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Malaga
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CAJASUR Banco S.A.
Konvenuti: JO, IM
Dispożittiv
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fl-assenza ta’ twettiq minn konsumatur ta’ pass prekontenzjuż fil-konfront tal-bejjiegħ jew fornitur li miegħu jkun ikkonkluda kuntratt li jinkludi klawżola inġusta, dan il-konsumatur għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati mal-proċedura ġudizzjarja li huwa jkun ressaq kontra dan il-bejjiegħ jew fornitur sabiex jinvoka d-drittijiet mogħtija lilu mid-Direttiva 93/13 meta l-imsemmi bejjiegħ jew fornitur jikkonċedi għat-talba tal-imsemmi konsumatur qabel kull kontestazzjoni, anki jekk in-natura inġusta ta’ din il-klawżola tkun ġiet ikkonstatata, bil-kundizzjoni li l-qorti nazzjonali kompetenti tkun tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ ġurisprudenza nazzjonali stabbilita sew li tikkonstata n-natura inġusta ta’ klawżoli analogi u l-attitudni tal-istess bejjiegħ jew tal-fornitur sabiex tikkonstata l-mala fide ta’ dan tal-aħħar u, jekk ikun il-każ, tikkundannah konsegwentement għal dawn l-ispejjeż.