|
14.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/63 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2021 – Fieldpoint (Cyprus) vs EUIPO (HYPERLIGHTOPTICS)
(Kawża T-800/21)
(2022/C 73/79)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Fieldpoint (Cyprus) LTD (Ċipru, Nikosija) (rappreżentanti: P. Rath u S. Gebele, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali tal-Unjoni HYPERLIGHTOPTICS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 335 960
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 1166/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiddikjara li l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Nru 18 335 960 “HYPERLIGHTOPTICS” bħala eliġibbli għal reġistrazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur 7(1)(c) and 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza. |