20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État l – Franza) – Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM) vs Ministre des Solidarités et de la Santé

(Kawża C-20/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 89/105/KEE - Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard - Artikolu 4 - Twaqqif tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali - Miżura nazzjonali li tikkonċerna biss ċerti prodotti mediċinali meħuda individwalment - Iffissar ta’ prezz massimu ta’ bejgħ ta’ ċerti prodotti mediċinali lill-istabbilimenti tas-saħħa)

(2023/C 63/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM)

Konvenut: Ministre des Solidarités et de la Santé

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kunċett ta’ “friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta’ prodotti mediċinali” ma japplikax għal miżura li l-għan tagħha huwa li tikkontrolla l-prezzijiet ta’ ċerti prodotti mediċinali kkunsidrati individwalment.


(1)  ĠU C 119, 14.3.2022